+CHAPTER 5 Old-age and survivors' pensions
---+Artikolu 50 Disposizzjoniet ġenerali
------+Article 50 1.
------+Article 50 2.
------+Article 50 3.
------+Article 50 4.
---+Artikolu 51 Disposizzjonijiet speċjali fuq l-għadd flimkien ta' perjodi
------+Article 51 1.
------+Article 51 2.
------+Article 51 3.
---+Artikolu 52 Għoti ta' benefiċċji
------+Article 52 1.
------+Article 52 2.
------+Article 52 3.
------+Article 52 4.
------+Article 52 5.
---+Artikolu 53 Regoli sabiex ikun evitatoverlapping
------+Article 53 1.
------+Article 53 2.
------+Article 53 3.
---+Artikolu 54 Overlappingta' benefiċċji ta' l-istess tip
------+Article 54 1.
------+Article 54 2.
---+Artikolu 55 Overlappingta' benefiċċji ta' tip differenti
------+Article 55 1.
------+Article 55 2.
------+Article 55 3.
---+Artikolu 56 Disposizzjonijiet addizzjonali dwar il-kalkulazzjoni ta' benefiċċji
------+Article 56 1.
------+Article 56 2.
---+Artikolu 57 Perjodi ta' assigurazzjoni jew residenza ta' anqas minn sena waħda
------+Article 57 1.
------+Article 57 2.
------+Article 57 3.
------+Article 57 4.
---+Artikolu 58 Għoti ta' suppliment
------+Article 58 1.
------+Article 58 2.
---+Artikolu 59 Kalkulazzjoni u valutazzjoni mill-ġdid ta' benefiċċji
------+Article 59 1.
------+Article 59 2.
---+Artikolu 60 Disposizzjonijiet speċjali għall-impjegati maċ-ċivil
------+Article 60 1.
------+Article 60 2.
------+Article 60 3.
|
CHAPTER 5 Old-age and survivors' pensions
CHAPTER 5 Old-age and survivors' pensions
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 50 Disposizzjoniet ġenerali
|
Artikolu 50 Disposizzjoniet ġenerali 1. Meta ssir talba għal għotja, l-istituzzjonijiet kompetenti kollha għandhom jiddeterminaw jekk persuna hix intitolata għal benefiċċju taħt il-leġislazzjonijiet kollha ta' l-Istati Membri li għalihom kienet suġġetta l-persuna konċernata. Dan iżda ma japplikax jekk il-persuna konċernata titlob b'mod espress li l-għotja ta' benefiċċji marbutin ma' l-età ssir taħt il-leġislazzjonita' Stat Membru wieħed jew ta' aktar minn Stat Membru wieħed. 2. Jekk f'mument partikolari l-persuna konċernata ma tissodisfax, jew ma tibqax tissodisfa, l-kondizzjonijiet stabbiliti mil-leġislazzjonijiet kollha ta' l-Istat Membri li għalihom kienet suġġetta, l-istituzzjonijiet li japplikaw leġislazzjoni li l-kondizzjonijiet tagħha kienu sodisfatti ma għandhomx iqisu, meta jagħmlu l-kalkulazzjoni skond l-Artikolu 52(1)(a) jew (b), il-perjodi magħmula taħt il-leġislazzjonijiet li l-kondizzjonijiet tagħhom ma kienux sodisfatti, jew li ma għadhomx sodisfatti, fejn dan jirriżulta f'ammonti iżgħar ta' benefiċċji. 3. Il-paragrafu 2 għandu japplika mutatis mutandis meta l-persuna konċernata titlob espressament id-differiment ta' l-għoti ta' benefiċċji marbutin ma' l-età. 4. Kalkulazzjoni ġdida għandha ssir awtomatikament kull meta l-kondizzjonijiet li għandhom ikunu sodisfatti taħt il-leġislazzjonijiet l-oħra jkunu sodisfatti jew meta persuna titlob l-għoti ta' benefiċċju marbut ma' l-età differit skond il-paragrafu 1. Dan iżda jgħodd biss sakemm il-perjodi magħmula taħt il-leġislazzjonijiet l-oħra ma kienux meqjusa taħt il-paragrafu 2 je 3.
