2. Il-kontrollur għandu jimplimenta miżuri tekniċi u organizzattivi adatti li jiżguraw li, b’mod awtomatiku, tiġi pproċessata biss data personali operazzjonali li tkun adegwata, rilevanti u mhux eċċessiva fir-rigward tal-fini tal-ipproċessar. Dak l-obbligu japplika għall-ammont ta’ data personali operazzjonali miġbura, il-kobor tal-ipproċessar tagħha, il-perjodu tal-ħżin tagħha u l-aċċessibbiltà tagħha. B’mod partikolari, tali miżuri għandhom jiżguraw li b’mod awtomatiku d-data personali operazzjonali ma ssirx aċċessibbli mingħajr l-intervent tal-individwu għal numru indefinit ta’ persuni fiżiċi.