+TITLE II DETERMINATION OF THE LEGISLATION APPLICABLE
---+Artikolu 11 Regoli ġenerali
------+Article 11 1.
------+Article 11 2.
------+Article 11 3.
------+Article 11 4.
------+Article 11 5.
---+Artikolu 12 Regoli speċjali
------+Article 12 1.
------+Article 12 2.
---+Artikolu 13 Twettiq ta' attivitajiet f'żewġ Stati Membri jew aktar
------+Article 13 1.
------+Article 13 2.
------+Article 13 3.
------+Article 13 4.
------+Article 13 5.
---+Artikolu 14 Assigurazzjoni volontarja jew assigurazzjoni kontinwata mhux obbligatorja
------+Article 14 1.
------+Article 14 2.
------+Article 14 3.
------+Article 14 4.
---+Artikolu 15 ►M1Persunal kuntrattwali◄tal-Komunitajiet Ewropej
---+Artikolu 16 Eċċezzjonijiet għall-Artikoli 11 sa 15
------+Article 16 1.
------+Article 16 2.
|
TITLE II DETERMINATION OF THE LEGISLATION APPLICABLE
TITLE II DETERMINATION OF THE LEGISLATION APPLICABLE
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 11 Regoli ġenerali
|
Artikolu 11 Regoli ġenerali 1. Il-persuni li għalihom japplika dan ir-Regolament għandhom ikunu suġġetti għal-leġislazzjoni ta' Stat Membru wieħed biss. Din il-leġislazzjoni għandha tkun determinata skond dan it-Titolu. 2. Għall-għanijiet ta' dan it-Titolu, persuni li qegħdin jirċievu benefiċċji fi flus minħabba jew bħala konsegwenza ta' l-attività tagħhom bħala persuni impjegati jew bħala persuni impjegati għal rashom, għandhom jitqiesu bħallikieku qegħdin iwettqu din l-attività. Dan ma japplikax għal pensjonijiet marbuta ma' l-invalidità, pensjonijiet ta' l-età, pensjonijiet tas-superstiti jew għal pensjonijiet marbutin ma inċidenti fuq il-post tax-xogħol jew ma' mard marbut max-xogħol jew għal benefiċċji fi flus marbutin ma' mard li jkopru trattament għal perjodu mhux determinat. 3. Bla ħsara għall-Artikolu 12 sa 16:
(a) persuna li twettaq attività bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha fi Stat Membru għandha tkun suġġetta għal-leġislazzjoni ta' dak l-Istat Membru;
(b) persuna impjegata maċ-ċivil għandha tkun suġġetta għal-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru li għalih hija suġġetta l-amministrazzjoni li timpjegah jew li timpjegaha;
(ċ) persuna li tirċievi benefiċċji minħabba li ma taħdimx skond l-Artikolu 65 taħt il-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru fejn għandha r-residenza tagħha, għandha tkun suġġetta għal-leġislazzjoni ta' dak l-Istat Membru;
(d) persuna msejħa jew imsejħa mill-ġdid biex isservi fil-forzi armati jew biex tagħmel servizz maċ-ċivil fi Stat Membru, għandha tkun suġġetta għal-leġislazzjoni ta' dak l-Istat Membru;
(e) kull persuna oħra li għaliha ma japplikawx is-subparagrafi (a) sa (d) għandha tkun suġġetta għal-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru fejn għandha r-residenza tagħha: dan iżda mingħajr ħsara għal disposizzjonijiet oħra ta' dan ir-Regolament li jiggarantixxu benefiċċji taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru ieħor jew ta' Stati Membri oħra.
4. Għall-għanijiet ta' dan it-Titolu, attività bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha mwettqa fuq vapur li jbaħħar taħt il-bandiera ta' Stat Membru għandha titqies bħala attività mwettqa f'dak l-Istat Membru. Madanakollu, persuna impjegata fuq vapur li jbaħħar taħt il-bandiera ta' Stat Membru iżda mħallas għal din l-attività minn impriża jew persuna li għandha l-uffiċju reġistrat tagħha jew il-post tan-negozju tagħha fi Stat Membru ieħor, għandu jkun suġġett għal-leġislazzjoni ta' dan l-Istat Membru jekk il-persuna konċernata għandha r-residenza tagħha f'dan l-Istat. L-impriża jew il-persuna li tħallas il-paga għandha titqies bħala l-persuna li tħaddem għall-għanijiet tal-leġislazzjoni msemmija.
▼M3
5. Attività li ssir minn membru tal-ekwipaġġ tat-titjira jew tal-ekwipaġġ tal-kabina li jwettaq servizzi għall-passiġġieri jew għall-merkanzija tal-ajru għandha titqies bħala attività mwettqa fi Stat Membru fejn tinsab il-bażi residenzjali, kif definit f’Anness III tar-Regolament (KEE) Nru 3922/91.
