|
+ANNESS II DISPOŻIZZJONIJIET TA’ KONVENZJONIJIET LI JIBQGĦU FIS-SEĦĦ U LI, FEJN JAPPLIKA, HUMA RISTRETTI GĦALL-PERSUNI KOPERTI MINNHOM |
ANNESS II DISPOŻIZZJONIJIET TA’ KONVENZJONIJIET LI JIBQGĦU FIS-SEĦĦ U LI, FEJN JAPPLIKA, HUMA RISTRETTI GĦALL-PERSUNI KOPERTI MINNHOMANNESS II DISPOŻIZZJONIJIET TA’ KONVENZJONIJIET LI JIBQGĦU FIS-SEĦĦ U LI, FEJN JAPPLIKA, HUMA RISTRETTI GĦALL-PERSUNI KOPERTI MINNHOM (Artikolu 8(1)) Kummenti ġenerali Għandu jkun innotat li d-dispożizzjonijiet ta’ konvenzjonijiet bilaterali li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u li jibqgħu fis-seħħ bejn l-Istati Membri mhumiex elenkati f’dan l-Anness. Dan jinkludi obbligi bejn l-Istati Membri li jirriżultaw minn konvenzjonijiet li jipprevedu, per eżempju, dispożizzjonijiet rigward aggregazzjoni ta’ perijodi ta’ assigurazzjoni kompjuti f’pajjiż terz. Dispożizzjonijiet ta’ konvenzjonijiet ta’ sigurtà soċjali li jibqgħu applikabbli: IL-BELĠJU–IL-ĠERMANJA L-Artikoli 3 u 4 tal-Protokoll Finali tas-7 ta’ Diċembru 1957 tal-Konvenzjoni Ġenerali ta’ dik id-data, kif stabbilit fil-Protokoll Komplementari tal-10 ta’ Novembru 1960 (stima tal-perijodi ta’ assigurazzjoni magħmula f’xi reġjuni fruntaljieri qabel, matul u wara t-Tieni Gwerra Dinjija). IL-BELĠJU–IL-LUSSEMBURGU Il-Konvenzjoni tal-24 ta’ Marzu 1994 dwar is-sigurtà soċjali għall-ħaddiema tal-fruntieri (rigward il-ħlas lura b’rata fissa komplementari). IL-BULGARIJA–IL-ĠERMANJA L-Artikolu 28(1)(b) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tas-17 ta’ Diċembru 1997 (manteniment ta’ konvenzjonijiet konklużi bejn il-Bulgarija u dik li kienet ir-Repubblika Demokratika tal-Ġermanja għal persuni li diġà rċevew pensjoni qabel l-1996). IL-BULGARIJA – IL-KROAZJA L-Artikolu 35(3) tal-Konvenzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali tal-14 ta’ Lulju 2003 (rikonoxximent tal-perjodi ta’ assigurazzjoni kompluti sal-31 ta’ Diċembru 1957 għall-ispejjeż tal-Istat kontraenti fejn kienet tirrisjedi l-persuna assigurata fil-31 ta’ Diċembru 1957). IL-BULGARIJA–L-AWSTRIJA L-Artikolu 38(3) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tal-14 ta’ April 2005 (stima tal-perijodi ta’ assigurazzjoni magħmula qabel is-27 ta’ Novembru 1961); l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni tibqa’ ristretta għall-persuni koperti minn dik il-Konvenzjoni. IL-BULGARIJA–IS-SLOVENJA L-Artikolu 32(2) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tat-18 ta’ Diċembru 1957 (stima tal-perijodi ta’ assigurazzjoni magħmula sal-31 ta’ Diċembru 1957). IR-REPUBBLIKA ĊEKA–IL-ĠERMANJA L-Artikolu 39(1)(b) u (c) tal-Konvenzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali tas-27 ta’ Lulju 2001 (manteniment tal-konvenzjoni konkluża bejn dik li kienet ir-Repubblika Ċekoslovakka u dik li kienet ir-Repubblika Demokratika tal-Ġermanja għal persuni li diġà rċevew pensjoni qabel l-1996; stima tal-perijodi ta’ assigurazzjoni magħmula f’wieħed mill-istati kontraenti għal persuni li diġà rċevew pensjoni għal dawn il-perijodi fl-1 ta’ Settembru 2002 mill-istat kontraenti l-ieħor, waqt li kienu qed jirrisjedu fit-territorju tiegħu). IR-REPUBBLIKA ĊEKA–ĊIPRU L-Artikolu 32(4) tal-Konvenzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali tad-19 ta’ Jannar 1999 (li tiddetermina l-kompetenza għall-kalkolu tal-perijodi ta’ impjieg magħmula taħt il-Konvenzjoni rilevanti