|
|
Artikolu 51 Disposizzjonijiet speċjali fuq l-għadd flimkien ta' perjodi
|
Artikolu 51 Disposizzjonijiet speċjali fuq l-għadd flimkien ta' perjodi 1. Meta l-leġislazzjoni ta' Stat Membru tagħmel l-għoti ta' ċerti benefiċċji kondizzjonali fuq il-perjodi ta' assigurazzjoni magħmula biss f'attività speċifika bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha jew f'xi ħidma li hija suġġetta għal skema speċjali għal persuni impjegati jew għal persuni li jaħdmlu għal rashom, l-istituzzjoni kompetenti ta' dak l-Istat Membru għandha tqis il-perjodi magħmula taħt il-leġislazzjoni ta' Stati Membri oħra biss jekk dawn il-perjodi kienu magħmula taħt skema korrispondenti jew, jekk dan ma jkunx il-każ, fl-istess ħidma, jew fejn jixraq, fl-istess attività bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha. Jekk, wara li kienu ikkunsidrati l-perjodi magħmulin b'dan il-mod, il-persuna konċernata ma tissodisfax il-kondizzjonijiet biex tirċievi il-benefiċċji ta' skema speċjali, dawn il-perjodi għandhom jitqiesu għall-għanijiet ta' l-għoti tal-benefiċċji ta' l-iskema ġenerali jew, jekk dan ma jkunx il-każ, ta' l-iskema applikabbli għal ħaddiema li jaħdmu b'idejhom jew għal ħaddiema klerikali, skond il-każ. Dan iżda bil-kondizzjoni li l-persuna konċernata kienet miktuba f'waħda jew l-oħra minn dawn l-iskemi. 2. Il-perjodi ta' assigurazzjoni magħmula taħt skema speċjali ta' Stat Membru għandhom jitqiesu għall-għanijiet ta' għoti ta' benefiċċji ta' l-iskema ġenerali jew, jekk ma jkunx hemm skema ġenerali, ta' l-iskema li tapplika għal ħaddiema li jaħdmu b'idejhom jew għal ħaddiema klerikali, skond il-każ, ta' Stat Membru ieħor u dan anki jekk dawk il-perjodi tqiesu diġà f'dan l-Istat Membru taħt skema speċjali. Dan iżda bil-kondizzjoni li l-persuna konċernata kienet miktuba f'waħda jew l-oħra minn dawk l-iskemi.
▼M1
3. Fejn il-leġiżlazzjoni jew l-iskema speċifika ta’ Stat Membru jagħmel l-akkwist, iż-żamma jew l-irkuprar tad-dritt għall-benefiċċji suġġett li l-persuna kkonċernata li tkun assigurata fiż-żmien tal-materjalizzazzjoni tar-riskju, din il-kondizzjoni għandha tiġi kkunsidrata li ġiet sodisfatta jekk dik il-persuna kienet assigurata qabel taħt il-leġiżlazzjoni jew skema speċifika ta’ dak l-Istati Membru u tkun, fiż-żmien meta jseħħ ir-riskju, assigurata taħt il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor għall-istess riskju jew, fin-nuqqas ta’ dan, benefiċċju huwa dovut taħt il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor għall-istess riskju. Il-kondizzjoni tal-aħħar għandha titqies, madankollu, li ġiet sodisfatta fil-każijiet imsemmijin fl-Artikolu 57.
▼B
|
|
Artikolu 52 Għoti ta' benefiċċji
|
Artikolu 52 Għoti ta' benefiċċji 1. L-istituzzjoni kompetenti għandha tikkalkula l-ammont tal-benefiċċju li jkollu jingħata:
(a) taħt il-leġislazzjoni applikata minnha, meta l-kondizzjonijiet għall-intitolar għal benefiċċji kienu sodisfatti b'mod esklużiv taħt liġi nazzjonali biss (benefiċċju indipendenti);
(b) billi tasal għal ammont teoretiku u mbagħad għal ammont attwali (benefiċċju pro rata), kif ġej:
(i) l-ammont teoretiku tal-benefiċċju huwa daqs il-benefiċċju li l-persuna konċernata tista' titlob jekk il-perjodi kollha ta' assigurazzjoni jew/u ta' residenza li kienu magħmula taħt il-leġislazzjonijiet ta' l-Istati Membri l-oħra kienu magħmula taħt il-leġislazzjoni applikata minnha fil-jum ta' l-għoti tal-benefiċċju. Jekk, taħt din il-leġislazzjoni, l-ammont ma jiddependix mit-tul tal-perjodi magħmula, dak l-ammont għandu jitqies bħala l-ammont teoretiku;
(ii) l-istituzzjoni kompetenti għandha imbagħad tistabbilixxi l-ammont attwali tal-benefiċċju pro rata billi tapplika għall-ammont teoretiku il-proporzjoni bejn it-tul tal-perjodi magħmula qabel immaterjalizza ruħu r-riskju taħt il-leġislazzjoni applikata minnha u t-tul totali tal-perjodi magħmula qabel il-materjalizzazzjoni tar-riskju taħt il-leġislazzjonijiet ta' l-Istati Membri kollha konċernati.
