+Section 2 Pensioners and members of their families
---+Artikolu 23 Dritt għal benefiċċji mogħtijain naturataħt il-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru ta' residenza
---+Artikolu 24 Meta ma jkunx hemm dritt għal benefiċċji mogħtijain naturataħt il-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru ta' residenza
------+Article 24 1.
------+Article 24 2.
---+Artikolu 25 Pensjonijiet taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru wieħed jew aktar differenti mill-Istat Membru ta' residenza, meta jkun hemm dritt għal benefiċċji mogħtijain naturafl-Istat Membru ta' residenza
---+Artikolu 26 Residenza ta' membri tal-familja fi Stat Membri differenti minn dak fejn il-pensjonant għandu r-residenza tiegħu
---+Artikolu 27 Żjara tal-persuna pensjonanta jew tal-membri tal-familja tagħha fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru fejn għandhom ir-residenza tagħhom - żjara fl-Istat Membru kompetenti - awtorizzazzjoni għal trattament xieraq barra l-Istat Membru ta' residenza
------+Article 27 1.
------+Article 27 2.
------+Article 27 3.
------+Article 27 4.
------+Article 27 5.
---+Artikolu 28 Regoli speċjali għal ħaddiema rtirati li kienu jaħdmu bejn il-fruntieri
------+Article 28 1.
------+Article 28 2.
------+Article 28 3.
------+Article 28 4.
------+Article 28 5.
---+Artikolu 29 Benefiċċji mogħtija fi flus lil pensjonanti
------+Article 29 1.
------+Article 29 2.
---+Artikolu 30 Kontribuzzjonijiet mingħand pensjonanti
------+Article 30 1.
------+Article 30 2.

Section 2 Pensioners and members of their families

Section 2 Pensioners and members of their families

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 23 Dritt għal benefiċċji mogħtijain naturataħt il-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru ta' residenza

Artikolu 23

Dritt għal benefiċċji mogħtija in natura taħt il-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru ta' residenza

Persuna li tirċievi pensjoni jew pensjonijiet taħt il-leġislazzjoni ta' żewġ Stati Membri jew aktar u li wieħed minnhom huwa l-Istat Membru ta' residenza, u li hija intitolata għal benefiċċji mogħtija in natura taħt il-leġislazzjoni ta' dak l-Istat Membru, għandha, flimkien mal-membri tal-familja tagħha, tirċievi dawn il-benefiċċji mogħtija in natura mingħand u bl-ispejjeż għall-istituzzjoni tal-post ta' residenza, bħallikieku kienet persuna pensjonanta li l-pensjoni tagħha kienet titħallas biss taħt il-leġislazzjoni ta' dak l-Istat Membru.

Artikolu 24 Meta ma jkunx hemm dritt għal benefiċċji mogħtijain naturataħt il-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru ta' residenza

Artikolu 24

Meta ma jkunx hemm dritt għal benefiċċji mogħtija in natura taħt il-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru ta' residenza

1.  Persuna li tirċievi pensjoni jew pensjonijiet taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru jew ta' aktar minn Stat Membru wieħed u li mhix intitolata għal benefiċċji mogħtija in natura taħt il-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru ta' residenza għandha, xorta waħda, tirċievi dawn il-benefiċċji għaliha stess jew għall-membri tal-familja tagħha. Dan iżda sa fejn hija kienet tkun intitolata għalihom taħt il-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru, jew ta' l-anqas wieħed mill-Istati Membri, kompetenti fir-rigward tal-pensjonijiet tagħha jekk hija kellha residenza f'dak l-Istat Membru. Il-benefiċċji mogħtija in natura għandhom jingħataw, bl-ispejjeż għalll-istituzzjoni msemmija fil-paragrafu 2, mill-istituzzjoni tal-post ta' residenza bħallikieku l-persuna konċernata kienet intitolata għal pensjoni u benefiċċji mogħtija in natura taħt il-leġislazzjoni ta' dak l-Istat Membru.

