+CHAPTER 2 Benefits in respect of accidents at work and occupational diseases
---+Artikolu 36 Dritt għal benefiċċji mogħtijain naturajew fi flus
------+Article 36 1.
------+Article 36 2.
------+Article 36 2a.
------+Article 36 3.
---+Artikolu 37 Spejjeż marbutin mat-trasport
------+Article 37 1.
------+Article 37 2.
---+Artikolu 38 Benefiċċji marbutin ma' mard marbut max-xogħol meta l-persuna li qiegħda ssofri minn marda bħal din kienet esposta għall-isess riskju f'diversi Stati Membri
---+Artikolu 39 Aggravazzjoni ta' marda marbuta max-xogħol
---+Artikolu 40 Regoli dwar kif karatteristiċi speċifiċi ta' ċerti leġislazzjonijiet għandhom ikunu ikkunsidrati
------+Article 40 1.
------+Article 40 2.
------+Article 40 3.
---+Artikolu 41 Ħlas lura bejn istituzzjonijiet
------+Article 41 1.
------+Article 41 2.
|
CHAPTER 2 Benefits in respect of accidents at work and occupational diseases
CHAPTER 2 Benefits in respect of accidents at work and occupational diseases
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 36 Dritt għal benefiċċji mogħtijain naturajew fi flus
|
Artikolu 36 Dritt għal benefiċċji mogħtija in natura jew fi flus
▼M1
1. Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni aktar favorevoli fil-paragrafi 2 u 2a ta’ dan l-Artikolu, l-Artikoli 17, 18(1), 19(1) u 20(1) għandhom japplikaw ukoll għal benefiċċji marbutin ma’ aċċidenti fuq il-post tax-xogħol jew ma’ mard ikkaġunat mix-xogħol.
▼B
2. Persuna li kellha inċident fuq il-post tax-xogħol jew li qiegħda tbati minn marda marbuta max-xogħol u li għandha l-post tar-residenza tagħha jew li toqgħod fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru kompetenti għandha tkun intitolata għall-benefiċċji speċjali mogħtija in natura ta' l-iskema li tkopri inċidenti fuq il-post tax-xogħol u mard marbut max-xogħol, liema benefiċċji jingħataw f'isem l-istituzzjoni kompetenti mill-istituzzjoni tal-post ta' residenza jew ta' żjara skond il-leġislazzjoni li dina tapplika, bħallikieku din il-persuna kienet assigurata taħt din il-leġislazzjoni.
▼M3
2a. L-istituzzjoni kompetenti ma tistax tiċħad li tagħti l-awtorizzazzjoni prevista fl-Artikolu 20(1) lil persuna li kellha aċċident fuq il-post tax-xogħol jew li qabditha marda kkaġunata mix-xogħol u li hija intitolata għal benefiċċji li ħa tagħmel tajjeb għalihom dik l-istituzzjoni, fejn it-trattament xieraq għall-kundizzjoni tagħha ma jistax jingħata fl-Istat Membru li hija toqgħod fih f’limitu ta’ żmien li huwa medikament ġustifikabbli, filwaqt li jiġi kkunsidrat l-istat attwali ta’ saħħitha u l-iżvilupp probabbli tal-marda.
