|
+ANNESS X BENEFIĊĊJI SPEĊJALI LI MHUMIEX KONTRIBUTORJI U LI JINGĦATAW FI FLUS |
ANNESS X BENEFIĊĊJI SPEĊJALI LI MHUMIEX KONTRIBUTORJI U LI JINGĦATAW FI FLUSANNESS X BENEFIĊĊJI SPEĊJALI LI MHUMIEX KONTRIBUTORJI U LI JINGĦATAW FI FLUS (Artikolu 70(2)(c)) IL-BELĠJU (a) Allowance ta’ sostituzzjoni għad-dħul (il-Liġi tas-27 ta’ Frar 1987); (b) Dħul garantit għall-anzjani (il-Liġi tat-22 ta’ Marzu 2001). IL-BULGARIJA Pensjoni Soċjali tax-xjuħija (l-Artikolu 89 tal-Kodiċi tal-Assigurazzjoni Soċjali). IR-REPUBBLIKA ĊEKA Allowance soċjali (l-Att dwar is-Sostenn Soċjali tal-Istat Nru 117/1995 Sb.). ID-DANIMARKA Spejjeż tal-akkomodazzjoni għall-pensjonanti (il-Liġi dwar l-assistenza tal-akkomodazzjoni individwali, konsolidata bil-Liġi Nru 204 tad-29 ta’ Marzu 1995). IL-ĠERMANJA (a) Dħul bażiku ta’ sussistenza għall-anzjani u għall-persuni b’kapaċità ridotta ta’ qligħ taħt il-Kapitolu 4 tal-Ktieb XII tal-Kodiċi Soċjali; (b) Benefiċċji li jkopru spejjeż ta’ sussistenza taħt id-dispożizzjoni bażika għal min ikun qed ifittex impjieg sakemm, fir-rigward ta’ dawn il-benefiċċji, il-ħtiġiet ta’ eliġibbiltà għal suppliment temporanju wara li jkunu rċivew il-benefiċċju tal-qgħad (l-Artikolu 24 (1) tal-Ktieb II tal-Kodiċi Soċjali) ma jkunux ġew sodisfatti. L-ESTONJA (a) Allowance għall-adulti b’diżabbiltà (l-Att dwar il-Benefiċċji Soċjali għall-Persuni b’Diżabblità tas-27 ta’ Jannar 1999); (b) Allowance tal-qgħad tal-istat (l-Att dwar is-Servizzi u s-Sostenn tas-Suq tax-Xogħol tad-29 ta’ Settembru 2005). L-IRLANDA (a) Allowance għal min ikun qed ifittex impjieg (l-Att Konsolidat tal-2005 dwar l-Assistenza Soċjali, Parti III, Kapitolu 2); (b) Pensjoni tal-Istat (mhux kontributorja) (l-Att Konsolidat tal-2005 dwar l-Assistenza Soċjali, Parti 3, Kapitolu 4); (c) Pensjoni tan-nisa romol (mhux kontributorja) u pensjoni tal-irġiel romol (mhux kontributorja) (l-Att Konsolidat tal-2005 dwar l-Assistenza Soċjali, Parti 3, Kapitolu 6); (d) Allowance ta’ diżabbiltà (l-Att Konsolidat tal-2005 dwar l-Assistenza Soċjali, Parti 3, Kapitolu 10); (e) Allowance ta’ mobbiltà (l-Att dwar is-Saħħa 1970, Taqsima 61); (f) Pensjoni tal-għomja (l-Att Konsolidat tal-2005 dwar l-Assistenza Soċjali, Parti 3, Kapitolu 5). IL-GREĊJA Benefiċċji speċjali għall-anzjani (il-Ligi 1296/82). SPANJA (a) Garanzija ta’ dħul minimu (il-Liġi Nru 13/82 tas-7 ta’ April 1982); (b) Benefiċċji ta’ assistenza fi flus għall-anzjani u invalidi li ma jkunux kapaċi għax-xogħol (id-Digriet Irjali Nru 2620/81 tal-24 ta’ Lulju 1981); (c) (i) Pensjonijiet mhux kontributorji ta’ invalidità u rtirar kif previsti fl-Artikolu 38(1) tat-Test Konsolidat tal-Liġi Ġenerali dwar is-Sigurtà Soċjali, approvat mid-Digriet Irjali Leġiżlattiv Nru 1/1994 tal-20 ta’ Ġunju 1994; u (ii) il-benefiċċji li jissupplimentaw il-pensjonijiet ta’ hawn fuq, kif previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Komunitajiet Awtonomi, fejn supplimenti bħal dawn jiggarantixxu dħul minimu ta’ sussistenza b’kont meħud tas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali fil-Komunitajiet Awtonomi kkonċernati; (d) Allowances li jippromwovu l-mobbiltà u jikkumpensaw l-ispejjeż tat-trasport (il-Liġi Nru 13/1982 tas-7 ta’ April 1982). FRANZA (a) Allowances supplimentari ta’: (i) il-Fond Speċjali tal-Invalidità, u (ii) il-Fond ta’ Solidarjetà tax-Xjuħija