+Artikolu 81 Limitazzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess
---+Artikolu 81 1
---+Artikolu 81 2
|
Artikolu 81 Limitazzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 81 1
|
1. Il-kontrollur jista’ jirrestrinġi, b’mod sħiħ jew parzjalment, id-dritt ta’ aċċess tas-suġġett tad-data sa fejn, u dment li, tali restrizzjoni sħiħa jew parzjali tikkostitwixxi miżura meħtieġa u proporzjonata f’soċjetà demokratika, bir-rispett dovut tad-drittijiet fundamentali u tal-interessi leġittimi tal-persuna fiżika kkonċernata, sabiex:
|
(a)
|
ikun evitat li jiġu mfixkla inkjesti, investigazzjonijiet jew proċeduri uffiċjali jew legali;
|
|
(b)
|
ikun evitat preġudizzju għall-prevenzjoni, id-detezzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali;
|
|
(c)
|
titħares is-sigurtà pubblika tal-Istati Membri;
|
|
(d)
|
titħares is-sigurtà nazzjonali tal-Istati Membri;
|
|
(e)
|
jitħarsu d-drittijiet u l-libertajiet ta’ oħrajn, bħall-vittmi u x-xhieda.
|
|
|
Artikolu 81 2
|
2. Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-kontrollur għandu jinforma lis-suġġett tad-data, mingħajr dewmien żejjed, bil-miktub dwar kwalunkwe rifjut jew restrizzjoni ta’ aċċess, u r-raġunijiet għar-rifjut jew ir-restrizzjoni. Tali informazzjoni tista’ titħalla barra meta l-għoti tagħha jimmina fini stabbilit fil-paragrafu 1. Il-kontrollur għandu jinforma lis-suġġett tad-data bil-possibbiltà li jressaq ilment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jew li jitlob rimedju ġudizzjarju quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. Il-kontrollur għandu jiddokumenta r-raġunijiet fattwali jew legali li fuqhom tkun ibbażata d-deċiżjoni. Dik l-informazzjoni għandha tkun disponibbli għall-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data fuq talba.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 21.11.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1725
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|