2. Fejn ikun xieraq, l-istituzzjoni kompetenti għandha tapplika, għall-ammont ikkalkulat skond is-subparagrafi 1(a) u (b), ir-regoli kollha dwar ir-riduzzjoni, is-sospensjoni jew it-twaqqif, taħt il-leġislazzjoni applikata minnha, u dan fil-limiti stabbiliti fl-Artikoli 53 sa 55. 3. Il-persuna konċernata għandha tkun intitolata li tirċievi mingħand l-istituzzjoni kompetenti ta' kull Stat Membru l-ikbar minn fost l-ammont ikkalkolati skond is-subparagrafi 1(a) u (b).
▼M1
4. Fejn il-kalkolu skont il-paragrafu (1)(a) fi Stat Membru jirriżulta dejjem f’benefiċċju indipendenti ndaqs jew ogħla mill-benefiċċju pro rata kkalkulat skont il-paragrafu 1(b), l-istituzzjoni kompetenti għandha tirrinunzja għall-kalkolu pro rata, bil-kundizzjoni li:
(i) tali sitwazzjoni tkun prevista fil- Parti 1tal-Anness VIII;
(ii) l-ebda leġiżlazzjoni li fiha regoli kontra s-sovrapożizzjoni kif imsemmi fl-Artikoli 54 u 55, ma tkun applikabbli, sakemm ma jkunux sodisfatti l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 55(2); u
(iii) l-Artikolu 57 ma jkunx applikabbli fir-rigward tal-perijodi magħmula taħt il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor fiċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ.
▼M1
5. Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1, 2 u 3, il-kalkolu pro rata m’għandux japplika għal skemi li jipprovdu benefiċċji li fir-rigward tagħhom il-perijodi taż-żmien m’għandhom l-ebda relevanza għall-kalkolu, sakemm skemi bħal dawn ikunu elenkati fil-Parti 2 tal-Anness VIII. F’każijiet bħal dawn, il-persuna kkonċernata għandha tkun intitolata għall-benefiċċju kkalkulat skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat.
▼B
|
|
Artikolu 53 Regoli sabiex ikun evitatoverlapping
|
Artikolu 53 Regoli sabiex ikun evitat overlapping
1. Każijiet fejn ikun hemm overlapping ta' benefiċċji marbuta ma' l-invalidità, ma' l-età u benefiċċji tas-superstiti, liema benefiċċji jkunu ikkalkulati jew mogħtija fuq il-bażi ta' perjodi ta' assigurazzjoni u/jew residenza magħmula mill-istess persuna għandhom jitqiesu bħala sitwazzjonijiet fejn ikun hemm overlapping ta' benefiċċji ta' l-istess tip. 2. Każijiet fejn ikun hemm overlapping ta' benefiċċji ma jistgħux jitqiesu bħala benefiċċji ta' l-istess tip fis-sens tal-paragrafu 1 għandhom jitqiesu bħala każijiet ta' overlapping ta' benefiċċji ta' tip differenti. 3. Id-disposizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-għanijiet ta' regoli biex jevitaw sitwazzjonijiet ta' overlapping stabbiliti mil-leġislazzjoni ta' Stat Membru f'każijiet ta' overlapping fejn benefiċċju marbut ma' l-invalidità, ma' l-età jew benefiċċju tas-superstiti jingħata flimkien ma' benefiċċju ieħor ta' l-istess tip jew ma' benefiċċju ieħor ta' tip differenti jew ma' dħul ieħor:
(a) l-istituzzjoni kompetenti għandha tqis il-benefiċċji jew dħul miksuba fi Stat Membru ieħor biss meta l-leġislazzjoni applikata minnha titlob li l-benefiċċji jew dħul miksuba barra l-pajjiż jkunu ikkunsidrati;
(b) l-istituzzjoni kompetenti għandha tqis l-ammont ta' benefiċċji li għandhom jitħallsu minn Stat Membru ieħor qabel it-tnaqqis tat-taxxa, ta' kontribuzzjonijiet għas-sigurtà soċjali u piżijiet jew tnaqqis individwali oħra, sakemm il-leġislazzjoni applikata minnha taħseb għall-applikazzjoni ta' regoli biex ikun evitat overlapping wara dan it-tnaqqis. Dan għandu jsir skond il-kondizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni;
