2. Huma għandhom, skont il-ħtieġa, filwaqt li kull wieħed minnhom jaġixxi fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-kompetenzi rispettivi tiegħu u fi ħdan il-qafas tar-responsabbiltajiet tiegħu, jiskambjaw informazzjoni rilevanti, jassistu lil xulxin fit-twettiq ta’ awditi u ta’ ispezzjonijiet, jeżaminaw diffikultajiet ta’ interpretazzjoni jew ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u ta’ atti oħra applikabbli tal-Unjoni, jistudjaw problemi fl-eżerċitar ta’ sorveljanza indipendenti jew fl-eżerċitar tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data, ifasslu proposti armonizzati għal soluzzjonijiet għal kwalunkwe problema u jippromwovu kuxjenza dwar id-drittijiet ta’ protezzjoni tad-data.