+Artikolu 66 Multi amministrattivi
---+Artikolu 66 1
---+Artikolu 66 2
---+Artikolu 66 3
---+Artikolu 66 4
---+Artikolu 66 5
---+Artikolu 66 6
---+Artikolu 66 7
|
Artikolu 66 Multi amministrattivi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 66 1
|
1. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jista’ jimponi multi amministrattivi fuq l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni, skont iċ-ċirkustanzi ta’ kull każ individwali, meta istituzzjoni jew korp jonqsu milli jikkonformaw ma’ ordni mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data skont il-punti (d) sa (h) u (j) tal-Artikolu 58(2). Meta jiġi deċiż jekk għandhiex tiġi imposta multa amministrattiva u jiġi deċiż l-ammont tal-multa amministrattiva, f’kull każ individwali, għandha tingħata l-kunsiderazzjoni dovuta għal dawn li ġejjin:
|
(a)
|
in-natura, il-gravità u t-tul tal-ksur filwaqt li tiġi kkunsidrata n-natura, l-ambitu jew l-għan tal-ipproċessar ikkonċernat kif ukoll l-għadd ta’ suġġetti tad-data affettwati u l-livell ta’ dannu mġarrab minnhom;
|
|
(b)
|
kwalunkwe azzjoni meħuda mill-istituzzjoni jew mill-korp tal-Unjoni biex jittaffa d-dannu mġarrab mis-suġġetti tad-data;
|
|
(c)
|
il-grad ta’ responsabbiltà tal-istituzzjoni jew tal-korp tal-Unjoni filwaqt li jitqiesu l-miżuri tekniċi u organizzattivi implimentati minnu skont l-Artikoli 27 u 33;
|
|
(d)
|
kwalunkwe ksur preċedenti simili mill-istituzzjoni jew mill-korp tal-Unjoni;
|
|
(e)
|
il-grad ta’ kooperazzjoni mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, sabiex jiġi rimedjat il-ksur u jittaffew l-effetti avversi possibbli tal-ksur;
|
|
(f)
|
il-kategoriji ta’ data personali affettwati mill-ksur;
|
|
(g)
|
il-mod li bih il-ksur sar magħruf mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, b’mod partikolari jekk, u jekk ikun hekk il-każ safejn, l-istituzzjoni jew il-korp tal-Unjoni nnotifikaw il-ksur;
|
|
(h)
|
il-konformità ma’ kwalunkwe waħda mill-miżuri msemmija fl-Artikolu 58 ordnata preċedentament kontra l-istituzzjoni jew il-korp tal-Unjoni kkonċernati fir-rigward tal-istess suġġett. Il-proċedimenti li jwasslu għall-impożizzjoni ta’ dawk il-multi għandhom jitwettqu fi ħdan perjodu ta’ żmien raġonevoli skont iċ-ċirkustanzi tal-każ u filwaqt li jitqiesu l-azzjonijiet u l-proċedimenti rilevanti msemmijin fl-Artikolu 69.
|
|
|
Artikolu 66 2
|
2. Il-ksur tal-obbligi tal-istituzzjoni jew tal-korp tal-Unjoni skont l-Artikoli 8, 12, 27 sa 35, 39, 40, 43, 44 u 45 għandu, f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, ikun soġġett għal multi amministrattivi sa EUR 25 000 għal kull ksur u sa total ta’ EUR 250 000 fis-sena.
|
|
Artikolu 66 3
|
3. Il-ksur tad-dispożizzjonijiet li ġejjin mill-istituzzjoni jew mill-korp tal-Unjoni għandu, f’konformità mal-paragrafu 1, ikun soġġett għal multi amministrattivi sa EUR 50 000 għal kull ksur u sa total ta’ EUR 500 000 fis-sena:
|
(a)
|
il-prinċipji bażiċi għall-ipproċessar, inklużi l-kundizzjonijiet għal kunsens, skont l-Artikoli 4, 5, 7 u 10;
|
|
(b)
|
id-drittijiet tas-suġġetti tad-data skont l-Artikoli 14 sa 24;
|
|
(c)
|
it-trasferimenti ta’ data personali lil riċevitur f’pajjiż terz jew f’organizzazzjoni internazzjonali skont l-Artikoli 46 sa 50;
|
|
|
Artikolu 66 4
|
4. Jekk istituzzjoni jew korp tal-Unjoni, għall-istess attivitajiet ta’ pproċessar jew għal dawk b’rabta ma’ xulxin jew dawk kontinwi, jiksru diversi dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament bosta drabi jew l-istess dispożizzjoni ta’ dan ir-Regolament diversi drabi, l-ammont totali tal-multa amministrattiva ma għandux jaqbeż l-ammont speċifikat għall-ksur l-aktar gravi.
|
|
Artikolu 66 5
|
5. Qabel ma jieħu deċiżjonijiet skont dan l-Artikolu, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jagħti lill-istituzzjoni jew lill-korp tal-Unjoni li huma soġġetti għall-proċedimenti mwettqin mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data l-opportunità li jinstemgħu fuq il-kwistjonijiet li għalihom joġġezzjona l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jibbaża d-deċiżjonijiet tiegħu biss fuq l-oġġezzjonijiet li fuqhom setgħu jikkummentaw il-partijiet ikkonċernati. L-ilmentaturi għandhom ikunu assoċjati mill-qrib mal-proċeduri.
|
|
Artikolu 66 6
|
6. Id-drittijiet ta’ difiża tal-partijiet ikkonċernati għandhom ikunu rrispettati bis-sħiħ fil-proċedimenti. Dawn għandhom ikunu intitolati għal aċċess għall-fajl tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, soġġett għall-interess leġittimu tal-individwi jew tal-impriżi fil-protezzjoni tad-data personali jew tas-sigrieti kummerċjali tagħhom.
|
|
Artikolu 66 7
|
7. Il-fondi miġbura bl-impożizzjoni ta’ multi f’dan l-Artikolu għandhom jiddaħħlu fil-baġit ġenerali tal-Unjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 21.11.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1725
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|