+Artikolu 76 Koperazzjoni
---+Article 76 1.
---+Article 76 2.
---+Article 76 3.
---+Article 76 4.
---+Article 76 5.
---+Article 76 6.
---+Article 76 7.

Artikolu 76 Koperazzjoni

Artikolu 76

Koperazzjoni

1.  L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lil xulxin l-informazzjoni kollha dwar:

(a) miżuri meħudin biex ikun implimentat dan ir-Regolament;

(b) bidliet fil-leġislazzjoni tagħhom li jistgħu jolqtu l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

2.  Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, l-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet ta' l-Istati Membri għandhom joffru lil xulxin l-aħjar għajnuna li jistgħu u għandhom jaġixxu bħallikieku qegħdin jimplimentaw l-leġislazzjoni tagħhom stess. Bħala regola, l-għajnuna amministrattiva mogħtija minn dawn l-awtoritajiet u istituzzjonijiet għandha tkun mingħajr ħlas. Madanakollu, il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tistabbilixxi t-tip ta' spejjeż li għandhom jitħallsu lura u l-limiti ta' meta dawn l-ispejjeż għandhom jitħallsu.

3.  L-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet ta' l-Istati Membri jistgħu, għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, jikkomunikaw direttament ma' xulxin u mal-persuni involuti jew mar-rappreżentanti tagħhom.

4.  L-istituzzjonijiet u l-persuni koperti minn dan ir-Regolament għandu jkollhom l-obbligu li jinfurmaw lil xulxin u li jikkoperaw sabiex jassiguraw li dan ir-Regolament ikun implimentat kif suppost.

L-istituzzjonijiet, skond il-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba, għandhom jirrispondu għall-mistoqsijiet kollha f'perjodu raġjonevoli u f'dan ir-rigward għandhom jagħtu lill-persuna konċernata l-informazzjoni meħtieġa biex tkun tista' teżerċita d-drittijiet mogħtija lilha minn dan ir-Regolament.

Il-persuni konċernati għandhom jinfurmaw lill-istituzzjonijiet ta' l-Istat Membru kompetenti jew ta' l-Istat Membru ta' residenza malli jkun possibbli dwar xi bidla fis-sitwazzjoni personali jew familjari tagħhom li tolqot d-dritt tagħhom għal benefiċċji taħt dan ir-Regolament.

5.  F'każ li l-obbligu msemmi fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 4 ma jkunx rispettat, jistgħu jkunu applikati miżuri proporzjonati skond il-liġi nazzjonali. Minkejja dan, dawn il-miżuri għandhom ikunu ekwivalenti għal dawk applikabbli f'sitwazzjonijiet simili taħt il-liġi domestika u ma għandhomx, fil-prattika, jagħmluha impossibbli jew diffiċli ħafna biex il-persuni li jagħmlu talba jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet mogħtija lilhom minn dan ir-Regolament.

6.  F'każ ta' diffikultajiet fl-interpretazzjoni jew fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament li jistgħu jipperikolaw id-drittijiet ta' persuna koperta minnu, l-istituzzjoni ta' l-Istat Membru kompetenti jew ta' l-Istat Membru ta' residenza tal-persuna konċernata għandha tikkuntattja lill-istituzzjoni (jew istituzzjonijiet) ta' l-Istat Membru (jew Stati Membri) konċernat (jew konċernati). Jekk ma tkunx tista' tinstab soluzzjoni f'perjodu raġjonevoli, l-awtoritajiet konċernati jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni Amministrattiva biex tindaħal.

7.  L-awtoritajiet, l-istituzzjonijiet u t-tribunali ta' Stat Membru wieħed ma jistgħux jirrifjutaw applikazzjonijiet jew dokumenti oħra mibgħuta lilhom minħabba li dawn huma miktubin f'lingwa uffiċjali ta' Stat Membru ieħor u rikonoxxuta bħala lingwa uffiċjali ta' l-istituzzjonijiet Komunitarji skond l-Artikolu 290 tat-Trattat.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Article 76 1.

The competent authorities of the Member States shall communicate to each other all information regarding:

(a) 

measures taken to implement this Regulation;

(b) 

changes in their legislation which may affect the implementation of this Regulation.

Article 76 2.
For the purposes of this Regulation, the authorities and institutions of the Member States shall lend one another their good offices and act as though implementing their own legislation. The administrative assistance given by the said authorities and institutions shall, as a rule, be free of charge. However, the Administrative Commission shall establish the nature of reimbursable expenses and the limits above which their reimbursement is due.
Article 76 3.
The authorities and institutions of the Member States may, for the purposes of this Regulation, communicate directly with one another and with the persons involved or their representatives.
Article 76 4.
The institutions and persons covered by this Regulation shall have a duty of mutual information and cooperation to ensure the correct implementation of this Regulation.

The institutions, in accordance with the principle of good administration, shall respond to all queries within a reasonable period of time and shall in this connection provide the persons concerned with any information required for exercising the rights conferred on them by this Regulation.

The persons concerned must inform the institutions of the competent Member State and of the Member State of residence as soon as possible of any change in their personal or family situation which affects their right to benefits under this Regulation.

Article 76 5.
Failure to respect the obligation of information referred to in the third subparagraph of paragraph 4 may result in the application of proportionate measures in accordance with national law. Nevertheless, these measures shall be equivalent to those applicable to similar situations under domestic law and shall not make it impossible or excessively difficult in practice for claimants to exercise the rights conferred on them by this Regulation.
Article 76 6.
In the event of difficulties in the interpretation or application of this Regulation which could jeopardise the rights of a person covered by it, the institution of the competent Member State or of the Member State of residence of the person concerned shall contact the institution(s) of the Member State(s) concerned. If a solution cannot be found within a reasonable period, the authorities concerned may call on the Administrative Commission to intervene.
Article 76 7.
The authorities, institutions and tribunals of one Member State may not reject applications or other documents submitted to them on the grounds that they are written in an official language of another Member State, recognised as an official language of the Community institutions in accordance with Article 290 of the Treaty.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 31.07.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004R0883
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.