(ċ) l-istituzzjoni kompetenti ma għandhiex tikkunsidra l-ammont ta' benefiċċji miksuba taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru ieħor fuq il-bażi ta' assigurazzjoni volontarja jew ta' assigurazzjoni mhux obbligatorja kontinwata;
(d) jekk Stat Membru wieħed japplika regoli biex jevita overlapping minħabba li l-persuna konċernata tirċievi benefiċċji ta' l-istess tip jew ta' tip differenti taħt il-leġislazzjoni ta' Stati Membri oħra jew dħul miksub fi Stati Membri oħra, il-benefiċċju li għandu jingħata jista' jitnaqqas biss bl-ammont ta' dawn il-benefiċċji jew dħul.
|
|
Artikolu 54 Overlappingta' benefiċċji ta' l-istess tip
|
Artikolu 54
Overlapping ta' benefiċċji ta' l-istess tip 1. Fejn ikun hemm overlapping bejn benefiċċji ta' l-istess tip li għandhom jingħataw taħt il-leġislazzjoni ta' żewġ Stati Membri jew aktar, ir-regoli dwar il-prevenzjoni ta' overlapping stabbiliti fil-leġislazzjoni ta' Stat membru ma għandhomx ikunu applikati għal benefiċċju pro rata. 2. Ir-regoli dwar il-prevenzjoni ta' overlapping għandhom japplikaw biss għal benefiċċju indipendenti jekk il-benefiċċju konċernat ikun:
(a) benefiċċju li l-ammont tiegħu ma jiddependix fuq it-tul tal-perjodi ta' assigurazzjoni jew residenza,
jew
(b) benefiċċju li l-ammont tiegħu jkun determinat fuq il-bażi ta' perjodu ikkreditat meqjus bħala magħmul bejn id-data li fiha immaterjalizza ruħu r-riskju u data wara dan l-avveniment, b'overlap ma':
(i) benefiċċju ta' l-istess tip, minbarra fejn isir ftehim bejn żewġ Stati Membri jew aktar sabiex ikun evitat li l-istess perjodu ikkreditat ikun ikkunsidrat aktar minn darba, jew
(ii) benefiċċju msemmi fis-subparagrafu (a).
Il-benefiċċji u l-ftehim imsemmija fis-subparagrafi (a) u (b) huma elenkati fl-Anness IX.
|
|
Artikolu 55 Overlappingta' benefiċċji ta' tip differenti
|
Artikolu 55
Overlapping ta' benefiċċji ta' tip differenti 1. Jekk ir-riċeviment ta' benefiċċji ta' tip differenti jew ta' dħul ieħor jitlob l-applikazzjoni tar-regoli dwar il-prevenzjoni ta' overlapping stabbiliti fil-leġislazzjoni ta' l-Istati Membri konċernati dwar:
(a) żewġ benefiċċji indipendenti jew aktar, l-istituzzjonijiet kompetenti għandhom jaqsmu l-ammonti tal-benefiċċju jew benefiċċji u dħul ieħor, skond kif kienu ikkunsidrati, bin-numru ta' benefiċċji suġġetti għar-regoli msemmija;
madanakollu, l-applikazzjoni ta' dan is-subparagrafu ma jistax iċaħħad lill-persuna konċernata mill-istatus tagħha bħala persuna pensjonanta għall-għanijiet tal-kapitoli l-oħra ta' dan it-Titolu taħt il-kondizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni;
(b) benefiċċju pro rata jew aktar minn benefiċċju wieħed, l-istituzzjonijiet kompetenti għandhom jikkunsidraw il-benefiċċju jew benefiċċji jew dħul ieħor u l-elementi kollha stipulati għall-applikazzjoni tar-regoli dwar il-prevenzjoni ta' overlapping bħala funzjoni tal-proporzjon bejn il-perjodi ta' residenza u/jew assigurazzjoni stabbiliti għall-kalkulazzjoni msemmija fl-Artikolu 52(1)(b)(ii);
(ċ) benefiċċju indipendenti jew aktar minn benefiċċju indipendenti wieħed u benefiċċju pro rata jew aktar minn benefiċċju pro rata wieħed, l-istituzzjonijiet kompetenti jistgħu japplikaw mutatis mutandis il-paragrafu (a) fir-rigward ta' benefiċċji indipendenti u subparagrafu (b) fir-rigward ta' benefiċċji pro rata.
