+TITLE V MISCELLANEOUS PROVISIONS
---+Artikolu 76 Koperazzjoni
------+Article 76 1.
------+Article 76 2.
------+Article 76 3.
------+Article 76 4.
------+Article 76 5.
------+Article 76 6.
------+Article 76 7.
---+Artikolu 77 Protezzjoni ta' data personali
------+Article 77 1.
------+Article 77 2.
---+Artikolu 78 Ipproċessar ta' data
------+Article 78 1.
------+Article 78 2.
------+Article 78 3.
------+Article 78 4.
---+Artikolu 79 Fondi għal attivitajiet fil-qasam tas-sigurtà soċjali
---+Artikolu 80 Eżenzjonijiet
------+Article 80 1.
------+Article 80 2.
---+Artikolu 81 Talbiet, dikjarazzjoni jew appelli
---+Artikolu 82 Eżamijiet mediċi
---+Artikolu 83 Implimentazzjoni ta' leġislazzjoni
---+Artikolu 84 Kollezzjoni ta' kontribuzzjonijiet u rkupru ta' benefiċċji
------+Article 84 1.
------+Article 84 2.
------+Article 84 3.
------+Article 84 4.
---+Artikolu 85 Drittijiet ta' istituzzjonijiet
------+Article 85 1.
------+Article 85 2.
------+Article 85 3.
---+Artikolu 86 Ftehim bilaterali
|
TITLE V MISCELLANEOUS PROVISIONS
TITLE V MISCELLANEOUS PROVISIONS
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 76 Koperazzjoni
|
Artikolu 76 Koperazzjoni 1. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lil xulxin l-informazzjoni kollha dwar:
(a) miżuri meħudin biex ikun implimentat dan ir-Regolament;
(b) bidliet fil-leġislazzjoni tagħhom li jistgħu jolqtu l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.
2. Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, l-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet ta' l-Istati Membri għandhom joffru lil xulxin l-aħjar għajnuna li jistgħu u għandhom jaġixxu bħallikieku qegħdin jimplimentaw l-leġislazzjoni tagħhom stess. Bħala regola, l-għajnuna amministrattiva mogħtija minn dawn l-awtoritajiet u istituzzjonijiet għandha tkun mingħajr ħlas. Madanakollu, il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tistabbilixxi t-tip ta' spejjeż li għandhom jitħallsu lura u l-limiti ta' meta dawn l-ispejjeż għandhom jitħallsu. 3. L-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet ta' l-Istati Membri jistgħu, għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, jikkomunikaw direttament ma' xulxin u mal-persuni involuti jew mar-rappreżentanti tagħhom. 4. L-istituzzjonijiet u l-persuni koperti minn dan ir-Regolament għandu jkollhom l-obbligu li jinfurmaw lil xulxin u li jikkoperaw sabiex jassiguraw li dan ir-Regolament ikun implimentat kif suppost. L-istituzzjonijiet, skond il-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba, għandhom jirrispondu għall-mistoqsijiet kollha f'perjodu raġjonevoli u f'dan ir-rigward għandhom jagħtu lill-persuna konċernata l-informazzjoni meħtieġa biex tkun tista' teżerċita d-drittijiet mogħtija lilha minn dan ir-Regolament. Il-persuni konċernati għandhom jinfurmaw lill-istituzzjonijiet ta' l-Istat Membru kompetenti jew ta' l-Istat Membru ta' residenza malli jkun possibbli dwar xi bidla fis-sitwazzjoni personali jew familjari tagħhom li tolqot d-dritt tagħhom għal benefiċċji taħt dan ir-Regolament. 