+CHAPTER 4 Invalidity benefits
---+Artikolu 44 Persuni li huma suġġetti biss għal leġislazzjoni tat-tip A
------+Article 44 1.
------+Article 44 2.
------+Article 44 3.
------+Article 44 4.
---+Artikolu 45 Disposizzjonijiet speċjali fuq l-għadd flimkien ta' perjodi
---+Artikolu 46 Persuni suġġetti jew għal leġislazzjoni tat-tip B biss jew għal leġislazzjoni tat-tip A u tat-tip B
------+Article 46 1.
------+Article 46 2.
------+Article 46 3.
---+Artikolu 47 Aggravazzjoni ta' l-invalidità
------+Article 47 1.
------+Article 47 2.
------+Article 47 3.
---+Artikolu 48 Bdil ta' benefiċċji marbutin ma' l-invalidità għal benefiċċji marbutin ma' l-età
------+Article 48 1.
------+Article 48 2.
------+Article 48 3.
------+Article 48 4.
---+Artikolu 49 Disposizzjonijiet speċjali għall-impjegati maċ-ċivil
|
CHAPTER 4 Invalidity benefits
CHAPTER 4 Invalidity benefits
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 44 Persuni li huma suġġetti biss għal leġislazzjoni tat-tip A
|
Artikolu 44 Persuni li huma suġġetti biss għal leġislazzjoni tat-tip A 1. Għall-għanijiet ta' dan il-Kapitolu, “leġislazzjoni tat-tip A” tfisser kull leġislazzjoni li taħtha l-ammont ta' benefiċċji marbutin ma' l-invalidità huwa indipendenti mit-tul tal-perjodi ta' assigurazzjoni jew residenza u li hija inkluża b'mod espress fl-Anness VI mill-Istat Membru, u “leġislazzjoni tat-tip B” tfisser kull leġislazzjoni oħra. 2. Persuna li kienet suġġetta, b'mod suċċessiv jew b'mod alternattiv, għal-leġislazzjoni ta' żewġ Stati Membri jew aktar u li għamlet perjodi ta' assigurazzjoni jew residenza taħt leġislazzjonijiet tat-tip A biss, għandha tkun intitolata għal benefiċċji mingħand l-istituzzjoni ta' l-Istat Membru li l-leġislazzjoni tiegħu kienet tapplika meta seħħet l-inkapaċità segwita mill-invalidità biss u għandha tirċievi dawn il-benefiċċji skond dik il-leġislazzjoni. F'dan il-kuntest, għandu jkun ikkunsidrat, fejn jixraq, l-Artikolu 45. 3. Persuna li mhux intitolata għal benefiċċji taħt il-paragrafu 2, għandha tirċievi l-benefiċċji li għalihom hija tkun għadha intitolata taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru ieħor, fil-waqt li jkun ikkunsidrat, fejn jixraq, l-Aritkolu 45. 4. Jekk il-leġislazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 jew 3 jkun fiha regoli dwar ir-riduzzjoni, is-sospensjoni jew it-tneħħija ta' benefiċċji marbutin ma' l-invalidità fil-każ ta' sitwazzjonijiet fejn ikun overlapping ma' dħul ieħor jew ma' benefiċċji ta' tip differenti skond l-Aritkolu 53(2), l-Artikolu 53(3) u 55(3) għandhom japplikaw mutatis mutandis.
|
|
Artikolu 45 Disposizzjonijiet speċjali fuq l-għadd flimkien ta' perjodi
|
Artikolu 45 Disposizzjonijiet speċjali fuq l-għadd flimkien ta' perjodi L-istituzzjoni kompetenti ta' Stat Membru li l-leġislazzjoni tiegħu tagħmel il-kisba, iż-żamma jew l-irkupru tad-dritt għal benefiċċji kondizzjonali fuq l-ikkompletar ta' perjodi ta' assigurazzjoni jew residenza għandha, fejn ikun hemm bżonn, tapplika l-Artikolu 51(1) mutatis mutandis.
