Artikolu 38
Benefiċċji marbutin ma' mard marbut max-xogħol meta l-persuna li qiegħda ssofri minn marda bħal din kienet esposta għall-isess riskju f'diversi Stati Membri
Meta persuna li qiegħda ssofri minn marda marbuta max-xogħol kienet, taħt il-leġislazzjoni ta' żewġ Stati Membri jew aktar, wettqet attività li minħabba n-natura tagħha x'aktarx li ikkaġunat din il-marda, il-benefiċċji li din il-persuna jew is-superstiti tagħha jistgħu jitolbu għandhom jingħataw biss taħt il-leġislazzjoni ta' l-aħħar minn dawk l-Istati li l-kondizzjonijiet tiegħu jkunu sodisfatti.