2. L-istituzzjoni kompetenti ma għandhiex tapplika d-diviżjoni stipulata fir-rigward ta' benefiċċji indipendenti jekk il-leġislazzjoni applikata minnha tistabbilixxi li għandhom ikunu ikkunsidrati benefiċċji ta' tip differenti u/jew dħul ieħor u l-elementi l-oħra kollha għal kalkulazzjoni ta' parti mill-ammont tagħhom determinat bħala funzjoni tal-proporzjon bejn il-perjodi ta' assigurazzjoni u/jew residenza msemmija fl-Artikolu 52(1)(b)(ii). 3. Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw mutatis mutandis meta l-leġislazzjoni ta' Stat Membru wieħed jew ta' aktar minn Stat Membru wieħed tistabbilixxi li dritt għal benefiċċju ma jistax jinkiseb fil-każ fejn il-persuna konċernata qiegħda tirċievi benefiċċju ta' tip differenti, pagabbli taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru ieħor, jew ta' dħul ieħor.
|
|
Artikolu 56 Disposizzjonijiet addizzjonali dwar il-kalkulazzjoni ta' benefiċċji
|
Artikolu 56 Disposizzjonijiet addizzjonali dwar il-kalkulazzjoni ta' benefiċċji 1. Għall-kalkulazzjoni ta' l-ammonti teoretiċi u pro rata msemmija fl-Artikolu 52(1)(b), għandhom japplikaw dawn ir-regoli li ġejjin:
(a) fejn it-tul totali tal-perjodi ta' assigurazzjoni u/jew residenza magħmula qabel ir-riskju immaterjalizza ruħu taħt il-leġislazzjonijiet ta' l-Istati Membri kollha konċernati jkun itwal mill-perjodu massimu mitlub mil-leġislazzjoni ta' wieħed minn dawn l-Istati Membri biex jingħata benefiċċju sħiħ, l-istituzzjoni kompetenti ta' dak l-Istat Membru għandha tikkunsidra dan il-perjodu massimu minflok it-tul totali tal-perjodi magħmula; dan il-metodu ta' kalkulazzjoni ma għandux iwassal biex ikunu imposti fuq dik l-istituzzjoni l-ispejjeż ta' benefiċċju akbar mill-benefiċċju stabbilit mil-leġislazzjoni applikata minnha. Din id-disposizzjoni ma għandhiex tapplika għal benefiċċji li l-ammonti tagħhom ma jiddependux fuq it-tul ta' l-assigurazzjoni;
(b) ir-Regolament ta' Implimentazzjoni jistabbilixxi l-proċedura kif għandhom jitqiesu perjodi overlapping;
(ċ) jekk il-leġislazzjoni ta' Stat Membru titlob li l-benefiċċji għandhom ikunu ikkalkulati fuq il-bażi ta' dħul, kontribuzzjonijiet, bażijiet ta' kontribuzzjonijiet, żidiet, dħul, ammonti oħra jew taħlita ta' aktar minn waħda minnhom (medja, proporzjon, fissa jew ikkreditata), l-istituzzjoni kompetenti għandha:
(i) tiddetermina l-bażi għall-kalkulazzjoni tal-benefiċċji skond il-perjodi ta' assigurazzjoni magħmula taħt il-leġislazzjoni applikata minnha biss;
(ii) tuża, sabiex tiddetermina l-ammont li għandu jkun ikkalkulat skond il-perjodi ta' assigurazzjoni u/jew residenza magħmula taħt il-leġislazzjoni ta' l-Istati Membri l-oħra, l-istess elementi determinati jew reġistrati għall-perjodi ta' assigurazzjoni magħmula taħt il-leġislazzjoni applikata minnha;
u dan
►M1
fejn meħtieġ ◄ skond il-proċeduri stabbiliti fl-Anness XI għall-Istat Membru konċernat;
▼M1
(d) Fil-każ li l-punt 1(c) ma japplikax minħabba li l-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru tipprovdi li l-benefiċċju għandu jiġi kkalkulat abbażi ta’ elementi li m’humiex il-perijodi tal-assigurazzjoni jew residenza li m’humiex marbuta maż-żmien, l-istituzzjoni kompetenti għandha tieħu kont, fir-rigward ta’ kull perijodu ta’ assigurazzjoni jew residenza magħmula skont il-leġiżlazzjoni ta’ xi Stat Membru ieħor, l-ammont tal-kapital akkumulat, il-kapital li huwa kkunsidrat li ġie akkumulat u kull element ieħor għall-kalkolu skont il-leġiżlazzjoni li tamministra, diviż bl-unitajiet korrispondenti ta’ perijodi fl-iskema tal-pensjoni kkonċernata.