5. F'każ li l-obbligu msemmi fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 4 ma jkunx rispettat, jistgħu jkunu applikati miżuri proporzjonati skond il-liġi nazzjonali. Minkejja dan, dawn il-miżuri għandhom ikunu ekwivalenti għal dawk applikabbli f'sitwazzjonijiet simili taħt il-liġi domestika u ma għandhomx, fil-prattika, jagħmluha impossibbli jew diffiċli ħafna biex il-persuni li jagħmlu talba jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet mogħtija lilhom minn dan ir-Regolament. 6. F'każ ta' diffikultajiet fl-interpretazzjoni jew fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament li jistgħu jipperikolaw id-drittijiet ta' persuna koperta minnu, l-istituzzjoni ta' l-Istat Membru kompetenti jew ta' l-Istat Membru ta' residenza tal-persuna konċernata għandha tikkuntattja lill-istituzzjoni (jew istituzzjonijiet) ta' l-Istat Membru (jew Stati Membri) konċernat (jew konċernati). Jekk ma tkunx tista' tinstab soluzzjoni f'perjodu raġjonevoli, l-awtoritajiet konċernati jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni Amministrattiva biex tindaħal. 7. L-awtoritajiet, l-istituzzjonijiet u t-tribunali ta' Stat Membru wieħed ma jistgħux jirrifjutaw applikazzjonijiet jew dokumenti oħra mibgħuta lilhom minħabba li dawn huma miktubin f'lingwa uffiċjali ta' Stat Membru ieħor u rikonoxxuta bħala lingwa uffiċjali ta' l-istituzzjonijiet Komunitarji skond l-Artikolu 290 tat-Trattat.
|
|
Artikolu 77 Protezzjoni ta' data personali
|
Artikolu 77 Protezzjoni ta' data personali 1. Meta, skond dan ir-Regolament jew skond ir-Regolament ta' Implimentazzjoni, l-awtoritajiet jew l-istituzzjonijiet ta' Stat Membru jikkomunikaw data personali lill-awtoritajiet jew lill-istituzzjonijiet ta' Stat Membru ieħor, din il-komunikazzjoni għandha tkun suġġetta għal-leġislazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data ta' l-Istat Membru li tibgħat din id-data. Kull komunikazzjoni mill-awtorità jew mill-istituzzjoni ta' l-Istat Membru li jirċievi d-data, kif ukoll il-ħażna, il-bidla u t-tneħħija tad-data mogħtija minn dak l-Istat Membru għandha tkun suġġetta għal-leġislazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data ta' l-Istat Membru li jkun irċieva d-data. 2. Data meħtieġa għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u tar-Regolament ta' Implimentazzjoni għandha tintbagħat minn Stat Membru wieħed lill-ieħor skond id-disposizzjonijiet Komunitarji dwar il-protezzjoni ta' persuni naturali fir-rigward ta' l-ipproċessar u l-moviment liberu ta' data personali.
|
|
Artikolu 78 Ipproċessar ta' data
|
Artikolu 78 Ipproċessar ta' data 1. L-Istati Membri għandhom jużaw, progressivament, teknoloġiji ġodda għall-iskambju, użu u ipproċessar tad-data meħtieġa biex ikunu applikati dan ir-Regolament u r-Regolament ta' Implimentazzjoni.
