+Artikolu 72 Kompiti tal-Kummissjoni Amministrattiva

Artikolu 72 Kompiti tal-Kummissjoni Amministrattiva

Artikolu 72

Kompiti tal-Kummissjoni Amministrattiva

Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha:

(a) titratta l-kwistjonijiet amministrattivi u l-kwistjonijiet ta' interpretazzjoni kollha li jinħolqu dwar id-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jew tar-Regolament ta' Implimentazzjoni, jew dwar kull ftehim konkluż jew arranġament magħmul taħt dawn ir-Regolamenti. Dan mingħajr ħsara għad-dritt ta' l-awtoritajiet, istituzzjonijiet u persuni konċernati li jirrikorru għall-proċeduri u għat-tribunali stabbiliti fil-leġislazzjoni ta' l-Istati Membri, f'dan ir-Regolament jew fit-Trattat;

(b) tiffaċilita l-applikazzjoni uniformi tal-liġi Komunitarja, b'mod speċjali billi tippromwovi skambji ta' esperjenza u billi tippromwovi l-aħjar prattiċi amministrattivi;

(ċ) issaħħaħ u tiżviluppa l-koperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tagħhom f'affarijiet ta' sigurtà soċjali sabiex, fost l-oħrajn, jikkunsidraw kwistjonijiet partikolari dwar ċerti kategoriji ta' persuni; tiffaċilita r-realizzazzjoni ta' azzjonijiet ta' attivitajiet ta' koperazzjoni bejn il-fruntieri fil-qasam tal-kordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali;

(d) tinkoraġġixxi sa fejn ikun possibbli l-użu ta' teknoloġiji ġodda sabiex jiffaċilitaw il-moviment liberu ta' persuni, b'mod partikolari billi jkunu modernizzati l-proċeduri għall-iskambju ta' informazzjoni u billi tkun aġġornata s-sistema ta' kif tgħaddi l-informazzjoni bejn l-istituzzjonijiet bil-għan li l-iskambji jsiru permezz ta' mezzi elettriċi u dan waqt li jkun ikkunsidrat l-iżvilupp fl-ipproċessar tad-data magħmul f'kull Stat Membru; il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tadotta r-regoli strutturali komuni għas-servizzi ta' l-ipproċessar tad-data, b'mod partikolari dwar is-sigurtà u l-użu ta' standards, u għandha tistabbilixxi disposizzjonijiet dwar l-użu tal-partijiet komuni ta' dawk is-servizzi;

(e) twettaq kull funzjoni oħra li taqa' taħt il-kompetenza tagħha taħt dan ir-Regolament u taħt ir-Regolament ta' Implimentazzjoni jew xi ftehim jew arranġamenti oħra konklużi taħt dawn ir-Regolamenti;

(f) tagħmel dawk il-proposti li jidhrulha rilevanti ►M3  lill-Kummissjoni Ewropea ◄ dwar il-kordinazzjoni ta' skemi ta' sigurtà soċjali, bil-għan li jittejjeb u jkun immodernizzat l-acquis Komunitarju, billi tipprepara abbozz ta' Regolamenti sussegwenti jew permezz ta' strumenti oħra msemmija fit-Trattat;

(g) tistabbilixxi l-fatturi li għandhom jitqiesu meta jkunu qegħdin jiġu ippreparati l-kontijiet dwar l-ispejjeż li għandhom jitħallsu mill-istituzzjonijiet ta' l-Istati Membri taħt dan ir-Regolament u tadotta l-kontijiet annwali bejn dawk l-istituzzjonijiet, ibbażati fuq ir-rapport tal-Bord tal-Verifika msemmi fl-Artikolu 74.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 31.07.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004R0883
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.