|
+Artikolu 20 Vjaġġar bl-iskop li jingħataw benefiċċji mogħtija in natura - awtorizzazzjoni biex jingħata trattament xieraq barra l-Istat Membru ta' residenza ---+Article 20 1. ---+Article 20 2. ---+Article 20 3. ---+Article 20 4. |
Artikolu 20 Vjaġġar bl-iskop li jingħataw benefiċċji mogħtija in natura - awtorizzazzjoni biex jingħata trattament xieraq barra l-Istat Membru ta' residenzaArtikolu 20 Vjaġġar bl-iskop li jingħataw benefiċċji mogħtija in natura - awtorizzazzjoni biex jingħata trattament xieraq barra l-Istat Membru ta' residenza 1. Sakemm dan ir-Regolament ma jgħidx mod ieħor, persuna assigurata li tivjaġġa lejn Stat Membru ieħor bl-iskop li tirċievi benefiċċji mogħtija in natura waqt iż-żjara tagħha, għandha tikseb awtorizzazzjoni mill-istituzzjoni kompetenti. 2. Persuna assigurata litkun awtorizzata mill-istituzzjoni kompetenti biex tmur fi Stat Membru ieħor bil-għan li tirċievi t-trattament xieraq għall-kondizzjoni tagħha, għandha tirċievi l-benefiċċji mogħtija in natura mogħtija, f'isem l-istituzzjoni kompetenti, mill-istituzzjoni tal-post taż-żjara, skond id-disposizzjonijiet li dina tapplika, bħallikieku kienet assigurata taħt din il-leġislazzjoni. L-awtorizzazzjoni għandha tingħata fejn it-trattament konċernat huwa fost il-benefiċċji mogħtija mil-leġislazzjoni fl-Istat Membru fejn il-persuna konċernata jkollha l-post tar-residenza tagħha u fejn din il-persuna ma tistax tingħata dan it-trattament fi żmien li jista' jkun ġustifikat fuq raġunijiet mediċi. L-istat preżenti tas-saħħa tal-persuna u l-iżvilupp probabbli tal-marda tagħha għandha jittieħdu in konsiderazzjoni. 3. Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-membri tal-familja ta' persuna assigurata. 4. Jekk il-membri tal-familja ta' persuna assigurata għandhom il-post tar-residenza tagħhom fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru fejn il-persuna assigurata għandha l-post tar-residenza tagħha, u dan l-Istat Membru jkun għażel il-ħlas lura fuq il-bażi ta' ammonti fissi, l-ispejjeż tal-benefiċċji mogħtija in natura msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jitħallsu mill-istituzzjoni tal-post fejn il-membri tal-familja għandhom ir-residenza tagħhom. F'dan il-każ, għall-għanijiet tal-paragrafu 1, l-istituzzjoni tal-post ta' residenza tal-membri tal-familja għandha titqies bħala l-istituzzjoni kompetenti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|