►M3
Il-Kummissjoni Ewropea ◄ għandha tagħti l-għajnuna tagħha lil attivitajiet b'interess komuni malli l-Istati Membri jistabbilixxu servizzi ta' l-ipproċessar tad-data bħal dawn. 2. Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli biex jiġġestixxi il-parti tiegħu tas-servizzi ta' l-ipproċessar tad-data skond id-disposizzjonijiet Komunitarji dwar il-protezzjoni ta' persuni naturali fir-rigward ta' l-ipproċessar u l-moviment liberu ta' data personali. 3. Dokument elettroniku mibgħut jew maħruġ minn istituzzjoni skond dan ir-Regolament u skond ir-Regolament ta' Implimentazzjoni ma jistax ma jkunx aċċettat minn xi awtorità jew istituzzjoni ta' Stat Membru ieħor minħabba li tirċevih b'mezzi elettroniċi malli din tiddikjara li tista' tirċievi dokumenti elettroniċi. Riproduzzjoni u reġistrazzjoni ta' dawn id-dokumenti għandhom jitqiesu bħala riproduzzjoni korretta u preċiża tad-dokument oriġinali jew rappreżentazzjoni ta' l-informazzjoni li fih id-dokument sakemm ma jkunx hemm xhieda li turi l-kuntrarju. 4. Dokument elettroniku għandu jitqies bħala validu jekk is-sistema tal-kompjuter li fuqha jinżamm id-dokument ikun fiha l-protezzjoni meħtieġa biex ma jsirux bidliet fir-reġistrazzjoni, biex ma jkunx hemm svelar tar-reġistrazzjoni u lanqas aċċess mhux awtorizzat għar-reġistrazzjoni. Għandu jkun possibbli li, f'kull ħin, issir riproduzzjoni ta' informazzjoni reġistrata f'forma li tista' tinqara mill-ewwel. Meta dokument elettroniku jintbagħat minn istituzzjoni ta' sigurtà soċjali għal oħra, għandhom jittieħdu l-miżuri ta' sigurtà xierqa skond id-disposizzjonijiet Komunitarji dwar il-protezzjoni ta' persuni naturali fir-rigward ta' l-ipproċessar u l-moviment liberu ta' data personali.
|
|
Artikolu 79 Fondi għal attivitajiet fil-qasam tas-sigurtà soċjali
|
Artikolu 79 Fondi għal attivitajiet fil-qasam tas-sigurtà soċjali B'konnessjoni ma' dan ir-Regolament u mar-Regolament ta' Implimentazzjoni,
►M3
il-Kummissjoni Ewropea ◄ tista' tagħti fondi biex tiffinanzja totalment jew parzjalment:
(a) attivitajiet maħsuba biex itejbu l-iskambji ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali ta' l-Istati Membri, b'mod partikolari l-iskambju elettroniku ta' data;
(b) kwalunkwe attività oħra maħsuba biex tingħata, bil-mezzi l-aktar xierqa, informazzjoni lill-persuni koperti minn dan ir-Regolament u lir-rappreżentanti tagħhom dwar id-drittijiet u l-obbligi li joħorġu minn dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 80 Eżenzjonijiet
|
Artikolu 80 Eżenzjonijiet 1. Kull eżenzjoni minn jew tnaqqis ta' taxxi, bolol, piżijiet notarili jew ta' reġistrazzjoni li hija stabbilita fil-leġislazzjoni ta' Stat Membru wieħed fir-rigward ta' ċertifikati jew dokumenti meħtieġa fl-applikazzjoni tal-leġislazzjoni ta' dak l-Istat Membru għandha tkun estiża għal ċertifikati jew dokumenti simili meħtieġa fl-applikazzjoni tal-leġislazzjoni ta' Stat Membru ieħor jew fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. 2. Kull prospett, dokument u ċertifikat ta' kwalunkwe tip meħtieġ fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandu jkun eżentat mill-awtentikazzjoni mill-awtoritajiet diplomatiċi jew konsulari.
|
|
Artikolu 81 Talbiet, dikjarazzjoni jew appelli
|
Artikolu 81 Talbiet, dikjarazzjoni jew appelli Kull talba, dikjarazzjoni jew appell li suppost kienu sottomessi, fl-applikazzjoni tal-leġislazzjoni ta' Stat Membru wieħed, f'perjodu speċifiku lil awtorità, istituzzjoni jew tribunal ta' dak l-Istat Membru, għandhom ikunu aċċettati jekk ikunu sottomessi fl-istess perjodu lil awtorità, istituzzjoni jew tribunal korrispondenti fi Stat Membru ieħor. F'każ bħal dan, l-awtorità, l-istituzzjoni jew it-tribunal li jirċievu t-talba, id-dikjarazzjoni jew l-appell għandhom jibagħtuha mingħajr dewmien lill-awtorità, istituzzjoni jew tribunal kompetenti fl-ewwel Stat Membru, jew direttament jew permezz ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri konċernati. Il-jum li fih dawn it-talbiet, dikjarazzjoni jew appelli kienu sottomessi lill-awtorità, istituzzjoni jew tribunal tat-tieni Stat Membru għandu jitqies bħala l-jum li fih kienu sottomessi lill-awtorità, istituzzjoni jew tribunal kompetenti.
