2. Il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi mill-inqas deskrizzjoni ġenerali tal-attivitajiet intenzjonati ta’ pproċessar, valutazzjoni tar-riskji għad-drittijiet u l-libertajiet ta’ suġġetti tad-data, il-miżuri previsti sabiex jindirizzaw dawk ir-riskji, salvagwardji, miżuri u mekkaniżmi ta’ sigurtà biex tiġi żgurata l-protezzjoni ta’ data personali operazzjonali u tintwera konformità mar-regoli tal-protezzjoni tad-data, b’kont meħud tad-drittijiet u l-interessi leġittimi tas-suġġetti tad-data u persuni oħrajn ikkonċernati.