+Section 1 Insured persons and members of their families, except pensioners and members of their families
---+Artikolu 17 Residenza fi Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru kompetenti
---+Artikolu 18 Żjara fl-Istat Membru kompetenti meta l-post tar-residenza jkun fi Stat Membru ieħor - Regoli speċjali għall-membri tal-familji ta' ħaddiema li jaħdmu bejn il-fruntieri
------+Article 18 1.
------+Article 18 2.
---+Artikolu 19 Żjara barra l-Istat Membru kompetenti
------+Article 19 1.
------+Article 19 2.
---+Artikolu 20 Vjaġġar bl-iskop li jingħataw benefiċċji mogħtija in natura - awtorizzazzjoni biex jingħata trattament xieraq barra l-Istat Membru ta' residenza
------+Article 20 1.
------+Article 20 2.
------+Article 20 3.
------+Article 20 4.
---+Artikolu 21 Benefiċċji mogħtija bħala flus
------+Article 21 1.
------+Article 21 2.
------+Article 21 3.
------+Article 21 4.
---+Artikolu 22 Persuni li għandhom pretensjoni għal pensjoni
------+Article 22 1.
------+Article 22 2.
|
Section 1 Insured persons and members of their families, except pensioners and members of their families
Section 1 Insured persons and members of their families, except pensioners and members of their families
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 17 Residenza fi Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru kompetenti
|
Artikolu 17 Residenza fi Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru kompetenti Persuna assigurati, jew membri tal-familja tagħhom, li għandhom il-post tar-residenza tagħhom fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru kompetenti għandhom jirċievu fl-Istat Membru fejn għandhom r-residenza tagħhom benefiċċji mogħtija in natura mogħtija, f'isem l-istituzzjoni kompetenti, mill-istituzzjoni tal-post ta' residenza, skond id-disposizzjonijiet tal-leġislazzjoni li hija tapplika, bħallikieku kienu assigurati taħt il-leġislazzjoni msemmija.
|
|
Artikolu 18 Żjara fl-Istat Membru kompetenti meta l-post tar-residenza jkun fi Stat Membru ieħor - Regoli speċjali għall-membri tal-familji ta' ħaddiema li jaħdmu bejn il-fruntieri
|
Artikolu 18 Żjara fl-Istat Membru kompetenti meta l-post tar-residenza jkun fi Stat Membru ieħor - Regoli speċjali għall-membri tal-familji ta' ħaddiema li jaħdmu bejn il-fruntieri 1. Sakemm il-paragrafu 2 ma jgħidx mod ieħor, il-persuna assigurata u l-membri tal-familja tagħha msemmija fl-Artikolu 17 għandhom ikunu intitolati wkoll għal benefiċċji mogħtija in natura sakemm ikunu qegħdin joqogħdu fl-Istat Membru kompetenti. Il-benefiċċji mogħtija in natura għandhom jingħataw mill-istituzzjoni kompetenti u bl-ispejjeż għaliha, skond id-disposizzjonijiet tal-leġislazzjoni li hija tapplika, bħallikieku l-persuni konċernati kellhom ir-residenza tagħhom f'dak l-Istat Membru.
▼M1
2. Il-membri tal-familja ta’ ħaddiem tal-fruntiera għandhom ikunu intitolati għal benefiċċji in natura waqt iż-żjara tagħhom fl-Istat Membru kompetenti. Madankollu, fejn l-Istat Membru kompetenti huwa elenkat fl-Anness III, il-membri tal-familja ta’ ħaddiem tal-fruntiera li jgħixu fl-istess Stat Membru bħall-ħaddiem tal-fruntiera għandhom ikunu intitolati għal benefiċċji in natura fl-Istat Membru kompetenti taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19(1) biss.
▼B
|
|
Artikolu 19 Żjara barra l-Istat Membru kompetenti
|
Artikolu 19 Żjara barra l-Istat Membru kompetenti 1. Sakemm il-paragrafu 2 ma jgħidx mod ieħor, persuna assigurata u l-membri tal-familja tagħha li joqogħdu fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru kompetenti għandhom ikunu intitolati għall-benefiċċji mogħtija in natura li jkunu meħtieġa minħabba raġunijiet mediċi matul iż-żjara tagħhom. It-tip ta' benefiċċji u t-tul maħsub taż-żjara għandhom jittieħdu in konsiderazzjoni. Dawn il-benefiċċji għandhom jingħataw f'isem l-istituzzjoni kompetenti mill-istituzzjoni tal-post taż-żjara, skond id-disposizzjonijiet tal-leġislazzjoni li din l-istituzzjoni tapplika, bħallikieku il-persuni konċernati kienu assigurati taħt din il-leġislazzjoni. 2. Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tistabbilixxi lista ta' benefiċċji mogħtija in natura li, sabiex jingħataw matul żjara fi Stat Membru ieħor u minħabba raġunijiet prattiċi, jeħtieġu ftehim minn qabel bejn il-persuna konċernata u l-istituzzjoni li tagħti l-għajnuna.
