|
+Artikolu 52 Għoti ta' benefiċċji ---+Article 52 1. ---+Article 52 2. ---+Article 52 3. ---+Article 52 4. ---+Article 52 5. |
Artikolu 52 Għoti ta' benefiċċjiArtikolu 52 Għoti ta' benefiċċji 1. L-istituzzjoni kompetenti għandha tikkalkula l-ammont tal-benefiċċju li jkollu jingħata: (a) taħt il-leġislazzjoni applikata minnha, meta l-kondizzjonijiet għall-intitolar għal benefiċċji kienu sodisfatti b'mod esklużiv taħt liġi nazzjonali biss (benefiċċju indipendenti); (b) billi tasal għal ammont teoretiku u mbagħad għal ammont attwali (benefiċċju pro rata), kif ġej: (i) l-ammont teoretiku tal-benefiċċju huwa daqs il-benefiċċju li l-persuna konċernata tista' titlob jekk il-perjodi kollha ta' assigurazzjoni jew/u ta' residenza li kienu magħmula taħt il-leġislazzjonijiet ta' l-Istati Membri l-oħra kienu magħmula taħt il-leġislazzjoni applikata minnha fil-jum ta' l-għoti tal-benefiċċju. Jekk, taħt din il-leġislazzjoni, l-ammont ma jiddependix mit-tul tal-perjodi magħmula, dak l-ammont għandu jitqies bħala l-ammont teoretiku; (ii) l-istituzzjoni kompetenti għandha imbagħad tistabbilixxi l-ammont attwali tal-benefiċċju pro rata billi tapplika għall-ammont teoretiku il-proporzjoni bejn it-tul tal-perjodi magħmula qabel immaterjalizza ruħu r-riskju taħt il-leġislazzjoni applikata minnha u t-tul totali tal-perjodi magħmula qabel il-materjalizzazzjoni tar-riskju taħt il-leġislazzjonijiet ta' l-Istati Membri kollha konċernati. 2. Fejn ikun xieraq, l-istituzzjoni kompetenti għandha tapplika, għall-ammont ikkalkulat skond is-subparagrafi 1(a) u (b), ir-regoli kollha dwar ir-riduzzjoni, is-sospensjoni jew it-twaqqif, taħt il-leġislazzjoni applikata minnha, u dan fil-limiti stabbiliti fl-Artikoli 53 sa 55. 3. Il-persuna konċernata għandha tkun intitolata li tirċievi mingħand l-istituzzjoni kompetenti ta' kull Stat Membru l-ikbar minn fost l-ammont ikkalkolati skond is-subparagrafi 1(a) u (b). 4. Fejn il-kalkolu skont il-paragrafu (1)(a) fi Stat Membru jirriżulta dejjem f’benefiċċju indipendenti ndaqs jew ogħla mill-benefiċċju pro rata kkalkulat skont il-paragrafu 1(b), l-istituzzjoni kompetenti għandha tirrinunzja għall-kalkolu pro rata, bil-kundizzjoni li: (i) tali sitwazzjoni tkun prevista fil- Parti 1tal-Anness VIII; (ii) l-ebda leġiżlazzjoni li fiha regoli kontra s-sovrapożizzjoni kif imsemmi fl-Artikoli 54 u 55, ma tkun applikabbli, sakemm ma jkunux sodisfatti l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 55(2); u (iii) l-Artikolu 57 ma jkunx applikabbli fir-rigward tal-perijodi magħmula taħt il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor fiċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ. 5. Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1, 2 u 3, il-kalkolu pro rata m’għandux japplika għal skemi li jipprovdu benefiċċji li fir-rigward tagħhom il-perijodi taż-żmien m’għandhom l-ebda relevanza għall-kalkolu, sakemm skemi bħal dawn ikunu elenkati fil-Parti 2 tal-Anness VIII. F’każijiet bħal dawn, il-persuna kkonċernata għandha tkun intitolata għall-benefiċċju kkalkulat skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|