|
|
Artikolu 46 Persuni suġġetti jew għal leġislazzjoni tat-tip B biss jew għal leġislazzjoni tat-tip A u tat-tip B
|
Artikolu 46 Persuni suġġetti jew għal leġislazzjoni tat-tip B biss jew għal leġislazzjoni tat-tip A u tat-tip B 1. Persuna li kienet suġġetta, b'mod suċċessiv jew b'mod alternattiv, għal-leġislazzjoni ta' żewġ Stati Membri jew aktar, li minnhom ta' l-anqas Stat wieħed ma għandux leġislazzjoni tat-tip A, għandha tkun intitolata għal benefiċċji taħt il-Kapitolu 5, li għandu japplika mutatis mutandis waqt li jkun ikkunsidrat il-paragrafu 3. 2. Madanakollu, jekk qabel il-persuna konċernata kienet suġġetta għal leġislazzjoni tat-tip B u din il-persuna ssofri inkapaċità għax-xogħol li twassal għal invalidità waqt li tkun suġġetta għal leġislazzjoni tat-tip A, din il-persuna għandha tirċievi benefiċċji skond l-Artikolu 44, sakemm:
— din il-persuna tissodisfa l-kondizzjonijiet ta' dik il-leġislazzjoni biss jew ta' leġislazzjonijiet oħra ta' l-istess tip, u dan waqt li jkun ikkunsidrat, fejn jixraq, l-Artikolu 45, iżda mingħajr ma jkunu ikkunsidrati perjodi ta' assigurazzjoni jew residenza magħmula taħt leġislazzjoni tat-tip B, u
— din il-persuna ma tagħmilx talbiet għal benefiċċji marbutin ma' l-età, u dan waqt li jittieħed in konsiderazzjoni l-Artikolu 50(1).
3. Deċiżjoni meħuda minn istituzzjoni ta' Stat Membru dwar il-livell ta' invalidità ta' persuna li tagħmel talba għandha torbot l-istituzzjoni ta' kull Stat Membru ieħor konċernat. Dan iżda bil-kondizzjoni li l-konkordanza bejn il-leġislazzjoni ta' dawn l-Istati Membri dwar il-kondizzjonijiet rigward il-livell ta' invalidità hija rikonoxxuta fl-Anness VII.
|
|
Artikolu 47 Aggravazzjoni ta' l-invalidità
|
Artikolu 47 Aggravazzjoni ta' l-invalidità 1. Fil-każ ta' aggravazzjoni ta' invalidità li għaliha persuna qiegħda tirċievi benefiċċji taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru jew ta' aktar minn Stat Membru wieħed, għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet li ġejjin, fil-waqt li tittieħed in konsiderazzjoni l-aggravazzjoni:
(a) il-benefiċċji għandhom jingħataw skond il-Kapitolu 5, applikat mutatis mutandis;
(b) madanakollu, fejn il-persuna konċernata kienet suġġetta għal żewġ leġislazzjonijiet, jew aktar, tat-tip A u minn mindu bdiet tirċievi l-benefiċċju ma kinitx suġġetta għal-leġislazzjoni ta' Stat Membru ieħor, il-benefiċċju għandu jingħata skond l-Artikolu 44(2).
2. Jekk l-ammont totali tal-benefiċċju jew benefiċċji li għandhom jingħataw taħt il-paragrafu 1 ikun anqas mill-ammont tal-benefiċċji li l-persuna konċernata kienet tirċievi bl-ispejjeż għall-istituzzjoni li qabel kienet kompetenti għall-ħlas, dik l-istituzzjoni għandha tħallasha suppliment ekwivalenti għad-differenza bejn iż-żewġ ammonti. 3. Jekk il-persuna konċernata mhix intitolata għal benefiċċji bl-ispejjeż għal istituzzjoni ta' Stat Membru ieħor, l-istituzzjoni kompetenti ta' l-Istat Membru li qabel kienet kompetenti għandha tħallas il-benefiċċji skond il-leġislazzjoni applikata minnha, u dan waqt li tieħu in konsiderazzjoni l-aggravazzjoni u, fejn jixraq, l-Artikolu 45.