2.  Fil-każijiet koperti mill-paragrafu 1, l-ispejjeż tal-benefiċċji mogħtija in natura għandhom jitħallsu mill-istituzzjoni kif determinata minn dawn ir-regoli:

(a) meta l-persuna pensjonanta hija intitolata għal benefiċċji in natura taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru wieħed, l-ispejjeż għandhom jitħallsu mill-istituzzjoni kompetenti ta' dak l-Istat Membru;

(b) meta l-persuna pensjonanta hija intitolata għal benefiċċji mogħtija in natura taħt il-leġislazzjoni ta' żewġ Stati Membri jew aktar, l-ispejjeż tagħhom għandhom jitħallsu mill-istituzzjoni kompetenti ta' l-Istat Membru li l-persuna konċernata kienet suġġetta għal-leġislazzjoni tiegħu għall-itwal perjodu ta' żmien; jekk l-applikazzjoni ta' din ir-regola twassal biex diversi istituzzjonijiet jkunu responsabbli għall-ispejjeż tal-benefiċċji, l-ispejjeż għandhom jitħallsu mill-istituzzjoni li tapplika l-leġislazzjoni li għaliha il-persuna pensjonanta kienet suġġetta l-aħħar.

Artikolu 25 Pensjonijiet taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru wieħed jew aktar differenti mill-Istat Membru ta' residenza, meta jkun hemm dritt għal benefiċċji mogħtijain naturafl-Istat Membru ta' residenza

Artikolu 25

Pensjonijiet taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru wieħed jew aktar differenti mill-Istat Membru ta' residenza, meta jkun hemm dritt għal benefiċċji mogħtija in natura fl-Istat Membru ta' residenza

Meta l-persuna li tirċievi pensjoni jew pensjonijiet taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru wieħed jew aktar għandha l-post ta' residenza tagħha fi Stat Membru li skond il-leġislazzjoni tiegħu d-dritt biex tirċievi benefiċċji mogħtija in natura mhux suġġett għal kondizzjonijiet ta' assigurazzjoni, jew għal kondizzjonijiet ta' attività bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha, u l-ebda pensjoni ma tingħata minn dan l-Istat Membru, l-ispejjeż tal-benefiċċji mogħtija in natura lil din il-persuna jew lil membri tal-familja tagħha għandhom jitħallsu mill-istituzzjoni ta' wieħed mill-Istati Membri kompetenti fir-rigward tal-pensjoni tagħha, kif determinati skond l-Artikolu 24(2). Dan iżda safejn il-pensjonant u l-membri tal-familja tiegħu kienu jkunu intitolati għal dawn il-benefiċċji li kieku kellhom ir-residenza tagħhom f'dak l-Istat Membru.

Artikolu 26 Residenza ta' membri tal-familja fi Stat Membri differenti minn dak fejn il-pensjonant għandu r-residenza tiegħu

Artikolu 26

Residenza ta' membri tal-familja fi Stat Membri differenti minn dak fejn il-pensjonant għandu r-residenza tiegħu

Membri tal-familja ta' persuna li qiegħda tirċievi pensjoni jew pensjonijiet taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru wieħed jew ta' aktar minn Stat Membru wieħed u li għandhom ir-residenza tagħhom fi Stat Membru differenti minn dak li fih il-persuna pensjonanta għandha r-residenza tagħha, għandhom ikunu intitolati biex jirċievu benefiċċji mogħtija in natura mill-istituzzjoni tal-post tar-residenza tagħhom skond id-disposizzjonijiet tal-leġislazzjoni applikata minn din l-istituzzjoni. Dan iżda sa fejn il-persuna pensjonanta hija intitolata għal benefiċċji mogħtija in natura mil-leġislazzjoni ta' Stat Membru. L-ispejjeż għandhom jitħallsu mill-istituzzjoni kompetenti responsabbli għall-ispejjeż tal-benefiċċji in natura mogħtija lill-persuna pensjonanta fl-Istat Membru fejn għandha r-residenza tagħha.

