1. Il-kontrollur għandu jżomm logs għal kwalunkwe waħda mill-attivitajiet ta’ pproċessar li ġejjin fis-sistemi ta’ pproċessar awtomatizzat: il-ġbir, il-bdil, l-aċċess, il-konsultazzjoni, id-divulgazzjoni, inklużi t-trasferimenti, il-kombinament u t-tħassir ta’ data personali operazzjonali. Ir-reġistrazzjonijiet tal-konsultazzjoni u d-divulgazzjoni għandhom jagħmluha possibbli li jiġu stabbiliti l-ġustifikazzjoni għal tali operazzjonijiet u d-data u l-ħin tagħhom, l-identifikazzjoni tal-persuna li tkun ikkonsultat jew żvelat id-data personali operazzjonali, u, sa fejn possibbli, l-identità tar-riċevituri ta’ tali data personali.