2. Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-kontrollur għandu jinforma lis-suġġett tad-data, mingħajr dewmien żejjed, bil-miktub dwar kwalunkwe rifjut jew restrizzjoni ta’ aċċess, u r-raġunijiet għar-rifjut jew ir-restrizzjoni. Tali informazzjoni tista’ titħalla barra meta l-għoti tagħha jimmina fini stabbilit fil-paragrafu 1. Il-kontrollur għandu jinforma lis-suġġett tad-data bil-possibbiltà li jressaq ilment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jew li jitlob rimedju ġudizzjarju quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. Il-kontrollur għandu jiddokumenta r-raġunijiet fattwali jew legali li fuqhom tkun ibbażata d-deċiżjoni. Dik l-informazzjoni għandha tkun disponibbli għall-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data fuq talba.