|
|
Artikolu 82 Eżamijiet mediċi
|
Artikolu 82 Eżamijiet mediċi Eżamijiet mediċi mitluba mil-leġislazzjoni ta' Stat Membru wieħed jistgħu jsiru fuq it-talba ta' l-istituzzjoni kompetenti, fi Stat Membru ieħor, mill-istituzzjoni tal-post ta' residenza jew żjara tal-persuna li tagħmel it-talba jew tal-persuna intitolata għal benefiċċji u dan taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni jew miftiehma bejn l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri konċernati.
|
|
Artikolu 83 Implimentazzjoni ta' leġislazzjoni
|
Artikolu 83 Implimentazzjoni ta' leġislazzjoni Disposizzjonijiet speċjali biex tkun implimentata l-leġislazzjoni ta' ċerti Stati Membri huma msemmija fl-Anness XI.
|
|
Artikolu 84 Kollezzjoni ta' kontribuzzjonijiet u rkupru ta' benefiċċji
|
Artikolu 84 Kollezzjoni ta' kontribuzzjonijiet u rkupru ta' benefiċċji 1. Kollezzjoni ta' kontribuzzjonijiet li għandhom jingħataw lil istituzzjoni ta' Stat Membru wieħed u rkupru ta' benefiċċji mogħtija mill-istituzzjoni ta' Stat Membru wieħed iżda li mhux suppost ingħataw jistgħu jsiru fi Stat Membru ieħor skond il-proċeduri u bil-garanziji u privileġġi applikabbli għall-kollezzjoni tal-kontribuzzjonijiet li għandhom jingħataw lill-istituzzjoni korrispondenti fit-tieni Stat Membru u għall-irkupru ta' benefiċċji mogħtija minnha meta dawn ma kellhomx jingħataw. 2. Deċiżjonijiet li jistgħu jkunu infurzati ta' l-awtoritajiet ġudizzjarji u amministrattivi dwar il-kollezzjoni ta' kontribuzzjonijiet, interessi u kull piż ieħor jew dwar l-irkupru ta' benefiċċji mogħtija meta dawn ma kellhomx jingħataw, taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru wieħed, għandhom ikunu rikonoxxuti u infurzati fuq talba ta' l-istituzzjoni kompetenti fi Stat Membru ieħor fil-limiti u skond il-proċeduri stabbiliti mil-leġislazzjoni u skond xi proċeduri oħra applikabbli għal deċiżjonijiet simili tat-tieni Stat Membru. Dawn id-deċiżjonijiet għandhom ikunu dikjarati bħala deċiżjonijiet li jistgħu jkunu infurzati f'dak l-Istat Membru sa fejn dan ikun mitlub mil-leġislazzjoni u mill-proċeduri l-oħra ta' dak l-Istat Membru. 3. Talbiet ta' istituzzjoni ta' Stat Membru wieħed għandhom, fi proċeduri ta' infurzar, ta' falliment jew ta' ħlas fi Stat Membru ieħor, igawdu l-istess privileġġi bħal ma l-leġislazzjoni tat-tieni Stat Membru tagħti lil talbiet ta' l-istess tip. 4. Il-proċedura biex ikun implimentat dan l-Artikolu, inklużi l-ispejjeż tal-ħlas lura, għandhom ikunu regolati mir-Regolament ta' Implimentazzjoni jew, fejn ikun hemm bżonn u bħala miżura komplimentari, permezz ta' ftehim bejn Stati Membri.