tal-1976); l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni tibqa’ ristretta għall-persuni koperti minnha. IR-REPUBBLIKA ĊEKA–IL-LUSSEMBURGU L-Artikolu 52(8) tal-Konvenzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali tas-17 ta’ Novembru 2000 (stima tal-perijodi ta’ assigurazzjoni tal-pensjoni għal refuġjati politiċi). IR-REPUBBLIKA ĊEKA–L-AWSTRIJA L-Artikolu 32(3) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tal-20 ta’ Lulju 1999 (stima tal-perijodi ta’ assigurazzjoni magħmula qabel is-27 ta’ Novembru 1961); l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni tibqa’ ristretta għall-persuni koperti minnha. IR-REPUBBLIKA ĊEKA–IS-SLOVAKKJA L-Artikoli 12, 20 u 33 tal-Konvenzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali tad-29 ta’ Ottubru 1992 (l-Artikolu 12 jiddetermina kompetenza għal għotja ta’ benefiċċji tas-susperstiti; l-Artikolu 20 jiddetermina kompetenza għal kalkolu ta’ perijodi ta’ assigurazzjoni magħmula sal-jum tad-dissoluzzjoni tar-Repubblika Federali Ċeka u Slovakka; l-Artikolu 33 jiddetermina kompetenza għal pagament ta’ pensjonijiet mogħti qabel il-jum tad-dissoluzzjoni tar-Repubblika Federali Ċeka u Slovakka). ID-DANIMARKA–IL-FINLANDJA L-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni Nordika dwar is-sigurtà soċjali tat-18 ta’ Awwissu 2003 (li jikkonċerna l-kopertura ta’ spejjeż tal-ivvjaġġar żejda f’każ ta’ mard waqt żjara f’pajjiż Nordiku ieħor fejn jiżdiedu l-ispejjeż tal-vjaġġ lura lejn il-pajjiż ta’ residenza). ID-DANIMARKA–L-IŻVEZJA L-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni Nordika dwar is-sigurtà soċjali tat-18 ta’ Awwissu 2003 (li jikkonċerna l-kopertura ta’ spejjeż tal-ivvjaġġar żejda f’każ ta’ mard waqt żjara f’pajjiż Nordiku ieħor fejn jiżdiedu l-ispejjeż tal-vjaġġ lura lejn il-pajjiż ta’ residenza). IL-ĠERMANJA–SPANJA L-Artikolu 45(2) tal-Konvenzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali tal-4 ta’ Diċembru 1973 (rappreżentanza minn awtoritajiet diplomatiċi u konsulari). IL-ĠERMANJA–FRANZA (a) Il-Ftehim Komplementari Nru 4 tal-10 ta’ Lulju 1950 tal-Konvenzjoni Ġenerali li ġġib l-istess data, kif stabbilit fil-Ftehim Supplimentari Nru 2 tat-18 ta’ Ġunju 1955 (stima tal-perijodi ta’ assigurazzjoni magħmula bejn l-1 ta’ Lulju 1940 u t-30 ta’ Ġunju 1950); (b) It-Titolu I ta’ dak il-Ftehim Supplimentari Nru 2 (stima tal-perijodi ta’ assigurazzjoni magħmula qabel it-8 ta’ Mejju 1945); (c) il-punti 6, 7 u 8 tal-Protokoll Ġenerali tal-10 ta’ Lulju 1950 tal-Konvenzjoni Ġenerali tal-istess data (arranġamenti amministrattivi); (d) It-Titoli II, III u IV tal-Ftehim tal-20 ta’ Diċembru 1963 (sigurtà soċjali fis-Saar). IL-ĠERMANJA – IL-KROAZJA L-Artikolu 41 tal-Konvenzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali tal-24 ta’ Novembru 1997 (ħlas tad-drittijiet mirbuħa qabel l-1 ta’ Jannar 1956 skont l-iskema tal-assigurazzjoni soċjali tal-Istat kontraenti l-ieħor); l-applikazzjoni ta’ dik id-dispożizzjoni tibqa’ ristretta għal dawk il-persuni koperti minnha. IL-GERMANJA–IL-LUSSEMBURGU L-Artikoli 4, 5, 6 u 7 tal-Konvenzjoni tal-11 ta’ Lulju 1959 (stima tal-perijodi ta’ assigurazzjoni magħmula bejn Settembru 1940 u Ġunju 1946). IL-ĠERMANJA–L-UNGERIJA L-Artikolu 40(1)(b) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tat-2 ta’ Mejju 1998 (manteniment tal-konvenzjoni konkluża bejn dik li kienet ir-Repubblika Demokratika tal-Ġermanja u l-Ungerija għal