|
+Artikolu 27 Żjara tal-persuna pensjonanta jew tal-membri tal-familja tagħha fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru fejn għandhom ir-residenza tagħhom - żjara fl-Istat Membru kompetenti - awtorizzazzjoni għal trattament xieraq barra l-Istat Membru ta' residenza ---+Article 27 1. ---+Article 27 2. ---+Article 27 3. ---+Article 27 4. ---+Article 27 5. |
Artikolu 27 Żjara tal-persuna pensjonanta jew tal-membri tal-familja tagħha fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru fejn għandhom ir-residenza tagħhom - żjara fl-Istat Membru kompetenti - awtorizzazzjoni għal trattament xieraq barra l-Istat Membru ta' residenzaArtikolu 27 Żjara tal-persuna pensjonanta jew tal-membri tal-familja tagħha fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru fejn għandhom ir-residenza tagħhom - żjara fl-Istat Membru kompetenti - awtorizzazzjoni għal trattament xieraq barra l-Istat Membru ta' residenza 1. L-Artikolu 19 għandu japplika mutatis mutandis għal persuna li tirċievi pensjoni jew pensjonijiet taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru wieħed jew aktar u li hija intitolata għal benefiċċji mogħtija in natura taħt il-leġsilazzjoni ta' wieħed mill-Istati Membri li jħallsu l-pensjoni jew pensjonijiet tagħha jew għall-membri tal-familja tagħha li joqogħdu fi Stat Membru differenti minn dak li fih għandhom ir-residenza tagħhom. 2. L-Artikolu 18(1) għandu japplika mutatis mutandis għall-persuni deskritti fil-paragrafu 1 meta dawn joqogħdu fl-Istat Membru fejn tinstab l-istituzzjoni kompetenti responsabbli għall-ispejjeż tal-benefiċċji mogħtija in natura lill-persuna pensjonanta fl-Istat Membru fejn għandha r-residenza tagħha u dan l-Istat Membru għażel dan u huwa mniżżel fl-Anness IV. 3. L-Artikolu 20 għandu japplika mutatis mutandis għal persuna pensjonanta jew/u għall-membri tal-familja tagħha li joqogħdu fi Stat Membru differenti minn dak fejn għandhom ir-residenza tagħhom bil-għan li hemmhekk jirċievu it-trattament xieraq għall-kondizzjoni tagħhom. 4. Sakemm il-paragrafu 5 ma jgħidx mod ieħor, l-ispejjeż tal-benefiċċji mogħtija in natura msemmija fil-paragrafi 1 sa 3 għandhom jitħallsu mill-istituzzjoni kompetenti responsabbli għall-ispejjeż tal-benefiċċji mogħtija in natura lill-persuna pensjonanta fl-Istat Membru fejn għandha r-residenza tagħha. 5. L-ispejjeż tal-benefiċċji mogħtija in natura msemmija fil-paragrafu 3 għandhom jitħallsu mill-istituzzjoni tal-post ta' residenza tal-persuna pensjonanta jew tal-membri tal-familja tagħha jekk dawn il-persuni għandhom ir-residenza tagħhom fi Stat Membru li għażel il-ħlas lura fuq bażi ta' ammonti fissi. F'dawn il-każijiet, għall-għanijiet tal-paragrafu 3, l-istituzzjoni tal-post ta' residenza tal-persuna pensjonanta jew tal-membri tal-familja għandha titqies bħala l-istituzzjoni kompetenti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|