▼B
|
|
Artikolu 12 Regoli speċjali
|
Artikolu 12 Regoli speċjali
▼M3
1. Persuna li twettaq attività bħala persuna impjegata fi Stat Membru f’isem min iħaddem, li normalment twettaq l-attivitajiet tagħha hemmhekk, u li tintbagħat minn dak li jħaddem fi Stat Membru ieħor biex taħdem f’isem minn iħaddem, għandha tibqa’ soġġetta għal-leġiżlazzjoni tal-ewwel Stat Membru, sakemm ix-xogħol mhux maħsub li jdum aktar minn 24 xahar u sakemm din il-persuna ma ntbagħtitx biex tieħu post persuna stazzjonata oħra.
▼B
2. Persuna li normalment twettaq attività bħala persuna li taħdem għal rasha fi Stat Membru u li tmur biex twettaq attività simili fi Stat Membru ieħor għandha tibqa' suġġetta għal-leġislazzjoni ta' l-ewwel Stat Membru sakemm l-attività mhix maħsuba li ddum aktar minn 24 xahar.
|
|
Artikolu 13 Twettiq ta' attivitajiet f'żewġ Stati Membri jew aktar
|
Artikolu 13 Twettiq ta' attivitajiet f'żewġ Stati Membri jew aktar
▼M3
1. Persuna li normalment twettaq attività bħala persuna impjegata f’żewġ Stati Membri jew aktar għandha tkun soġġetta:
(a) għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru tar-residenza jekk hija twettaq parti sostanzjali mill-attività tagħha f’dak l-Istat Membru, jew
(b) jekk ma twettaqx parti sostanzjali tal-attività tagħha fl-Istat Membru tar-residenza:
(i) għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li fih jinsab l-uffiċju rreġistrat jew il-post tan-negozju tal-impriża jew ta’ min iħaddem jekk hija impjegata minn impriża jew persuna li tħaddem waħda, jew
(ii) għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li fih jinsab l-uffiċċju reġistrat jew il-post tan-negozju tal-impriżi jew tal-persuni li jħaddmu jekk hija impjegata minn żewġ impriżi jew persuni li jħaddmu jew aktar, li għandhom l-uffiċċju reġistrat jew il-post tan-negozju tagħhom fi Stat Membru wieħed biss; jew
(iii) għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li fih jinsab l-uffiċċju reġistrat jew il-post tan-negozju tal-impriża jew tal-persuna li tħaddem barra mill-Istat Membru tar-residenza jekk hija impjegata minn żewġ impriżi jew persuni li jħaddmu jew aktar, li għandhom l-uffiċċju reġistrat jew il-post tan-negozju tagħhom f’żewġ Stati Membri, li wieħed minnhom ikun l-Istat Membru tar-residenza; jew
(iv) għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru tar-residenza jekk hija impjegata minn żewġ intrapriżi jew persuni li jħaddmu jew aktar, li mill-anqas tnejn minnhom għandhom l-uffiċċju rreġistrat jew il-post tan-negozju tagħhom fi Stati Membri differenti minbarra l-Istat Membru tar-residenza.
▼B
2. Persuna li normalment twettaq attività bħala persuna li taħdem għal rasha f'żewġ Stati Membri jew aktar għandha tkun suġġetta għal:
(a) il-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru fejn għandha r-residenza tagħha jekk hija twettaq parti sostanzjali mill-attività tagħha f'dak l-Istat Membru; jew
(b) il-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru fejn jinstab il-qofol ta' l-interess tagħha, jekk din il-persuna ma għandhiex il-post tar-residenza tagħha f'wieħed mill-Istati Membri fejn hija twettaq parti sostanzjali mill-attività tagħha.
3. Persuna li normalment twettaq attività bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha fi Stati Membri differenti għandha tkun suġġetta għal-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru fejn hija twettaq attività bħala persuna impjegata jew, jekk twettaq attività bħal din f'żewġ Stati Membri jew aktar, għal-leġislazzjoni determinata skond il-paragrafu 1. 4. Persuna impjegata maċ-ċivil minn Stat Membru wieħed u li twettaq attività bħala persuna impjegata jew/u bħala persuna li taħdem għal rasha fi Stat Membru ieħor jew fi Stati Membri oħra, għandha tkun suġġetta għal-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru li għaliha hija suġġetta l-amministrazzjoni li timpjegaha. 5. Persuni msemmija fil-paragrafi 1 sa 4 għandhom ikunu trattati, għall-għanijiet tal-leġislazzjoni determinata skond dawn id-disposizzjonijiet, bħallikieku kienu qegħdin iwettqu l-attivitajiet kollha tagħhom bħala persuni impjegati jew bħala persuni li jaħdmu għal rashom fl-Istat Membru konċernat u bħallikieku kienu qegħdin jirċievu d-dħul kollu tagħhom fl-Istat Membru konċernat.
