+TITLE IV ADMINISTRATIVE COMMISSION AND ADVISORY COMMITTEE
---+Artikolu 71 Komposizzjoni u metodi ta' ħidma tal-Kummissjoni Amministrattiva
------+Article 71 1.
------+Article 71 2.
------+Article 71 3.
---+Artikolu 72 Kompiti tal-Kummissjoni Amministrattiva
---+Artikolu 73 Kummissjoni Teknika dwar l-Ipproċessar tad-Data
------+Article 73 1.
------+Article 73 2.
---+Artikolu 74 Bord tal-Verifika
---+Artikolu 74a L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol
------+Article 74a 1.
------+Article 74a 2.
---+Artikolu 75 Kumitat ta' Konsulenza għall-Kordinazzjoni tas-Sistemi ta' Sigurtà Soċjali
------+Article 75 1.
------+Article 75 2.

TITLE IV ADMINISTRATIVE COMMISSION AND ADVISORY COMMITTEE

TITLE IV ADMINISTRATIVE COMMISSION AND ADVISORY COMMITTEE

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 71 Komposizzjoni u metodi ta' ħidma tal-Kummissjoni Amministrattiva

Artikolu 71

Komposizzjoni u metodi ta' ħidma tal-Kummissjoni Amministrattiva

1.  Il-Kummissjoni Amministrattiva għall-Kordinazzjoni ta' Sistemi ta' Sigurtà Soċjali (hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejħa “il-Kummissjoni Amministrattiva”) mehmuża ►M3  mal-Kummissjoni Ewropea ◄ għandha tkun magħmula minn rappreżentant tal-gvern ta' kull Stat Membru, assisti fejn ikun hemm il-bżonn minn konsulenti esperti. Rappreżentant ►M3  tal-Kummissjoni Ewropea ◄ għandu jattendi għal-laqgħat tal-Kummissjoni Amministrattiva f'kapaċità ta' konsulenza.

▼M3

2.  Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha taġixxi b’maġġoranza kwalifikata kif iddefinit fit-Trattati, minbarra meta tkun qed tadotta r-regoli tagħha li għandhom jitfasslu bi qbil reċiproku fost il-membri tagħha.

Id-Deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet ta’ interpretazzjoni msemmija fl-Artikolu 72(a) għandhom jingħataw il-pubbliċità meħtieġa.

▼B

3.   ►M3  Il-Kummissjoni Ewropea ◄ għandha tipprovdi servizzi segretarjali għall-Kummissjoni Amministrattiva.

Artikolu 72 Kompiti tal-Kummissjoni Amministrattiva

Artikolu 72

Kompiti tal-Kummissjoni Amministrattiva

Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha:

(a) titratta l-kwistjonijiet amministrattivi u l-kwistjonijiet ta' interpretazzjoni kollha li jinħolqu dwar id-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jew tar-Regolament ta' Implimentazzjoni, jew dwar kull ftehim konkluż jew arranġament magħmul taħt dawn ir-Regolamenti. Dan mingħajr ħsara għad-dritt ta' l-awtoritajiet, istituzzjonijiet u persuni konċernati li jirrikorru għall-proċeduri u għat-tribunali stabbiliti fil-leġislazzjoni ta' l-Istati Membri, f'dan ir-Regolament jew fit-Trattat;

(b) tiffaċilita l-applikazzjoni uniformi tal-liġi Komunitarja, b'mod speċjali billi tippromwovi skambji ta' esperjenza u billi tippromwovi l-aħjar prattiċi amministrattivi;

(ċ) issaħħaħ u tiżviluppa l-koperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tagħhom f'affarijiet ta' sigurtà soċjali sabiex, fost l-oħrajn, jikkunsidraw kwistjonijiet partikolari dwar ċerti kategoriji ta' persuni; tiffaċilita r-realizzazzjoni ta' azzjonijiet ta' attivitajiet ta' koperazzjoni bejn il-fruntieri fil-qasam tal-kordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali;

