|
+Artikolu 3 Oqsma koperti ---+Article 3 1. ---+Article 3 2. ---+Article 3 3. ---+Article 3 4. ---+Article 3 5. |
Artikolu 3 Oqsma kopertiArtikolu 3 Oqsma koperti 1. Dan ir-Regolament għandu japplika għal-leġislazzjoni kollha li tikkonċerna l-fergħat li ġejjin tas-sigurtà soċjali: (a) benefiċċji marbutin mal-mard; (b) benefiċċji ta' maternità u benefiċċji ekwivalenti ta' paternità; (ċ) benefiċċji marbutin ma' l-invalidità; (d) benefiċċji marbuta ma' l-età; (e) benefiċċji għas-superstiti; (f) benefiċċji marbutin ma' inċidenti fuq il-post tax-xogħol u mard marbut max-xogħol; (g) għotjiet marbutin ma' mewt; (h) benefiċċji mogħtija lil persuni li ma jkunux impjegati; (i) benefiċċji ta' qabel l-irtirar; (j) benefiċċji marbuta mal-familja. 2. Sakemm l-Anness XI ma jgħidx mod ieħor, dan ir-Regolament għandu japplika għal skemi ġenerali u speċjali ta' sigurtà soċjali, kemm jekk kontributorji u kemm jekk le, u għal skemi marbutin ma' l-obbligi ta' min iħaddem jew ta' sid il-vapur. 3. Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għal benefiċċji speċjali, li mhumiex kontributorji, li jingħataw fi flus u li huma koperti mill-Artikolu 70. 4. Madanakolu, id-disposizzjonijiet tat-Titolu III ta' dan ir-Regolament ma għandhomx jolqtu d-disposizzjonijiet leġislattivi ta' xi Stat Membru dwar l-obbligi ta' sid il-vapur. 5. Dan ir-Regolament m’għandux japplika għal: (a) assistenza soċjali u medika jew; (b) beneficcji li fir-rigward tagħhom Stat Membru jassumi r-responsabbiltà għad-danni ta’ persuni u jipprovdi kumpens, bħal dawk fil-każ ta’ vittmi tal-gwerra u azzjoni militari jew il-konsegwenzi tagħhom; vittmi ta’ atti kriminali, qtil jew terroriżmu; vittmi ta’ dannu kkawżat minn aġenti tal-Istat Membru waqt il-qadi ta’ dmirijiethom; jew vittmi li batew żvantaġġ minħabba raġunijiet politiċi jew reliġjużi jew raġunijiet ta’ dixxendenza. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|