|
|
Artikolu 14 Assigurazzjoni volontarja jew assigurazzjoni kontinwata mhux obbligatorja
|
Artikolu 14 Assigurazzjoni volontarja jew assigurazzjoni kontinwata mhux obbligatorja 1. L-Artikolu 11 sa 13 ma għandhomx japplikaw għal assigurazzjoni volontarja jew għal assigurazzjoni kontinwata mhux obbligatorja sakemm, fir-rigward ta' waħda mill-fergħat imsemmija fl-Artikolu 3(1), fi Stat Membru teżisti biss skema ta' assigurazzjoni volontarja. 2. Meta, minħabba l-leġislazzjoni ta' Stat Membru, il-persuna konċernata hija suġġetta għal assigurazzjoni obligatorja f'dak l-Istat Membru, dik il-persuna ma tistax tkun suġġetta għal skema ta' assigurazzjoni volontarja jew għal skema ta' assigurazzjoni kontinwata mhux obbligatorja fi Stat Membru ieħor. Fil-każijiet l-oħra kolla fejn, għal fergħa partikolari, hemm l-għażla bejn diversi skemi ta' assigurazzjoni volontarja jew skemi ta' assigurazzjoni mhux obbligatorji kontinwati, il-persuna konċernata għandha tagħżel biss l-iskema li trid hi. 3. Madanakollu, fir-rigward ta' benefiċċji marbutin ma' l-invalidità, benefiċċji marbuta ma' l-età u benefiċċji tas-superstiti, il-persuna konċernata tista' tagħżel l-iskema ta' assigurazzjoni volontarja jew l-iskema ta' assigurazzjoni kontinwata mhux obbligatorja ta' Stat Membru, anke jekk din il-persuna hija suġġetta b'mod obbligatorju għal-leġislazzjoni ta' Stat Membru ieħor. Dan iżda biss jekk din il-persuna kienet suġġetta, f'xi stadju jew ieħor tal-karriera tagħha, għal-leġislazzjoni ta' l-ewwel Stat Membru minħabba jew bħala konsegwenza ta' attività bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha u jekk dan huwa permess b'mod espliċitu jew impliċitu taħt il-leġislazzjoni ta' l-ewwel Stat Membru.
▼M1
4. Fejn il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru tagħmel ammissjoni għal assigurazzjoni volontarja jew assigurazzjoni fakultattiva kontinwa suġġetta għar-residenza f’dak l-Istat Membru jew għal attività preċedenti bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha, l-Artikolu 5(b) għandu japplika biss għall-persuni li kienu suġġetti, f’xi stadju aktar bikri, għal-leġiżlazzjoni ta’ dak l-Istat Membru abbażi ta’ attività bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha.
▼B
|
|
Artikolu 15 ►M1Persunal kuntrattwali◄tal-Komunitajiet Ewropej
|
Artikolu 15
►M1
Persunal kuntrattwali ◄ tal-Komunitajiet Ewropej Fir-rigward ta' disposizzjonijiet stabbiliti fl-iskema applikabbli għall-
►M1
persunal kuntrattwali ◄ tal-Komunitajiet Ewropej, minbarra dawk id-disposizzjonijiet dwar allowances marbutin mal-familja, dawn l-impjegati jistgħu jagħżlu li jkunu suġġetti għal-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru fejn huma mpjegati, għal-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru li għaliha kienu suġġetti eżattament qabel jew għal-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru li huma ċittadini tiegħu. Dan id-dritt għal għażla, li jista' jintuża darba biss, għandu jkollu effett mill-ewwel jum ta' l-impjieg.
|
|
Artikolu 16 Eċċezzjonijiet għall-Artikoli 11 sa 15
|
Artikolu 16 Eċċezzjonijiet għall-Artikoli 11 sa 15 1. Żewġ Stati Membri jew aktar, l-awtoritajiet kompetenti ta' dawn l-Istati Membri jew l-organi indikati minn dawn l-awtoritajiet jistgħu, permezz ta' ftehim komuni, jaħsbu għal eċċezzjonijiet għall-Artikoli 11 sa 15 fl-interess ta' ċerti persuni jew kategoriji ta' persuni. 2. Persuna li tirċievi pensjoni jew pensjonijiet taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membri wieħed jew ta' aktar minn Stat Membru wieħed u li għandha r-residenza tagħha fi Stat Membru ieħor tista', fuq talba tagħha stess, tkun eżentata mill-applikazzjoni tal-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru fejn għandha r-residenza tagħha sakemm mhix suġġetta għal dik il-leġislazzjoni minħabba attività bħala persuna impjegata jew persuna li taħdem għal rasha.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 31.07.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004R0883
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|