+Artikolu 11 Regoli ġenerali
---+Article 11 1.
---+Article 11 2.
---+Article 11 3.
---+Article 11 4.
---+Article 11 5.

Artikolu 11 Regoli ġenerali

Artikolu 11

Regoli ġenerali

1.  Il-persuni li għalihom japplika dan ir-Regolament għandhom ikunu suġġetti għal-leġislazzjoni ta' Stat Membru wieħed biss. Din il-leġislazzjoni għandha tkun determinata skond dan it-Titolu.

2.  Għall-għanijiet ta' dan it-Titolu, persuni li qegħdin jirċievu benefiċċji fi flus minħabba jew bħala konsegwenza ta' l-attività tagħhom bħala persuni impjegati jew bħala persuni impjegati għal rashom, għandhom jitqiesu bħallikieku qegħdin iwettqu din l-attività. Dan ma japplikax għal pensjonijiet marbuta ma' l-invalidità, pensjonijiet ta' l-età, pensjonijiet tas-superstiti jew għal pensjonijiet marbutin ma inċidenti fuq il-post tax-xogħol jew ma' mard marbut max-xogħol jew għal benefiċċji fi flus marbutin ma' mard li jkopru trattament għal perjodu mhux determinat.

3.  Bla ħsara għall-Artikolu 12 sa 16:

(a) persuna li twettaq attività bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha fi Stat Membru għandha tkun suġġetta għal-leġislazzjoni ta' dak l-Istat Membru;

(b) persuna impjegata maċ-ċivil għandha tkun suġġetta għal-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru li għalih hija suġġetta l-amministrazzjoni li timpjegah jew li timpjegaha;

(ċ) persuna li tirċievi benefiċċji minħabba li ma taħdimx skond l-Artikolu 65 taħt il-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru fejn għandha r-residenza tagħha, għandha tkun suġġetta għal-leġislazzjoni ta' dak l-Istat Membru;

(d) persuna msejħa jew imsejħa mill-ġdid biex isservi fil-forzi armati jew biex tagħmel servizz maċ-ċivil fi Stat Membru, għandha tkun suġġetta għal-leġislazzjoni ta' dak l-Istat Membru;

(e) kull persuna oħra li għaliha ma japplikawx is-subparagrafi (a) sa (d) għandha tkun suġġetta għal-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru fejn għandha r-residenza tagħha: dan iżda mingħajr ħsara għal disposizzjonijiet oħra ta' dan ir-Regolament li jiggarantixxu benefiċċji taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru ieħor jew ta' Stati Membri oħra.

4.  Għall-għanijiet ta' dan it-Titolu, attività bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha mwettqa fuq vapur li jbaħħar taħt il-bandiera ta' Stat Membru għandha titqies bħala attività mwettqa f'dak l-Istat Membru. Madanakollu, persuna impjegata fuq vapur li jbaħħar taħt il-bandiera ta' Stat Membru iżda mħallas għal din l-attività minn impriża jew persuna li għandha l-uffiċju reġistrat tagħha jew il-post tan-negozju tagħha fi Stat Membru ieħor, għandu jkun suġġett għal-leġislazzjoni ta' dan l-Istat Membru jekk il-persuna konċernata għandha r-residenza tagħha f'dan l-Istat. L-impriża jew il-persuna li tħallas il-paga għandha titqies bħala l-persuna li tħaddem għall-għanijiet tal-leġislazzjoni msemmija.

▼M3

5.  Attività li ssir minn membru tal-ekwipaġġ tat-titjira jew tal-ekwipaġġ tal-kabina li jwettaq servizzi għall-passiġġieri jew għall-merkanzija tal-ajru għandha titqies bħala attività mwettqa fi Stat Membru fejn tinsab il-bażi residenzjali, kif definit f’Anness III tar-Regolament (KEE) Nru 3922/91.

▼B

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Article 11 1.
Persons to whom this Regulation applies shall be subject to the legislation of a single Member State only. Such legislation shall be determined in accordance with this Title.
Article 11 2.
For the purposes of this Title, persons receiving cash benefits because or as a consequence of their activity as an employed or self-employed person shall be considered to be pursuing the said activity. This shall not apply to invalidity, old-age or survivors' pensions or to pensions in respect of accidents at work or occupational diseases or to sickness benefits in cash covering treatment for an unlimited period.
Article 11 3.

Subject to Articles 12 to 16:

(a) 

a person pursuing an activity as an employed or self-employed person in a Member State shall be subject to the legislation of that Member State;

(b) 

a civil servant shall be subject to the legislation of the Member State to which the administration employing him/her is subject;

(c) 

a person receiving unemployment benefits in accordance with Article 65 under the legislation of the Member State of residence shall be subject to the legislation of that Member State;

(d) 

a person called up or recalled for service in the armed forces or for civilian service in a Member State shall be subject to the legislation of that Member State;

(e) 

any other person to whom subparagraphs (a) to (d) do not apply shall be subject to the legislation of the Member State of residence, without prejudice to other provisions of this Regulation guaranteeing him/her benefits under the legislation of one or more other Member States.

Article 11 4.
For the purposes of this Title, an activity as an employed or self-employed person normally pursued on board a vessel at sea flying the flag of a Member State shall be deemed to be an activity pursued in the said Member State. However, a person employed on board a vessel flying the flag of a Member State and remunerated for such activity by an undertaking or a person whose registered office or place of business is in another Member State shall be subject to the legislation of the latter Member State if he/she resides in that State. The undertaking or person paying the remuneration shall be considered as the employer for the purposes of the said legislation.
Article 11 5.
An activity as a flight crew or cabin crew member performing air passenger or freight services shall be deemed to be an activity pursued in the Member State where the home base, as defined in Annex III to Regulation (EEC) No 3922/91, is located.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 31.07.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004R0883
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.