▼B
3. L-Artikolu 21 għandu japplika wkoll għall-benefiċċji li jaqgħu taħt dan il-Kapitolu.
|
|
Artikolu 37 Spejjeż marbutin mat-trasport
|
Artikolu 37 Spejjeż marbutin mat-trasport 1. L-istituzzjoni kompetenti ta' Stat Membru li l-leġislazzjoni tiegħu taħseb għall-ħlas ta' l-ispejjeż tat-trasport ta' persuna li kellha inċident fuq il-post tax-xogħol jew li qiegħa ssofri minn marda marbuta max-xogħol, jew sal-post ta' fejn għandha r-residenza tagħha jew sa l-isptar, għandha tħallas dawn l-ispejjeż sal-post korrispondenti fi Stat Membru ieħor fejn il-persuna għandha r-residenza tagħha. Dan iżda bil-kondizzjoni li din l-istituzzjoni tagħti l-awtorizzazzjoni bil-quddiem għal dan it-trasport wara li tkun ikkunsidrat ir-raġunijiet li jiġġustifikaw dan it-trasport. Din l-awtorizzazzjoni mhix meħtieġa fil-każ ta' ħaddiem li jaħdem bejn il-fruntiera. 2. L-istituzzjoni kompetenti ta' Stat Membru li l-leġislazzjoni tiegħu taħseb għall-ħlas ta' l-ispejjeż marbutin mal-ġarr tal-ġisem ta' persuna li mietet f'inċident fuq il-post tax-xogħol sal-post fejn ħa tindifen għandha, skond il-leġislazzjoni applikata minnha, tħallas dawn l-ispejjeż sal-post korrispondenti fi Stat Membru ieħor fejn il-persuna kellha r-residenza tagħha meta sar l-inċident.
|
|
Artikolu 38 Benefiċċji marbutin ma' mard marbut max-xogħol meta l-persuna li qiegħda ssofri minn marda bħal din kienet esposta għall-isess riskju f'diversi Stati Membri
|
Artikolu 38 Benefiċċji marbutin ma' mard marbut max-xogħol meta l-persuna li qiegħda ssofri minn marda bħal din kienet esposta għall-isess riskju f'diversi Stati Membri Meta persuna li qiegħda ssofri minn marda marbuta max-xogħol kienet, taħt il-leġislazzjoni ta' żewġ Stati Membri jew aktar, wettqet attività li minħabba n-natura tagħha x'aktarx li ikkaġunat din il-marda, il-benefiċċji li din il-persuna jew is-superstiti tagħha jistgħu jitolbu għandhom jingħataw biss taħt il-leġislazzjoni ta' l-aħħar minn dawk l-Istati li l-kondizzjonijiet tiegħu jkunu sodisfatti.
|
|
Artikolu 39 Aggravazzjoni ta' marda marbuta max-xogħol
|
Artikolu 39 Aggravazzjoni ta' marda marbuta max-xogħol F'każ li jkun hemm aggravazzjoni ta' marda marbuta max-xogħol li għaliha l-persuna li tkun qiegħda ssofri minn din il-marda tkun irċeviet jew tkun qiegħda tirċievi benefiċċji taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru, għandhom japplikaw dawn ir-regoli:
(a) jekk il-persuna konċernata, waqt li kienet qiegħda tirċievi l-benefiċċji, ma wettqitx, taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru ieħor, attività bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha li x'aktarx ikkaġunat jew iggravat il-marda involuta, l-istituzzjoni kompetenti ta' l-ewwel Stat Membru għandha tħallas l-ispejjeż tal-benefiċċji taħt id-disposizzjonijiet tal-leġislazzjoni applikata minnha, waqt li tqis l-aggravazzjoni;
(b) jekk il-persuna konċernata, waqt li kienet qiegħda tirċievi benefiċċji, wettqet attività bħal din taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru ieħor, l-istituzzjoni kompetenti ta' l-ewwel Stat Membru għandha tħallas l-ispejjeż tal-benefiċċji mogħtija taħt il-leġislazzjoni applikata minnha mingħjar ma tqis l-aggravazzjoni. L-istituzzjoni kompetenti tat-tieni Stat Membru għandha tagħti suppliment lill-persuna konċernata. Dan l-ammont għandhu jkun ekwivalenti għad-differenza bejn l-ammont ta' benefiċċji li għandhom jingħataw wara l-aggravazzjoni u l-ammont li kien ikollu jingħata qabel l-aggravazzjoni taħt il-leġislazzjoni applikata mit-tieni Stat Membru li kieku l-marda konċernata ġrat taħt il-leġislazzjoni ta' dak l-Istat;
(ċ) ir-regoli dwar ir-riduzzjoni, is-sospensjoni jew it-tneħħija stabbiliti fil-leġislazzjoni ta' Stat Membru ma għandhomx ikunu applikati fir-rigward ta' persuni li jirċievu benefiċċji mingħand l-istituzzjonijiet ta' żewġ Stati Membri skond is-subparagrafu (b).