▼B
2. Id-disposizzjonijiet tal-leġislazzjoni ta' Stat Membru dwar l-evalwazzjoni mill-ġdid ta' l-elementi ikkunsidrati fil-kalkulazzjoni tal-benefiċċji għandhom jappikaw, fejn jixraq, għall-elementi li għandhom ikunu ikkunsidrati mill-istituzzjoni kompetenti ta' dak l-Istat Membru, skond il-paragrafu 1, fir-rigward tal-perjodi ta' assigurazzjoni jew residenza magħmula taħt il-leġislazzjoni ta' Stati Membri oħra.
|
|
Artikolu 57 Perjodi ta' assigurazzjoni jew residenza ta' anqas minn sena waħda
|
Artikolu 57 Perjodi ta' assigurazzjoni jew residenza ta' anqas minn sena waħda 1. Minkejja l-Artikolu 52(1)(b), l-istituzzjoni ta' Stat Membru ma għandhiex tintalab tagħti benefiċċji fir-rigward ta' perjodi magħmula taħt il-leġislazzjoni applikata minnha u li jkunu ikkunsidrati meta jimmaterjalizza ruħu r-riskju, jekk:
— it-tul ta' dawn il-perjodi jkun ta' anqas minn sena,
— u
— jekk jitqiesu dawn il-perjodi biss ma jkun miksub l-ebda dritt għal benefiċċju taħt dik il-leġislazzjoni.
Għall-għanijiet ta' dan l-Artikolu, “perjodi” għandha tfisser il-perjodi kollha ta' assigurazzjoni, impjieg, impjieg għal rashom jew residenza li jew jikkwalifikaw għal, jew iżidu direttament, il-benefiċċju konċernat. 2. L-istituzzjoni kompetenti ta' kull wieħed mill-Istati Membri konċernati għandha tikkunsidra l-perjodi msemmija fil-paragrafu 1, għall-għanijiet ta' l-Artikolu 52(1)(b)(i). 3. Jekk l-effett ta' l-applikazzjoni tal-paragrafu 1 jkun li jeħles lill-istituzzjonijiet kollha ta' l-Istati Membri konċernati mill-obbligi tagħhom, benefiċċji għandhom jingħataw esklużivament taħt il-leġislazzjoni ta' l-aħħar Stat minn fost l-Istati Membri li l-kondizzjonijiet tiegħu jkunu sodisfatti. Il-benefiċċji għandhom jingħataw bħallikieku l-perjodi kollha ta' assigurazzjoni u residenza magħmula u ikkunsidrati skond l-Artikoli 6 u 51(1) u (2) saru taħt il-leġislazzjoni ta' dak l-Istat Membru.
