+Artikolu 62 Superviżjoni kkoordinata mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali
---+Artikolu 62 1
---+Artikolu 62 2
---+Artikolu 62 3
---+Artikolu 62 4

Artikolu 62 Superviżjoni kkoordinata mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 62 1

1.   Meta att tal-Unjoni jirreferi għal dan l-Artikolu, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom, filwaqt li t-tnejn li huma jaġixxu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, jikkooperaw b’mod attiv fi ħdan il-qafas tal-kompetenzi tagħhom sabiex jiżguraw is-superviżjoni effettiva ta’ sistemi informatiċi fuq skala kbira u ta’ korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni.

Artikolu 62 2

2.   Huma għandhom, skont il-ħtieġa, filwaqt li kull wieħed minnhom jaġixxi fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-kompetenzi rispettivi tiegħu u fi ħdan il-qafas tar-responsabbiltajiet tiegħu, jiskambjaw informazzjoni rilevanti, jassistu lil xulxin fit-twettiq ta’ awditi u ta’ ispezzjonijiet, jeżaminaw diffikultajiet ta’ interpretazzjoni jew ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u ta’ atti oħra applikabbli tal-Unjoni, jistudjaw problemi fl-eżerċitar ta’ sorveljanza indipendenti jew fl-eżerċitar tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data, ifasslu proposti armonizzati għal soluzzjonijiet għal kwalunkwe problema u jippromwovu kuxjenza dwar id-drittijiet ta’ protezzjoni tad-data.

Artikolu 62 3

3.   Għall-finijiet stabbiliti fil-paragrafu 2, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-awtoritajiet ta’ sorveljanza nazzjonali għandhom jiltaqgħu tal-anqas darbtejn fis-sena fi ħdan il-qafas tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Għal dawn il-finijiet, il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jista’ jiżviluppa metodi ta’ ħidma ulterjuri skont il-bżonn.

Artikolu 62 4

4.   Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jippreżenta rapport konġunt dwar attivitajiet ta’ superviżjoni koordinata lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kull sentejn.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 21.11.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1725
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.