|
+Artikolu 39 Evalwazzjoni tal-grad ta’ inkapaċità f’każ ta’ inċident fuq il-post tax-xogħol jew ta’ marda marbuta max-xogħol li seħħu preċedentement jew sussegwentement |
Artikolu 39 Evalwazzjoni tal-grad ta’ inkapaċità f’każ ta’ inċident fuq il-post tax-xogħol jew ta’ marda marbuta max-xogħol li seħħu preċedentement jew sussegwentementArtikolu 39 Evalwazzjoni tal-grad ta’ inkapaċità f’każ ta’ inċident fuq il-post tax-xogħol jew ta’ marda marbuta max-xogħol li seħħu preċedentement jew sussegwentement Fejn l-inkapaċità għax-xogħol preċedenti jew sussegwenti kienet ikkawżata minn inċident li seħħ meta l-persuna kkonċernata kienet suġġetta għal-leġislazzjoni ta’ Stat Membru li ma jagħmel ebda distinzjoni abbażi tal-oriġini tal-inkapaċità għax-xogħol, l-istituzzjoni kompetenti jew il-korp nominat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru in kwistjoni għandhom: (a) fuq talba tal-istituzzjoni kompetenti ta’ Stat Membru ieħor, jipprovdu informazzjoni dwar il-grad ta’ inkapaċità għax-xogħol preċedenti jew sussegwenti, u fejn possibbli, informazzjoni li tagħmilha possibbli li jiġi ddeterminat jekk l-inkapaċità hijiex riżultat tal-inċident fuq il-post tax-xogħol fis-sens tal-leġislazzjoni applikata mill-istituzzjoni fl-Istat Membru l-ieħor; (b) jieħdu kont tal-grad ta’ inkapaċità kkawżat minn dawn il-każijiet preċedenti jew sussegwenti meta jiġi ddeterminat id-dritt għal benefiċċji u l-ammont, taħt il-leġislazzjoni applikabbli. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|