|
+Artikolu 48 Bdil ta' benefiċċji marbutin ma' l-invalidità għal benefiċċji marbutin ma' l-età ---+Article 48 1. ---+Article 48 2. ---+Article 48 3. ---+Article 48 4. |
Artikolu 48 Bdil ta' benefiċċji marbutin ma' l-invalidità għal benefiċċji marbutin ma' l-etàArtikolu 48 Bdil ta' benefiċċji marbutin ma' l-invalidità għal benefiċċji marbutin ma' l-età 1. Benefiċċji marbutin ma' l-invalidità għandhom jinbidlu għal benefiċċji marbutin ma' l-età, fejn jixraq, bil-kondizzjonijiet stabbiliti mil-leġislazzjoni jew mil-leġislazzjonijiet li taħthom jingħataw dawn il-benefiċċji u dan skond il-Kapitolu 5. 2. Fejn persuna li qiegħda tirċievi benefiċċji marbutin ma' l-invalidità tista' tagħmel talba għal benefiċċji marbutin ma' l-età taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru jew ta' aktar minn Stat Membru wieħed, skond l-Artikolu 50, kull istituzzjoni li hija responsabbli biex tagħti benefiċċji marbutin ma' l-invalidità taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru għandha tibqa' tagħti lil din il-persuna dawk il-benefiċċji marbutin ma' l-invalidità li għalihom hija intitolata taħt il-leġislazzjoni applikata minnha. Dan jgħodd sakemm il-paragrafu 1 jibda japplika fir-rigward ta' dik l-istituzzjoni, jew inkella, sakemm il-persuna konċernata tissodisfa l-kondizzjonijiet għal dawn il-benefiċċji. 3. Fejn benefiċċji marbutin ma' l-invalidità mogħtija taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru, skond l-Artikolu 44, jinqalbu għal benefiċċji marbutin ma' l-età u fejn il-persuna konċernata għadha ma tissodisfax il-kondizzjonijiet stabbiliti mil-leġislazzjoni fi Stat Membru ieħor jew fi Stati Membri oħra biex ikunu jistgħu jingħataw dawk il-benefiċċji, il-persuna konċernata għandha tirċievi, mingħand dak l-Istat Membru jew minn dawk l-Istati Membri, benefiċċji marbutin ma' l-invalidità mill-jum tal-bidla. Dawk il-benefiċċji ta' invalidità għandhom jingħataw skond il-Kapitolu 5 bħallikieku dak il-Kapitolu kien japplika meta seħħet l-inkapaċità għax-xogħol li wasslet għall-invalidità, u dan sakemm il-persuna konċernata tissodisfa l-kondizzjonijiet biex tikkwalifika għal benefiċċju marbut ma' l-età stabbiliti fil-leġislazzjonijiet nazzjonali konċernati jew, fejn ma jkunx hemmx provvedimenti dwar din il-bidla, sakemm din il-persuna tkun intitolata għal benefiċċji marbutin ma' l-invalidità taħt din il-leġislazzjoni jew leġislazzjonijiet. 4. Il-benefiċċji marbutin ma' l-invalidità mogħtija taħt l-Artikolu 44 għandhom ikun ikkalkulati mill-ġdid skond il-Kapitolu 5 malli l-benefiċjarju jissodisfa l-kondizzjonijiet biex jikkwalifika għal benefiċċji marbutin ma' l-invalidità stabbiliti f'leġislazzjoni tat-tip B, jew malli il-benefiċjarju jirċievi benefiċċji marbutin ma' l-età taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru ieħor. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|