(d) tinkoraġġixxi sa fejn ikun possibbli l-użu ta' teknoloġiji ġodda sabiex jiffaċilitaw il-moviment liberu ta' persuni, b'mod partikolari billi jkunu modernizzati l-proċeduri għall-iskambju ta' informazzjoni u billi tkun aġġornata s-sistema ta' kif tgħaddi l-informazzjoni bejn l-istituzzjonijiet bil-għan li l-iskambji jsiru permezz ta' mezzi elettriċi u dan waqt li jkun ikkunsidrat l-iżvilupp fl-ipproċessar tad-data magħmul f'kull Stat Membru; il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tadotta r-regoli strutturali komuni għas-servizzi ta' l-ipproċessar tad-data, b'mod partikolari dwar is-sigurtà u l-użu ta' standards, u għandha tistabbilixxi disposizzjonijiet dwar l-użu tal-partijiet komuni ta' dawk is-servizzi;

(e) twettaq kull funzjoni oħra li taqa' taħt il-kompetenza tagħha taħt dan ir-Regolament u taħt ir-Regolament ta' Implimentazzjoni jew xi ftehim jew arranġamenti oħra konklużi taħt dawn ir-Regolamenti;

(f) tagħmel dawk il-proposti li jidhrulha rilevanti ►M3  lill-Kummissjoni Ewropea ◄ dwar il-kordinazzjoni ta' skemi ta' sigurtà soċjali, bil-għan li jittejjeb u jkun immodernizzat l-acquis Komunitarju, billi tipprepara abbozz ta' Regolamenti sussegwenti jew permezz ta' strumenti oħra msemmija fit-Trattat;

(g) tistabbilixxi l-fatturi li għandhom jitqiesu meta jkunu qegħdin jiġu ippreparati l-kontijiet dwar l-ispejjeż li għandhom jitħallsu mill-istituzzjonijiet ta' l-Istati Membri taħt dan ir-Regolament u tadotta l-kontijiet annwali bejn dawk l-istituzzjonijiet, ibbażati fuq ir-rapport tal-Bord tal-Verifika msemmi fl-Artikolu 74.

Artikolu 73 Kummissjoni Teknika dwar l-Ipproċessar tad-Data

Artikolu 73

Kummissjoni Teknika dwar l-Ipproċessar tad-Data

1.  Kummissjoni Teknika dwar l-Ipproċessar tad-Data (hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejħa “il-Kummissjoni Teknika”) għandha tkun mehmuża mal-Kummissjoni Amministrattiva. Il-Kummissjoni Teknika għandha tipproponi lill-Kummissjoni Amministrattiva regoli strutturali komuni dwar l-użu ta' servizzi ta' l-ipproċessar tad-data, b'mod partikolari dwar is-sigurtà u l-użu ta' standards; il-Kummissjoni għandha tagħmel rapporti u opinjoni raġunata qabel ma l-Kummissjoni Amministrattiva tieħu xi deċiżjoni skond l-Artikolu 72(d). Il-komposizzjoni u l-metodi ta' ħidma tal-Kummissjoni Teknika għandhom ikunu determinati mill-Kummissjoni Amministrattiva.

2.  Għal dan il-għan, il-Kummissjoni Teknika għandha:

(a) tiġbor flimkien id-dokumenti tekniċi rilevanti u tagħmel studji u xogħol ieħor meħtieġa biex tkun tista' twettaq il-kompiti tagħha;

(b) tibgħat lill-Kummissjoni Amministrattiva r-rapporti u l-opinjonijiet raġunati msemmija fil-paragrafu 1;

(ċ) twettaq il-kompiti l-oħra kollha u l-istudji dwar kwistjonijiet li l-Kummissjoni Amministrattiva tirreferilha;

(d) tassigura l-ġestjoni ta' proġetti Komunitarji bi prova li jużaw is-servizzi ta' l-ipproċessar tad-data u, fejn għandu x'jaqsam mal-Komunità, sistemi ta' operazzjoni li jużaw is-servizzi ta' l-ipproċessar tad-data.

Artikolu 74 Bord tal-Verifika

Artikolu 74

Bord tal-Verifika

1.  Bord tal-Verifika għandu jkun mehmuż mal-Kummissjoni Amministrattiva. Il-komposizzjoni u l-metodi ta' ħidma tal-Bord tal-Verifika għandhom ikunu determinati mill-Kummissjoni Amministrattiva.

