Artikolu 26
Residenza ta' membri tal-familja fi Stat Membri differenti minn dak fejn il-pensjonant għandu r-residenza tiegħu
Membri tal-familja ta' persuna li qiegħda tirċievi pensjoni jew pensjonijiet taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru wieħed jew ta' aktar minn Stat Membru wieħed u li għandhom ir-residenza tagħhom fi Stat Membru differenti minn dak li fih il-persuna pensjonanta għandha r-residenza tagħha, għandhom ikunu intitolati biex jirċievu benefiċċji mogħtija in natura mill-istituzzjoni tal-post tar-residenza tagħhom skond id-disposizzjonijiet tal-leġislazzjoni applikata minn din l-istituzzjoni. Dan iżda sa fejn il-persuna pensjonanta hija intitolata għal benefiċċji mogħtija in natura mil-leġislazzjoni ta' Stat Membru. L-ispejjeż għandhom jitħallsu mill-istituzzjoni kompetenti responsabbli għall-ispejjeż tal-benefiċċji in natura mogħtija lill-persuna pensjonanta fl-Istat Membru fejn għandha r-residenza tagħha.