Artikolu 25
Pensjonijiet taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru wieħed jew aktar differenti mill-Istat Membru ta' residenza, meta jkun hemm dritt għal benefiċċji mogħtija in natura fl-Istat Membru ta' residenza
Meta l-persuna li tirċievi pensjoni jew pensjonijiet taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru wieħed jew aktar għandha l-post ta' residenza tagħha fi Stat Membru li skond il-leġislazzjoni tiegħu d-dritt biex tirċievi benefiċċji mogħtija in natura mhux suġġett għal kondizzjonijiet ta' assigurazzjoni, jew għal kondizzjonijiet ta' attività bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha, u l-ebda pensjoni ma tingħata minn dan l-Istat Membru, l-ispejjeż tal-benefiċċji mogħtija in natura lil din il-persuna jew lil membri tal-familja tagħha għandhom jitħallsu mill-istituzzjoni ta' wieħed mill-Istati Membri kompetenti fir-rigward tal-pensjoni tagħha, kif determinati skond l-Artikolu 24(2). Dan iżda safejn il-pensjonant u l-membri tal-familja tiegħu kienu jkunu intitolati għal dawn il-benefiċċji li kieku kellhom ir-residenza tagħhom f'dak l-Istat Membru.