|
|
Artikolu 48 Bdil ta' benefiċċji marbutin ma' l-invalidità għal benefiċċji marbutin ma' l-età
|
Artikolu 48 Bdil ta' benefiċċji marbutin ma' l-invalidità għal benefiċċji marbutin ma' l-età 1. Benefiċċji marbutin ma' l-invalidità għandhom jinbidlu għal benefiċċji marbutin ma' l-età, fejn jixraq, bil-kondizzjonijiet stabbiliti mil-leġislazzjoni jew mil-leġislazzjonijiet li taħthom jingħataw dawn il-benefiċċji u dan skond il-Kapitolu 5. 2. Fejn persuna li qiegħda tirċievi benefiċċji marbutin ma' l-invalidità tista' tagħmel talba għal benefiċċji marbutin ma' l-età taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru jew ta' aktar minn Stat Membru wieħed, skond l-Artikolu 50, kull istituzzjoni li hija responsabbli biex tagħti benefiċċji marbutin ma' l-invalidità taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru għandha tibqa' tagħti lil din il-persuna dawk il-benefiċċji marbutin ma' l-invalidità li għalihom hija intitolata taħt il-leġislazzjoni applikata minnha. Dan jgħodd sakemm il-paragrafu 1 jibda japplika fir-rigward ta' dik l-istituzzjoni, jew inkella, sakemm il-persuna konċernata tissodisfa l-kondizzjonijiet għal dawn il-benefiċċji. 3. Fejn benefiċċji marbutin ma' l-invalidità mogħtija taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru, skond l-Artikolu 44, jinqalbu għal benefiċċji marbutin ma' l-età u fejn il-persuna konċernata għadha ma tissodisfax il-kondizzjonijiet stabbiliti mil-leġislazzjoni fi Stat Membru ieħor jew fi Stati Membri oħra biex ikunu jistgħu jingħataw dawk il-benefiċċji, il-persuna konċernata għandha tirċievi, mingħand dak l-Istat Membru jew minn dawk l-Istati Membri, benefiċċji marbutin ma' l-invalidità mill-jum tal-bidla. Dawk il-benefiċċji ta' invalidità għandhom jingħataw skond il-Kapitolu 5 bħallikieku dak il-Kapitolu kien japplika meta seħħet l-inkapaċità għax-xogħol li wasslet għall-invalidità, u dan sakemm il-persuna konċernata tissodisfa l-kondizzjonijiet biex tikkwalifika għal benefiċċju marbut ma' l-età stabbiliti fil-leġislazzjonijiet nazzjonali konċernati jew, fejn ma jkunx hemmx provvedimenti dwar din il-bidla, sakemm din il-persuna tkun intitolata għal benefiċċji marbutin ma' l-invalidità taħt din il-leġislazzjoni jew leġislazzjonijiet. 4. Il-benefiċċji marbutin ma' l-invalidità mogħtija taħt l-Artikolu 44 għandhom ikun ikkalkulati mill-ġdid skond il-Kapitolu 5 malli l-benefiċjarju jissodisfa l-kondizzjonijiet biex jikkwalifika għal benefiċċji marbutin ma' l-invalidità stabbiliti f'leġislazzjoni tat-tip B, jew malli il-benefiċjarju jirċievi benefiċċji marbutin ma' l-età taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru ieħor.
|
|
Artikolu 49 Disposizzjonijiet speċjali għall-impjegati maċ-ċivil
|
Artikolu 49 Disposizzjonijiet speċjali għall-impjegati maċ-ċivil L-Artikoli 6, 44, 46, 47 and 48 u l-Artikolu 60(2) u (3) għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-persuni koperti mill-iskema speċjali għall-impjegati maċ-ċivil.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 31.07.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004R0883
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|