▼M1
4. Dan l-Artikolu m’għandux japplika għal skemi elenkati fil-Parti 2 tal-Anness VIII.
▼B
|
|
Artikolu 58 Għoti ta' suppliment
|
Artikolu 58 Għoti ta' suppliment 1. Persuna li tirċievi benefiċċju u li għaliha japplika dan il-kapitolu ma tistax, fl-Istat Membru fejn għandha r-residenza tagħha u li taħt il-leġislazzjoni tiegħu għandu jingħatala benefiċċju, tingħata benefiċċju li huwa anqas mill-benefiċċju minimu stabbilit minn dik il-leġislazzjoni għal perjodu ta' assigurazzjoni jew residenza daqs il-perjodi kollha ikkunsidrati għall-ħlas skond dan il-kapitolu. 2. Matul il-perjodu ta' residenza tagħha fit-territorju ta' dak l-Istat Membru, l-istituzzjoni kompetenti ta' dak l-Istat Membru għandha tħallas lil din il-persuna suppliment ekwivalenti għad-differenza bejn it-total tal-benefiċċji li għandhom jingħataw taħt dan il-kapitolu u l-ammont tal-benefiċċju minimu.
|
|
Artikolu 59 Kalkulazzjoni u valutazzjoni mill-ġdid ta' benefiċċji
|
Artikolu 59 Kalkulazzjoni u valutazzjoni mill-ġdid ta' benefiċċji 1. Jekk il-metodu biex ikunu determinati benefiċċji jew ir-regoli biex ikunu ikkalkulati benefiċċji jinbidlu taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru, jew jekk is-sitwazzjoni personali tal-persuna konċernata tgħaddi minn bidla sostanzjali li, taħt dik il-leġislazzjoni, twassal għal aġġustament fl-ammont tal-benefiċċju, għandha ssir kalkulazzjoni mill-ġdid skond l-Artikolu 52. 2. Mill-banda l-oħra, jekk, minħabba żieda fl-għoli tal-ħajja jew minħabba bidliet fil-livell ta' dħul jew minħabba raġunijiet oħra għall-aġġustament, il-benefiċċji ta' l-Istat Membru konċernat jinbidlu b'perċentwali jew b'ammont fiss, din il-perċentwali jew l-ammont fiss għandhom ikunu applikati direttament għall-benefiċċji determinati skond l-Artikolu 52, mingħajr ma jkun hemm il-bżonn li ssir kalkulazzjoni mill-ġdid.
|
|
Artikolu 60 Disposizzjonijiet speċjali għall-impjegati maċ-ċivil
|
Artikolu 60 Disposizzjonijiet speċjali għall-impjegati maċ-ċivil 1. L-Artikoli 6, 50, 51(3) u 52 sa 59 għandhom japplikaw mutatis mutandis għal persuni koperti minn skema speċjali għall-impjegati maċ-ċivil. 2. Madanakollu, jekk il-leġislazzjoni ta' Stat Membru kompetenti tagħmel il-kisba, il-likwidazzjoni, iż-żamma jew l-irkupru tad-dritt għal benefiċċji taħt skema speċjali għall-impjegati maċ-ċivil suġġetta għall-kondizzjoni li l-perjodi kollha ta' assigurazzjoni magħmula taħt skema speċjali, jew aktar minn skema waħda, għall-impjegati maċ-ċivil f'dak l-Istat Membru, jew il-leġislazzjoni ta' dak l-Istat Membru tqishom bħala ekwivalenti għal dawn il-perjodi, l-istituzzjoni kompetenti ta' dak l-Istat għandha tikkunsidra biss il-perjodi li jistgħu ikunu rikonoxxuti taħt il-leġislazzjoni applikata minnha. Jekk, wara li jkunu ikkunsidrati l-perjodi magħmulin b'dan il-mod, il-persuna konċernata ma tissodisfax il-kondizzjonijiet biex tkun tista' tirċievi dawn il-benefiċċji, dawn il-perjodi għandhom jitqiesu għall-għoti ta' benefiċċji taħt l-iskema ġenerali jew, jekk ma jkunx hemm skema ġenerali, l-iskema applikabbli għal ħaddiema li jaħdmu b'idejhom jew għal ħaddiema klerikali, skond il-każ. 3. Fejn, taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru, benefiċċji taħt skema speċjali għall-impjegati maċ-ċivil jkunu ikkalkulati fuq il-bażi ta' l-aħħar paga jew pagi rċevuti matul il-perjodu ta' referenza, l-istituzzjoni kompetenti ta' dak l-Istat għandha tikkunsidra, għall-għanijiet tal-kalkulazzjoni, biss dawk is-salarji, valutati mill-ġdid kif suppost, li kienu rċevuti matul il-perjodu jew perjodi li matul il-persuna konċernata kienet suġġetta għal dik il-leġislazzjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 31.07.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004R0883
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|