fir-rigward ta’ drittijiet miksuba (il-Liġi tat-30 ta’ Ġunju 1956, ikkodifikata fil-Ktieb VIII tal-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali); (b) Allowance tal-adulti diżabbli (il-Liġi tat-30 ta’ Ġunju 1975, ikkodifikata fil-Ktieb VIII tal-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali); (c) Allowance speċjali (il-Liġi tal-10 ta’ Lulju 1952, ikkodifikata fil-Ktieb VIII tal-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali) fir-rigward ta’ drittijiet miksuba; (d) Allowance ta’ solidarjetà tax-xjuħija (l-ordinanza tal-24 ta’ Ġunju, ikkodifikata fil-Ktieb VIII tal-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali) mill-1 ta’ Jannar 2006. L-ITALJA (a) Pensjonijiet soċjali għal persuni li m’għandhomx mezzi (il-Liġi Nru 153 tat-30 ta’ April 1969); (b) Pensjonijiet u allowances għal ċittadini ċivili diżabbli jew invalidi (il-Liġijiet Nru 118 tat-30 ta’ Marzu 1971, Nru 18 tal-11 ta’ Frar 1980 u Nru 508 tat-23 ta’ Novembru 1988); (c) Pensjonijiet u allowances għal min huwa trux u mutu (il-Liġijiet Nru 381 tas-26 ta’ Mejju 1970 u Nru 508 tat-23 ta’ Novembru 1988); (d) Pensjonijiet u allowances għal ċittadini ċivili għomja (il-Liġijiet Nru 382 tas-27 ta’ Mejju 1970 u Nru 508 tat-23 ta’ Novembru 1988); (e) Benefiċċji li jissupplimentaw il-pensjonijiet minimi (il-Liġijiet Nru 218 tal-4 ta’ April 1952, Nru 638 tal-11 ta’ Novembru 1983 u Nru 407 tad-29 ta’ Diċembru 1990); (f) Benefiċċji li jissuplimentaw l-allowances ta’ diżabbiltà (il-Liġi Nru 222 tat-12 ta’ Ġunju 1984); (g) Allowance soċjali (il-Liġi Nru 335 tat-8 ta’ Awwissu 1995); (h) Żieda soċjali (l-Artikolu 1(1) u (12) tal-Liġi Nru 544 tad-29 ta’ Diċembru 1988 u l-emendi suċċessivi). ĊIPRU (a) Pensjoni Soċjali (il-Liġi dwar il-Pensjonijiet Soċjali tal-1995 (il-Liġi 25(I)/95), kif emendata); (b) Allowance għal diżabbiltà motorja severa (id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill tal-Ministri Nri 38210 tas-16 ta’ Ottubru 1992, 41370 tal-1 ta’ Awwissu 1994, 46183 tal-11 ta’ Ġunju 1997 u 53675 tas-16 ta’ Mejju 2001); (c) Għotja speċjali lil persuni għomja (il-Liġi dwar l-Għotjiet Speċjali tal-1996 (il-Liġi 77(I)/96), kif emendata). IL-LATVJA (a) Benefiċċju tas-Sigurtà Soċjali tal-Istat (il-Liġi dwar il-Benefiċċji Soċjali tal-Istat tal-1 ta’ Jannar 2003); (b) Allowance bħala kumpens għal spejjeż ta’ trasport ta’ persuni diżabbli b’mobbiltà ristretta (il-Liġi dwar il-Benefiċċji Soċjali tal-Istat tal-1 ta’ Jannar 2003). IL-LITWANJA (a) Pensjoni ta’ għajnuna soċjali (il-Liġi tal-2005 dwar il-Benefiċċji ta’ Allowances Soċjali tal-Istat, l-Artikolu 5); (b) Kumpens ta’ għajnuna (il-Liġi tal-2005 dwar il-Benefiċċji ta’ Allowances Soċjali mill-Istat, l-Artikolu 15); (c) Kumpens tat-trasport għall-persuni diżabbli li għandhom problemi ta’ mobbiltà (il-Liġi tal-2000 dwar il-Kumpens tat-Trasport, l-Artikolu 7). IL-LUSSEMBURGU Dħul għal persuni serjament diżabbli (l-Artikolu 1(2), il-Liġi tat-12 ta’ Settembru 2003), bl-eċċezzjoni ta’ persuni rikonoxxuti bħala ħaddiema diżabbli u impjegati fis-suq prinċipali tax-xogħol jew f’ambjent protett. L-UNGERIJA (a) Annwalità tal-invalidità (id-Digriet Nru 83/1987 (XII 27) tal-Kunsill tal-Ministri dwar l-Annwalità tal-Invalidità); (b) Allowance mhux kontributorja tax-xjuħija (l-Att III tal-1993 dwar l-Amministrazzjoni Soċjali u l-Benefiċċji