Artikolu 27 Żjara tal-persuna pensjonanta jew tal-membri tal-familja tagħha fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru fejn għandhom ir-residenza tagħhom - żjara fl-Istat Membru kompetenti - awtorizzazzjoni għal trattament xieraq barra l-Istat Membru ta' residenza

Artikolu 27

Żjara tal-persuna pensjonanta jew tal-membri tal-familja tagħha fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru fejn għandhom ir-residenza tagħhom - żjara fl-Istat Membru kompetenti - awtorizzazzjoni għal trattament xieraq barra l-Istat Membru ta' residenza

1.  L-Artikolu 19 għandu japplika mutatis mutandis għal persuna li tirċievi pensjoni jew pensjonijiet taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru wieħed jew aktar u li hija intitolata għal benefiċċji mogħtija in natura taħt il-leġsilazzjoni ta' wieħed mill-Istati Membri li jħallsu l-pensjoni jew pensjonijiet tagħha jew għall-membri tal-familja tagħha li joqogħdu fi Stat Membru differenti minn dak li fih għandhom ir-residenza tagħhom.

2.  L-Artikolu 18(1) għandu japplika mutatis mutandis għall-persuni deskritti fil-paragrafu 1 meta dawn joqogħdu fl-Istat Membru fejn tinstab l-istituzzjoni kompetenti responsabbli għall-ispejjeż tal-benefiċċji mogħtija in natura lill-persuna pensjonanta fl-Istat Membru fejn għandha r-residenza tagħha u dan l-Istat Membru għażel dan u huwa mniżżel fl-Anness IV.

3.  L-Artikolu 20 għandu japplika mutatis mutandis għal persuna pensjonanta jew/u għall-membri tal-familja tagħha li joqogħdu fi Stat Membru differenti minn dak fejn għandhom ir-residenza tagħhom bil-għan li hemmhekk jirċievu it-trattament xieraq għall-kondizzjoni tagħhom.

4.  Sakemm il-paragrafu 5 ma jgħidx mod ieħor, l-ispejjeż tal-benefiċċji mogħtija in natura msemmija fil-paragrafi 1 sa 3 għandhom jitħallsu mill-istituzzjoni kompetenti responsabbli għall-ispejjeż tal-benefiċċji mogħtija in natura lill-persuna pensjonanta fl-Istat Membru fejn għandha r-residenza tagħha.

5.  L-ispejjeż tal-benefiċċji mogħtija in natura msemmija fil-paragrafu 3 għandhom jitħallsu mill-istituzzjoni tal-post ta' residenza tal-persuna pensjonanta jew tal-membri tal-familja tagħha jekk dawn il-persuni għandhom ir-residenza tagħhom fi Stat Membru li għażel il-ħlas lura fuq bażi ta' ammonti fissi. F'dawn il-każijiet, għall-għanijiet tal-paragrafu 3, l-istituzzjoni tal-post ta' residenza tal-persuna pensjonanta jew tal-membri tal-familja għandha titqies bħala l-istituzzjoni kompetenti.

Artikolu 28 Regoli speċjali għal ħaddiema rtirati li kienu jaħdmu bejn il-fruntieri

Artikolu 28

Regoli speċjali għal ħaddiema rtirati li kienu jaħdmu bejn il-fruntieri

▼M1

1.  Ħaddiem tal-fruntiera li jkun irtira minħabba xjuħija jew invalidità huwa intitolat f’każ ta’ mard li jkompli jirċievi benefiċċji in natura fl-Istat Membru fejn hu eserċita l-aħħar l-attività tiegħu bħala persuna imjegata jew li taħdem għal rasha, safejn dan ikun kontinwazzjoni ta’ trattament li beda f’dak l-Istat Membru. “Kontinwazzjoni ta’ trattament” ifisser l-investigazzjoni kontinwata, id-dijanjosi u t-trattament ta’ marda tul id-dewmien kollu tagħha.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika mutatis mutandis għall-membri tal-familja ta’ dak li qabel kien ħaddiem tal-fruntiera sakemm l-Istat Membru fejn il-ħaddiem tal-fruntiera eserċita l-aħħar l-attività tiegħu ma jkunx elenkat fl-Anness III.