|
|
Artikolu 85 Drittijiet ta' istituzzjonijiet
|
Artikolu 85 Drittijiet ta' istituzzjonijiet 1. Jekk persuna tirċievi benefiċċji taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru wieħed dwar korriment ikkawżat minn fatti li ġraw fi Stat Membru ieħor, kwalunkwe drittijiet li jista' jkollha l-istituzzjoni responsabbli biex tagħti benefiċċji fir-rigward ta' persuna terza responsabbli biex tagħti kumpens għall-korriment għandhom ikunu regolati b'dawn ir-regoli:
(a) meta l-istituzzjoni responsabbli biex tagħti benefiċji hija, taħt il-leġislazzjoni applikata minnha, issurrogata għad-drittijiet li l-benefiċjarju għandu kontra persuna terza, din is-surroga għandha tkun rikonoxxuta minn kull Stat Membru;
(b) meta l-istituzzjoni responsabbli biex tagħti benefiċċji jkollha dritt dirett kontra persuna terza, kull Stat Membru għandu jirrikonoxxi dawn id-drittijiet.
2. Jekk persuna tirċievi benefiċċji taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru wieħed fir-rigward ta' korriment ikkawżat minn fatti li seħħew fi Stat Membru ieħor, id-disposizzjonijiet ta' din il-leġislazzjoni li jiddeterminaw il-każijiet fejn ir-responsabbilità ċivili ta' min iħaddem jew ta' l-impjegati tagħhom għandha tkun eskluża, għandhom japplikaw fir-rigward ta' din il-persuna jew ta' l-istituzzjoni kompetenti. Il-paragrafu 1 għandu japplika wkoll għal kwalunkwe drittijiet li l-istituzzjoni responsabbli biex tagħti benefiċċji jista' jkollha kontra min iħaddem jew l-impjegati tagħhom f'każijiet fejn ir-responsabbilità tagħhom mhix eskluża. 3. Meta, skond l-Artikolu 35(3) u/jew l-Artikolu 41(2), żewġ Stati Membri jew aktar, jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, ikkonkludew ftehim fejn jirrinunzjaw għall-ħlas lura bejn istituzzjonijiet taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom, jew, meta l-ħlas lura ma jiddependix fuq l-ammont ta' benefiċċji mogħtija fil-fatt, kwalunkwe drittijiet li jista' jkun hemm kontra persuna terza responsabbli għandhom ikunu regolati b' dawn ir-regoli:
(a) fejn l-istituzzjoni ta' l-Istat Membru ta' residenza jew żjara jagħti benefiċċji lil persuna fir-rigward ta' korriment li soffra fit-territorju tiegħu, dik l-istituzzjoni, skond id-disposizzjonijiet tal-leġislazzjoni applikata minnha, għandha teżerċita d-dritt għal surroga jew għal azzjoni diretta kontra t-terza persuna responsabbli biex tħallas kumpens għall-korriment;
(b) biex tkun applikata (a):
(i) il-persuna li tirċievi benefiċċji għandha titqies bħala assigurata ma' l-istituzzjoni tal-post ta' residenza jew żjara,
u
(ii) dik l-istituzzjoni għandha titqies bħala l-istituzzjoni responsabbli biex tagħti benefiċċji;
(ċ) Il-paragrafi 1 u 2 għandhom jibqgħu applikabbli fir-rigward ta' dawk il-benefiċċji li ma jkunux koperti mill-ftehim ta' rinunzja jew fir-rigward ta' ħlas lura li ma jiddependix fuq l-ammont ta' benefiċċji fil-fatt mogħtija.
|
|
Artikolu 86 Ftehim bilaterali
|
Artikolu 86 Ftehim bilaterali Fejn għandhom x'jaqsmu r-relazzjoni bejn, fuq naħa waħda, il-Lussemburgu u, fuq in-naħa l-oħra, Franza, il-Ġermanja u l-Belġju, l-applikazzjoni u t-tul tal-perjodu msemmi fl-Artikolu 65(7) għandhom ikunu suġġetti għall-konklużjoni ta' ftehim bilaterali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 31.07.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004R0883
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|