Soċjali); (c) Allowance tat-Trasport (id-Digriet tal-Gvern Nru 164/1995 (XII 27) dwar l-Allowances tat-Trasport għal Persuni b’Diżabblità Fiżika Severa). MALTA (a) Allowance supplimentari (it-Taqsima 73 tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318) 1987); (b) Pensjoni tal-età (Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318) 1987). L-OLANDA (a) Att dwar l-Għajnuna għax-Xogħol u l-Impjieg għal Żgħażagħ b’Diżabilità tal-24 ta’ April 1997 (Wet Wajong); (b) L-Att dwar il-Benefiċċji Supplimentari tas-6 ta’ Novembru 1986 (TW). L-AWSTRIJA Suppliment li jikkumpensa (l-Att Federali tad-9 ta’ Settembru 1955 dwar l-Assigurazzjoni Soċjali Ġenerali - ASVG, l-Att Federali tal-11 ta’ Ottubru 1978 dwar l-assigurazzjoni soċjali għal persuni li jaħdmu fil-kummerċ u bin-negozju - GSVG, l-Att Federali tal-11 ta’ Ottubru 1978 dwar l-assigurazzjoni soċjali għal bdiewa - BSVG). IL-POLONJA Pensjoni soċjali (l-Att tas-27 ta’ Ġunju 2003 dwar il-pensjonijiet soċjali). IL-PORTUGALL (a) Pensjoni tal-Istat mhux kontributorja tax-xjuħija u l-invalidità (id-Digriet-Liġi Nru 464/80 tat-13 ta’ Ottubru 1980); (b) Pensjoni mhux kontributorja tar-romol (id-Digriet Regolatorju Nru 52/81 tal-11 ta’ Novembru 1981). (c) Suppliment ta’ solidarjetà għall-anzjani (id-Digriet-Liġi Nru 232/2005 tad-29 ta’ Diċembru 2005, emendat mid-Digriet-Liġi Nru 236/2006 tal-11 ta’ Diċembru 2006). IS-SLOVENJA (a) Pensjoni tal-Istat (l-Att dwar il-Pensjonijiet u l-Assigurazzjoni ta’ Diżabilitajiet tat-23 ta’ Diċembru 1999); (b) Sostenn tad-dħul tal-pensjonanti (l-Att dwar il-Pensjonijiet u l-Assigurazzjoni ta’ Diżabilitajiet tat-23 ta’ Diċembru 1999); (c) Allowance ta’ manteniment (l-Att dwar il-Pensjonijiet u l-Assigurazzjoni ta’ Diżabbiltajiet tat-23 ta’ Diċembru 1999). IS-SLOVAKKJA (a) L-aġġustament mogħti qabel l-1 ta’ Jannar 2004 lill-pensjonijiet li jikkostitwixxu s-sors waħdieni ta’ dħul; (b) Pensjoni soċjali mogħtija qabel l-1 ta’ Jannar 2004. IL-FINLANDJA (a) Allowance ta’ akkomodazzjoni għall-pensjonanti (l-Att dwar l-allowance ta’ Akkomodazzjoni għall-pensjonanti, 571/2007); (b) Sostenn tas-suq tax-xogħol (l-Att dwar il-Benefiċċji tal-Qgħad 1290/2002); (c) Għajnuna speċjali lill-immigranti (l-Att dwar l-Għajnuna Speċjali lill-Immigranti, 1192/2002). L-IŻVEZJA (a) Supplimenti ta’ akkomodazzjoni għal persuni li jkunu qed jirċievu pensjoni (il-Liġi 2001: 761); (b) Sostenn finanzjarju lill-anzjani (Law 2001: 853). IR-RENJU UNIT (a) Kreditu tal-Pensjoni tal-Istat (l-Att dwar il-Kreditu tal-Pensjoni tal-Istat 2002 u l-Att dwar il-Kreditu tal-Pensjoni tal-Istat (l-Irlanda ta’ Fuq) 2002); (b) Allowances ibbażati fuq id-dħul għal min ikun qed ifittex impjieg (l-Att dwar Min Ikun Qed Ifittex Impjieg 1995 u l-Ordni dwar Min Ikun Qed Ifittex Impjieg (l-Irlanda ta’ Fuq) 1995); ▼M3 ————— (d) Komponent ta’ mobbiltà f’Allowance ta’ Sussistenza għad-Diżabbiltà (l-Att dwar il-Kontribuzzjonijiet u l-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 1992 u l-Att dwar il-Kontribuzzjonijiet u l-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali (l-Irlanda ta’ Fuq) 1992); (e) Għoti ta’ Flus għall-Impjiegi u l-Appoġġ marbuta mad-Dħul (Att dwar ir-Riforma tal-Welfare tal-2007 u l-Att dwar ir-Riforma tal-Welfare (l-Irlanda ta’ Fuq) tal-2007). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|