|
|
Artikolu 40 Regoli dwar kif karatteristiċi speċifiċi ta' ċerti leġislazzjonijiet għandhom ikunu ikkunsidrati
|
Artikolu 40 Regoli dwar kif karatteristiċi speċifiċi ta' ċerti leġislazzjonijiet għandhom ikunu ikkunsidrati 1. Jekk ma jkunx hemm assigurazzjoni għal kontra inċidenti fuq il-post tax-xogħol jew għal kontra mard marbut max-xogħol fl-Istat Membru fejn il-persuna konċernata għandha l-post tar-residenza tagħha jew fejn din il-persuna toqgħod, jew jekk teżisti din l-assigurazzjoni iżda ma hemmx istituzzjoni responsabbli għall-għoti ta' benefiċċji mogħtija in natura, dawk il-benefiċċji għandhom jingħataw mill-istituzzjoni tal-post ta' residenza jew ta' żjara risponsabbli għall-għoti ta' benefiċċji mogħtija in natura fil-każ ta' mard. 2. Jekk ma jkunx hemm assigurazzjoni għal kontra inċidenti fuq il-post tax-xogħol jew għal kontra mard marbut max-xogħol fl-Istat Membru kompetenti, id-disposizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu dwar benefiċċji mogħtija in natura għandhom japplikaw xorta waħda għal persuna li hija intitolata għal dawk il-benefiċċji fil-każ ta' mard, ta' maternità jew ta' paternità taħt il-leġislazzjoni ta' dak l-Istat Membru jekk dik il-persuna jkollha inċident fuq il-post tax-xogħol jew issofri minn marda marbuta max-xogħol matul ir-residenza jew iż-żjara tagħha fi Stat Membru ieħor. L-ispejjeż għandhom jitħallsu mill-istituzzjoni li hija kompetenti biex tagħti l-benefiċċji mogħtija in natura taħt il-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru kompetenti. 3. L-Artikolu 5 għandu japplika għall-istituzzjoni kompetenti fi Stat Membru fir-rigward ta' l-ugwaljanza ta' inċidenti fuq il-post tax-xogħol jew mard marbut max-xogħol li jew ġraw jew li kienu konfermati wara taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru ieħor, meta din l-istituzzjoni tkun qiegħda tagħmel eżami tal-livell ta' inkapaċità, tad-dritt għal benefiċċji jew l-ammont ta' benefiċċju, bil-kondizzjoni li:
(a) l-ebda kumpens ma għandu jingħata fir-rigward ta' inċident fuq il-post tax-xogħol jew marda marbuta max-xogħol li jseħħ jew li kienet konfermata qabel taħt il-leġislazzjoni applikata minnha; u
(b) l-ebda kumpens ma għandu jingħata fir-rigward ta' inċident fuq il-post tax-xogħol jew marda marbuta max-xogħol li seħħ jew li kienet konfermata wara, taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru ieħor li taħtha seħħ l-inċident fuq il-post tax-xogħol jew li taħtha kienet konfermata l-marda marbuta max-xogħol.
|
|
Artikolu 41 Ħlas lura bejn istituzzjonijiet
|
Artikolu 41 Ħlas lura bejn istituzzjonijiet 1. L-Artikolu 35 għandu japplika wkoll għal benefiċċji li jaqgħu taħt dan il-Kapitolu, u l-ħlas lura għandu jsir fuq il-bażi ta' spejjeż attwali. 2. Żewġ Stati Membri jew aktar, jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, jistgħu jaħsbu għal metodi oħra dwar kif isir il-ħlas lura jew jistgħu jirrinunzjaw għal kull ħlas lura bejn l-istituzzjonijiet li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 31.07.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004R0883
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|