persuni li diġà rċevew pensjoni qabel l-1996). IL-ĠERMANJA–L-OLANDA L-Artikoli 2 u 3 tal-Ftehim Komplementari Nru 4 tal-21 ta’ Diċembru 1956 għall-Konvenzjoni tad-29 ta’ Marzu 1951 (ħlas ta’ drittijiet miksuba taħt l-iskema tal-assigurazzjoni soċjali Ġermaniża minn ħaddiema Olandiżi bejn it-13 ta’ Mejju 1940 u l-1 ta’ Settembru 1945). IL-ĠERMANJA–L-AWSTRIJA (a) L-Artikolu 1(5) u l-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni dwar l-Assigurazzjoni tal-Qgħad tad-19 ta’ Lulju 1978 u l-Artikolu 10 tal-Protokoll Finali ta’ din il-Konvenzjoni (għoti ta’ allowances tal-qgħad lil ħaddiema tal-fruntieri mill-Istat tal-impjieg preċedenti) ser jibqgħu japplikaw għal persuni li jkunu eżerċitaw attività bħala ħaddiem tal-fruntiera fl-1 ta’ Jannar 2005 jew qabel u jispiċċaw qiegħda qabel l-1 ta’ Jannar 2011. (b) L-Artikolu 14(2)(g), (h), (i) u (j) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tal-4 ta’ Ottubru 1995 (determinazzjoni ta’ kompetenzi bejn iż-żewġ pajjiżi fir-rigward ta’ każijiet ta’ assigurazzjoni preċedenti u perijodi ta’ assigurazzjoni miksuba); l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni tibqa’ ristretta għall-persuni koperti minnha. IL-ĠERMANJA–IL-POLONJA (a) Il-Konvenzjoni tad-9 ta’ Ottubru 1975 dwar dispożizzjonijiet rigward ix-xjuħija u l-korrimenti fuq ix-xogħol, taħt il-kondizzjonijiet u l-kamp ta’ applikazzjoni definiti mill-Artikolu 27(2) sa (4) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tat-8 ta’ Diċembru 1990 (manteniment ta’ status legali, abbażi tal-Konvenzjoni tal-1975, tal-persuni li stabbilixxew ir-residenza tagħhom fit-territorju tal-Ġermanja jew il-Polonja qabel l-1 ta’ Jannar 1991 u li jibqgħu jirrisjedu hemm); (b) L-Artikoli 27(5) u 28(2) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tat-8 ta’ Diċembru 1990 (manteniment ta’ intitolament għal pensjoni mħallsa abbażi tal-Konvenzjoni tal-1957 konkluża bejn dik li kienet ir-Repubblika Demokratika tal-Ġermanja u l-Polonja; stima tal-perijodi ta’ assigurazzjoni magħmula minn impjegati Pollakki taħt il-Konvenzjoni tal-1988 konkluża bejn dik li kienet ir-Repubblika Demokratika tal-Ġermanja u l-Polonja). IL-ĠERMANJA–IR-RUMANIJA L-Artikolu 28(1)(b) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tat-8 ta’ April 2005 (manteniment tal-Konvenzjoni konkluża bejn dik li kienet ir-Repubblika Demokratika tal-Ġermanja u r-Rumanija għal persuni li diġà rċevew pensjoni qabel l-1996). IL-ĠERMANJA–IS-SLOVENJA L-Artikolu 42 tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tal-24 ta’ Settembru 1997 (ħlas ta’ drittijiet miksuba qabel l-1 ta’ Jannar 1956 taħt l-iskema ta’ sigurtà soċjali tal-istat kontraenti l-ieħor); l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni tibqa’ ristretta għall-persuni koperti minnha. IL-ĠERMANJA–IS-SLOVAKKJA It-tieni u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 29(1) tal-Ftehim tat-12 ta’ Settembru 2002 (manteniment tal-Konvenzjoni konkluża bejn dik li kienet ir-Repubblika Ċekoslovakka u dik li kienet ir-Repubblika Demokratika tal-Ġermanja għal persuni li diġà rċevew pensjoni qabel l-1996; stima tal-perijodi ta’ assigurazzjoni magħmula f’wieħed mill-istati kontraenti għal persuni li diġà rċevew pensjoni għal dawn il-perijodi fl-1 ta’ Diċembru 2003 mill-istat kontraenti l-ieħor, waqt li jirrisjedu fit-territorju tiegħu). IL-ĠERMANJA–IR-RENJU UNIT (a) L-Artikolu 7(5) u (6) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tal-20 ta’ April 1960 (leġiżlazzjoni applikabbli għal persuni pajżana fis-servizz tal-forzi militari); (b) L-Artikolu 5(5) u (6) tal-Konvenzjoni dwar l-assigurazzjoni tal-qgħad tal-20 ta’ April 1960 (leġiżlazzjoni applikabbli għal persuni pajżana fis-servizz tal-forzi militari). L-IRLANDA–IR-RENJU UNIT L-Artikolu 19(2) tal-Ftehim tal-14 ta’ Diċembru 2004 dwar is-sigurtà soċjali (li jikkonċerna t-trasferiment u l-istima ta’ ċerti krediti ta’ diżabbiltà). SPANJA–IL-PORTUGALL L-Artikolu 22 tal-Konvenzjoni Ġenerali tal-11 ta’ Ġunju 1969 (esportazzjoni ta’ benefiċċji tal-qgħad). Din l-inserzjoni ser tibqa’ valida għal sentejn mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004. IL-KROAZJA – L-ITALJA (a) Il-Ftehim bejn il-Jugoslavja u l-Italja dwar ir-Regolament għall-Obbligi Reċiproċi fl-Assigurazzjoni Soċjali b’Referenza għall-Paragrafu 7 tal-Anness XIV għat-Trattat ta’ Paċi, konkluż permezz ta’ skambju ta’ notamenti fil-5 ta’ Frar 1959 (ħlas ta’ perjodi ta’ assigurazzjoni kompluti qabel it-18 ta’ Diċembru 1954); l-applikazzjoni tibqa’ ristretta għal dawk il-persuni koperti minn dak il-Ftehim; (b) L-Artikolu 44(3) tal-Konvenzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali bejn ir-Repubblika tal-Kroazja u r-Repubblika Taljana tas-27 ta’ Ġunju 1997, dwar l-ex Żona B tat-Territorju Ħieles ta’ Trieste (ħlas ta’ perjodi ta’ assigurazzjoni kompluti qabel il-5 ta’ Ottubru 1956); l-applikazzjoni ta’ dik id-dispożizzjoni tibqa’ ristretta għal dawk il-persuni koperti minn dik il-Konvenzjoni. IL-KROAZJA – L-UNGERIJA L-Artikolu 43(6) tal-Konvenzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali tat-8 ta’ Frar 2005 (rikonoxximent ta’ perjodi ta’ assigurazzjoni kompluti sad-29 ta’ Mejju 1956 għall-ispejjeż tal-Istat kontraenti fejn kienet tirrisjedi l-persuna assigurata fid-29 ta’ Mejju 1956). IL-KROAZJA – L-AWSTRIJA L-Artikolu 35 tal-Konvenzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali tas-16 ta’ Jannar 1997 (ħlas ta’ perjodi ta’ assigurazzjoni kompluti qabel l-1 ta’ Jannar 1956); l-applikazzjoni ta’ dik id-dispożizzjoni tibqa’ ristretta għal dawk il-persuni koperti minn dik il-Konvenzjoni. IL-KROAZJA – IS-SLOVENJA (a) L-Artikolu 35(3) tal-Ftehim dwar is-Sigurtà Soċjali tat-28 ta’ April 1997 (rikonoxximent ta’ perjodi bil-bonus skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat komuni preċedenti); (b) L-Artikoli 36 u 37 tal-Ftehim dwar is-Sigurtà Soċjali tat-28 ta’ April 1997 (il-benefiċċji mirbuħa qabel it-8 ta’ Ottubru 1991 jibqgħu l-obbligu tal-Istat kontraenti li jkun tahom; il-pensjonijiet mogħtija bejn it-8 ta’ Ottubru 1991 u l-1 ta’ Frar 1998, id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim imsemmi, fir-rigward tal-perjodi ta’ assigurazzjoni kompluti fl-Istat kontraenti l-ieħor sal-31 ta’ Jannar 1998, huma soġġetti għal kalkolu mill-ġdid). L-ITALJA–IS-SLOVENJA (a) Il-Ftehim dwar ir-regolament tal-obbligi reċiproċi fl-assigurazzjoni soċjali b’referenza għall-paragrafu 7 tal-Anness XIV għat-Trattat ta’ Paċi, konkluż bi skambju ta’ noti fil-5 ta’ Frar 1959 (stima tal-perijodi ta’ assigurazzjoni magħmula qabel it-18 ta’ Diċembru 1954); l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni tibqa’ ristretta għall-persuni koperti minn dak il-Ftehim. (b) L-Artikolu 45(3) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tas-7 ta’ Lulju 1997 li jikkonċerna dik li kienet iż-Żona B tat-Territorju Ħieles ta’ Trieste (stima tal-perijodi ta’ assigurazzjoni magħmula qabel il-5 ta’ Ottubru 1956); l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni tibqa’ ristretta għall-persuni koperti minn dik il-Konvenzjoni. IL-LUSSEMBURGU–IL-PORTUGALL Il-Ftehim tal-10 ta’ Marzu 1997 (dwar ir-rikonoxximent ta’ deċiżjonijiet minn istituzzjonijiet f’parti kontraenti waħda rigward l-istat ta’ invalidità ta’ applikanti għal pensjonijiet minn istituzzjonijiet fil-parti kontraenti l-oħra). IL-LUSSEMBURGU–IS-SLOVAKKJA L-Artikolu 50(5) tal-Konvenzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali tat-23 ta’ Mejju 2002 (stima tal-perijodi ta’ assigurazzjoni tal-pensjoni għal refuġjati politiċi). L-UNGERIJA–L-AWSTRIJA L-Artikolu 36(3) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tal-31 ta’ Marzu 1999 (stima tal-perijodi ta’ assigurazzjoni magħmula qabel is-27 ta’ Novembru 1961); l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni tibqa’ ristretta għall-persuni koperti minnha; L-UNGERIJA–IS-SLOVENJA L-Artikolu 31 tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tas-7 ta’ Ottubru 1957 (stima tal-perijodi ta’ assigurazzjoni magħmula qabel id-29 ta’ Mejju 1956); l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni tibqa’ ristretta għall-persuni koperti minnha. L-UNGERIJA–IS-SLOVAKKJA L-Artikolu 34(1) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tat-30 ta’ Jannar 1959 (l-Artikolu 34(1) tal-Konvenzjoni jipprovdi li l-perijodi ta’ assigurazzjoni mogħtija qabel il-jum tal-iffirmar tal-Konvenzjoni jkunu l-perijodi ta’ assigurazzjoni tal-Istat kontraenti li fuq it-territorju tiegħu l-persuna intitolata kellha residenza); l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni tibqa’ ristretta għall-persuni koperti minnha. L-AWSTRIJA–IL-POLONJA L-Artikolu 33(3) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tas-7 ta’ Settembru 1998 (stima tal-perijodi ta’ assigurazzjoni magħmula qabel is-27 ta’ Novembru 1961); l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni tibqa’ ristretta għall-persuni koperti minnha. L-AWSTRIJA–IR-RUMANIJA L-Artikolu 37(3) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tat-28 ta’ Ottubru 2005 (stima tal-perijodi ta’ assigurazzjoni magħmula qabel is-27 ta’ Novembru 1961); l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni tibqa’ ristretta għall-persuni koperti minnha. L-AWSTRIJA–IS-SLOVENJA L-Artikolu 37 tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tal-10 ta’ Marzu 1997 (stima tal-perijodi ta’ assigurazzjoni magħmula qabel l-1 ta’ Jannar 1956); l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni tibqa’ ristretta għall-persuni koperti minnha. L-AWSTRIJA–IS-SLOVAKKJA L-Artikolu 34(3) tal-Konvenzjoni tal-21 ta’ Diċembru 2001 dwar is-Sigurtà Soċjali (stima tal-perijodi ta’ assigurazzjoni magħmula qabel is-27 ta’ Novembru 1961); l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni tibqa’ ristretta għall-persuni koperti minnha. IL-FINLANDJA–L-IŻVEZJA L-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni Nordika dwar is-sigurtà soċjali tat-18 ta’ Awwissu 2003 (li jikkonċerna l-kopertura ta’ spejjeż tal-ivvjaġġar żejda f’każ ta’ mard waqt żjara f’pajjiż Nordiku ieħor fejn jiżdiedu l-ispejjeż tal-vjaġġ lura lejn il-pajjiż ta’ residenza). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|