+Artikolu 71 Prinċipji relatati mal-ipproċessar ta’ data personali operazzjonali
---+Artikolu 71 1
---+Artikolu 71 2
---+Artikolu 71 3
---+Artikolu 71 4
|
Artikolu 71 Prinċipji relatati mal-ipproċessar ta’ data personali operazzjonali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 71 1
|
1. Id-data personali operazzjonali għandha:
|
(a)
|
tiġi pproċessata b’mod legali u ġust (“legalità u ġustizzja”);
|
|
(b)
|
tinġabar għal finijiet speċifiċi, espliċiti u leġittimi u mhux tiġi pproċessata b’mod li jkun inkompatibbli ma’ dawk il-finijiet (“limitazzjoni tal-fini”);
|
|
(c)
|
tkun adegwata, rilevanti, u mhux eċċessiva fir-rigward tal-finijiet li għalihom tiġi pproċessata (“minimizzazzjoni tad-data”);
|
|
(d)
|
tkun preċiża u, fejn neċessarju, tinżamm aġġornata; kwalunkwe pass raġonevoli jrid jittieħed biex jiġi żgurat li d-data personali operazzjonali li ma tkunx preċiża, b’kont meħud tal-finijiet li għalihom tiġi pproċessata, titħassar jew tiġi rettifikata mingħajr dewmien (“preċiżjoni”);
|
|
(e)
|
tinżamm f’forma li tippermetti l-identifikazzjoni tas-suġġetti tad-data għal mhux iktar żmien milli jkun meħtieġ għall-finijiet li għalihom id-data personali operazzjonali tiġi pproċessata (“limitazzjoni tal-ħżin”);
|
|
(f)
|
tiġi pproċessata b’mod li jiżgura sigurtà xierqa tad-data personali, inkluża l-protezzjoni mill-ipproċessar mhux awtorizzat jew illegali u kontra t-telf, il-qerda jew il-ħsara aċċidentali, bl-użu ta’ miżuri tekniċi jew organizzattivi xierqa (“integrità u kunfidenzjalità”).
|
|
|
Artikolu 71 2
|
2. L-ipproċessar mill-istess kontrollur jew minn wieħed differenti għal kwalunkwe wieħed mill-finijiet stipulati fl-att legali li jistabbilixxi l-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija tal-Unjoni ħlief dak li għalih tinġabar id-data personali operazzjonali għandu jkun permess sa fejn:
|
(a)
|
il-kontrollur ikun awtorizzat jipproċessa tali data personali operazzjonali għal dan il-fini f’konformità mal-liġi tal-Unjoni; u
|
|
(b)
|
l-ipproċessar huwa meħtieġ u proporzjonat għal dak il-fini l-ieħor skont il-liġi tal-Unjoni.
|
|
|
Artikolu 71 3
|
3. L-ipproċessar mill-istess kontrollur jew minn wieħed differenti jista’ jinkludi l-arkivjar fl-interess pubbliku, l-użu xjentifiku, statistiku jew storiku, għall-finijiet stipulati fl-att legali li jistabbilixxi l-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija tal-Unjoni, soġġett għal salvagwardji xierqa għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data.
|
|
Artikolu 71 4
|
4. Il-kontrollur għandu jkun responsabbli għall-konformità mal-paragrafi 1, 2 u 3, u għandu jkun jista’ juri konformità magħhom.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 21.11.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1725
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|