Il-Bord tal-Verifika għandu:

(a) jivverifika l-metodu ta' kif ikunu determinati u ikkalkulati l-ispejjeż medji annwali ippreżentati mill-Istati Membri;

(ċ) jiġbor id-data meħtieġa u jwettaq il-kalkulazzjonijiet meħtieġa biex ikun stabbilit il-prospett annwali tat-talbiet ta' kull Stat Membru;

(ċ) jagħti lill-Kummissjoni Amministrattiva kontijiet perjodiċi tar-riżultati ta' l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u tar-Regolament ta' Implimentazzjoni, b'mod partikolari fir-rigward ta' l-aspett finanzjarju;

(d) jagħti l-informazzjoni u r-rapporti meħtieġa biex il-Kummissjoni Amministrattiva tkun tista' tieħu deċiżjonijiet skond l-Artikolu 72(g);

(e) jagħmel dawk is-suġġerimenti li jidhrulu rilevanti lill-Kummissjoni Amministrattiva, inklużi dawk dwar dan ir-Regolament, b'rabta mas-subparagrafi (a), (b) u (c);

(f) iwettaq il-ħidma, l-studji u l-kompiti dwar kwistjonijiet li l-Kummissjoni Amministrattiva tirreferilu.

▼M9

Artikolu 74a L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol

Artikolu 74a

L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol

1.  Mingħajr preġudizzju għall-kompiti u l-attivitajiet tal-Kummissjoni Amministrattiva, l-Awtorità Ewropea tax-Xogħol għandha tappoġġa l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament f’konformità mal-kompiti tagħha stabbiliti fir-Regolament (UE) 2019/1149. Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tikkoopera mal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol sabiex jikkoordinaw l-attivitajiet bi qbil reċiproku u jevitaw kull irduppjar. Għal dak il-għan, hija għandha tikkonkludi ftehim ta’ kooperazzjoni mal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol.

2.  Il-Kummissjoni Amministrattiva tista’ titlob lill-Awtorità Ewropea tax-Xogħol biex tirreferi kwistjoni rigward is-sigurtà soċjali taħt medjazzjoni bi qbil mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 13(11) tar-Regolament (UE) 2019/1149.

▼B

Artikolu 75 Kumitat ta' Konsulenza għall-Kordinazzjoni tas-Sistemi ta' Sigurtà Soċjali

Artikolu 75

Kumitat ta' Konsulenza għall-Kordinazzjoni tas-Sistemi ta' Sigurtà Soċjali

1.  Kumitat ta' Konsulenza għall-Kordinazzjoni tas-Sistemi ta' Sigurtà Soċjali (hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ “il-Kumitat ta' Konsulenza”) huwa hawnhekk stabbilit. Dan il-Kumitat għandu jinkludi, minn kull Stat Membru:

(a) rappreżentant wieħed tal-gvern;

(b) rappreżentant wieħed mit-trade unions;

(ċ) rappreżentant wieħed mill-organizzazzjonijiet ta' min iħaddem.

Għal kull waħda mill-kategoriji msemmija hawn fuq, għandu jkun maħtur membru alternattiv għal kull Stat Membru.

Il-membri u l-membri alternattivi tal-Kumitat ta' Konsulenza għandhom jinħatru mill-Kunsill. Il-Kumitat ta' Konsulenza għandu jkun presedut minn rappreżentant ►M3  tal-Kummissjoni Ewropea ◄ . Il-Kumitat ta' Konsulenza għandu jipprepara r-Regoli ta' Proċedura tiegħu stess.

2.  Il-Kumitat ta' Konsulenza għandu jkollu s-setgħa li, fuq talba ►M3  tal-Kummissjoni Ewropea ◄ , tal-Kummissjoni Amministrattiva jew fuq inizjattiva tiegħu stess:

(a) jeżamina kwistjonijiet ġenerali jew kwistjonijiet ta' prinċipju u problemi li jinqalgħu mill-implimentazzjoni ta' disposizzjonijiet Komunitarji dwar il-kordinazzjoni ta' sistemi ta' sigurtà soċjali, b'mod speċjali dwar ċerti kategoriji ta' persuni;

(b) jipprepara opinjonijiet dwar dawn il-kwistjonijiet għall-Kummissjoni Amministrattiva u wkoll proposti biex dawn id-disposizzjonijiet jkunu eżaminati mill-ġdid.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 31.07.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004R0883
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.