|
|
Artikolu 20 Vjaġġar bl-iskop li jingħataw benefiċċji mogħtija in natura - awtorizzazzjoni biex jingħata trattament xieraq barra l-Istat Membru ta' residenza
|
Artikolu 20 Vjaġġar bl-iskop li jingħataw benefiċċji mogħtija in natura - awtorizzazzjoni biex jingħata trattament xieraq barra l-Istat Membru ta' residenza 1. Sakemm dan ir-Regolament ma jgħidx mod ieħor, persuna assigurata li tivjaġġa lejn Stat Membru ieħor bl-iskop li tirċievi benefiċċji mogħtija in natura waqt iż-żjara tagħha, għandha tikseb awtorizzazzjoni mill-istituzzjoni kompetenti. 2. Persuna assigurata litkun awtorizzata mill-istituzzjoni kompetenti biex tmur fi Stat Membru ieħor bil-għan li tirċievi t-trattament xieraq għall-kondizzjoni tagħha, għandha tirċievi l-benefiċċji mogħtija in natura mogħtija, f'isem l-istituzzjoni kompetenti, mill-istituzzjoni tal-post taż-żjara, skond id-disposizzjonijiet li dina tapplika, bħallikieku kienet assigurata taħt din il-leġislazzjoni. L-awtorizzazzjoni għandha tingħata fejn it-trattament konċernat huwa fost il-benefiċċji mogħtija mil-leġislazzjoni fl-Istat Membru fejn il-persuna konċernata jkollha l-post tar-residenza tagħha u fejn din il-persuna ma tistax tingħata dan it-trattament fi żmien li jista' jkun ġustifikat fuq raġunijiet mediċi. L-istat preżenti tas-saħħa tal-persuna u l-iżvilupp probabbli tal-marda tagħha għandha jittieħdu in konsiderazzjoni. 3. Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-membri tal-familja ta' persuna assigurata. 4. Jekk il-membri tal-familja ta' persuna assigurata għandhom il-post tar-residenza tagħhom fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru fejn il-persuna assigurata għandha l-post tar-residenza tagħha, u dan l-Istat Membru jkun għażel il-ħlas lura fuq il-bażi ta' ammonti fissi, l-ispejjeż tal-benefiċċji mogħtija in natura msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jitħallsu mill-istituzzjoni tal-post fejn il-membri tal-familja għandhom ir-residenza tagħhom. F'dan il-każ, għall-għanijiet tal-paragrafu 1, l-istituzzjoni tal-post ta' residenza tal-membri tal-familja għandha titqies bħala l-istituzzjoni kompetenti.
|
|
Artikolu 21 Benefiċċji mogħtija bħala flus
|
Artikolu 21 Benefiċċji mogħtija bħala flus 1. Persuna assigurata u membri tal-familji tagħha li għandhom il-post tar-residenza tagħhom jew joqogħdu fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru kompetenti għandhom ikunu intitolati għal benefiċċji mogħtija bħala flus mill-istituzzjoni kompetenti skond il-leġislazzjoni li dina tapplika. Madanakollu, bi ftehim bejn l-istituzzjoni kompetenti u l-istituzzjoni tal-post ta' residenza jew żjara, dawn il-benefiċċji jistgħu jingħataw mill-istituzzjoni tal-post ta' residenza jew żjara iżda jitħallsu mill-istituzzjoni kompetenti skond il-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru kompetenti. 2. L-istituzzjoni kompetenti ta' Stat Membru li skond il-leġislazzjoni tiegħu l-kalkulazzjoni ta' benefiċċji mogħtija bħala flus għandha tkun ibbażata fuq id-dħul medju jew fuq bażi ta' kontribuzzjoni medja, għandha tiddetermina dan id-dħul medju jew il-bażi ta' kontribuzzjoni medja biss skond id-dħul konfermat bħala mħallas jew fuq il-bażi ta' kontribuzzjoni applikata, matul il-perjodi magħmula taħt il-leġislazzjoni msemmija. 3. L-istituzzjoni kompetenti ta' Stat Membru li skond il-leġislazzjoni tiegħu il-kalkulazzjoni ta' benefiċċji mogħtija bħala flus għandha tkun ibbażataa fuq dħul standard, għandha tieħu in konsiderazzjoni biss id-dħul standard jew, fejn ikun jixraq, il-medja ta' dħul standard għall-perjodi magħmula taħt il-leġislazzjoni msemmija. 4. Il-paragrafi 2 u 3 għandhom japplikaw mutatis mutandis għal każijiet fejn il-leġislazzjoni applikata mill-istituzzjoni kompetenti tistabbilixxi perjodu speċifiku ta' referenza li jikkorrispondi fil-każ konċernat kompletament jew parzjalment mal-perjodi li l-persuna konċernata għamel taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru ieħor jew ta' Stati Membri oħra.
|
|
Artikolu 22 Persuni li għandhom pretensjoni għal pensjoni
|
Artikolu 22 Persuni li għandhom pretensjoni għal pensjoni 1. Persuna assigurata li, meta tagħmel talba għal pensjoni jew matul l-investigazzjoni dwar din it-talba, ma tibqax intitolata għal benefiċċji mogħtija in natura taħt il-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru li kien l-aħħar Stat kompetenti, għandha tibqa' intitolata għal benefiċċji mogħtija in natura taħt il-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru fejn hija għandha r-residenza tagħha, bil-kondizzjoni iżda li l-persuna li għandha pretensjoni għal pensjoni tissodisfa l-kondizzjonijiet ta' assigurazzjoni tal-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru msemmi fil-paragrafu 2. Id-dritt għal benefiċċji mogħtija in natura fl-Istat Membru ta' residenza għandu japplika wkoll għall-membri tal-familja tal-persuna li għandha pretensjoni għal pensjoni. 2. Il-benefiċċji mogħtija in natura għandhom jitħallsu mill-istituzzjoni ta' l-Istat Membru li, fil-każ li tingħata l-pensjoni, jsir kompetenti taħt l-Artikoli 23 sa 25.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 31.07.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004R0883
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|