▼B

2.  Persuna pensjonanta li, fil-ħames snin ta' qabel id-data effettiva ta' meta bdiet tingħata pensjoni marbuta ma' l-età jew ma' l-invalidità kienet qiegħda twettaq attività bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha għal ta' l-anqas sentejn bħala ħaddiem bejn il-fruntieri, għandha tkun intitolata għal benefiċċji mogħtija in natura fl-Istat Membru fejn hija wettqet din l-attività bħala ħaddiem fuq il-fruntiera. Dan iżda japplika biss jekk dan l-Istat Membru u l-Istat Membru fejn tinstab l-istituzzjoni kompetenti responsabbli għall-ispejjeż tal-benefiċċji mogħtija in natura lill-persuna pensjonanta fl-Istat Membru fejn hija residenti jkunu għamlu din l-għażla u jkunu mniżżla t-tnejn li huma fl-Anness V.

3.  Il-paragrafu 2 għandu japplika mutatis mutandis għall-membri tal-familja ta' ħaddiem li kien jaħdem bejn il-fruntieri jew għas-superstiti tiegħu jekk, matul il-perjodi msemmija fil-paragrafu 2, dawn kienu intitolati għal benefiċċji mogħtija in natura taħt l-Artikolu 18(2). Dan japplika anki jekk il-ħaddiem li kien jaħdem bejn il-fruntieri miet qabel ma bdiet il-pensjoni tiegħu jew tagħha, iżda sakemm dan il-ħaddiem kien iwettaq attività bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha bħala ħaddiem bejn il-fruntieri għal ta' l-anqas sentejn fil-ħames snin ta' qabel il-mewt tiegħu jew tagħha.

4.  Il-paragrafi 2 u 3 għandhom ikunu applikabbli sakemm il-persuna konċernata ssir suġġetta għal-leġislazzjoni ta' Stat Membru minħabba attività bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha.

5.  L-ispejjeż tal-benefiċċji mogħtija in natura msemmija fil-paragrafi 1 sa 3 għandhom jitħallsu mill-istituzzjoni kompetenti responsabbli għall-ispejjeż tal-benefiċċji mogħtija in natura lill-persuna pensjonanta jew lis-superstiti tagħha fl-Istati Membri rispettivi tar-residenza tagħhom.

Artikolu 29 Benefiċċji mogħtija fi flus lil pensjonanti

Artikolu 29

Benefiċċji mogħtija fi flus lil pensjonanti

1.  Benefiċċji mogħtija fi flus għandhom jingħataw lil persuna li tirċievi pensjoni jew pensjonijiet taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru wieħed jew ta' aktar minn Stat Membru wieħed mill-istituzzjoni kompetenti ta' l-Istat Membru fejn tinstab l-istituzzjoni kompetenti responsabbli għall-ispejjeż tal-benefiċċji mogħtija in natura lill-persuna pensjonanta fl-Istat Membru ta' residenza tagħha. L-Artikolu 21 għandu japplika mutatis mutandis.

2.  Il-paragrafu 1 għandu japplika wkoll għall-membri tal-familja tal-persuna pensjonanta.

Artikolu 30 Kontribuzzjonijiet mingħand pensjonanti

Artikolu 30

Kontribuzzjonijiet mingħand pensjonanti

1.  L-istituzzjoni ta' Stat Membru li taħt il-leġislazzjoni applikata minnha stess hija responsabbli biex tagħmel tnaqqis fir-rigward ta' kontribuzzjonijiet marbuta ma' mard, ma' benefiċċji ta' maternità u benefiċċji ekwivalenti ta' paternità, tista' titlob u tirkupra dan it-tnaqqis, ikkalkulat skond il-leġislazzjoni applikata minnha, biss sa fejn l-ispejjeż tal-benefiċċji skond l-Artikoli 23 u 26 għandhom jitħallsu minn istituzzjoni ta' l-imsemmi Stat Membru.

2.  Fejn, fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 25, l-kisba ta' benefiċċji marbutin ma' mard, benefiċċji ta' maternità u benefiċċji ekwivalenti ta' paternità tkun suġġetta għall-ħlas ta' kontribuzzjonijiet jew pagamenti simili taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru fejn il-persuna pensjonanta konċernata jkollha r-residenza tagħha, dawn il-kontribuzzjonijiet ma għandhomx jitħallsu minħabba din ir-residenza.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 31.07.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004R0883
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.