Artikolu 17
Residenza fi Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru kompetenti
Persuna assigurati, jew membri tal-familja tagħhom, li għandhom il-post tar-residenza tagħhom fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru kompetenti għandhom jirċievu fl-Istat Membru fejn għandhom r-residenza tagħhom benefiċċji mogħtija in natura mogħtija, f'isem l-istituzzjoni kompetenti, mill-istituzzjoni tal-post ta' residenza, skond id-disposizzjonijiet tal-leġislazzjoni li hija tapplika, bħallikieku kienu assigurati taħt il-leġislazzjoni msemmija.