+CHAPTER II Benefits in respect of accidents at work and occupational diseases
---+Artikolu 33 Dritt għall-benefiċċji in natura u fi flus f’każ ta’ residenza jew ta’ żjara fi Stat Membru divers mil l-Istat Membru kompetenti
------+Article 33 1.
------+Article 33 2.
---+Artikolu 34 Proċedura f’każ ta’ inċident fuq il-post tax-xogħol jew ta’ marda marbuta max-xogħol li seħħew fi Stat Membru divers mill-Istat Membru kompetenti
------+Article 34 1.
------+Article 34 2.
------+Article 34 3.
------+Article 34 4.
------+Article 34 5.
---+Artikolu 35 Disputi rigward in-natura okkupazzjonali tal-inċident jew il-marda
------+Article 35 1.
------+Article 35 2.
------+Article 35 3.
---+Artikolu 36 Proċedura f’każ ta’ espożizzjoni għar-riskju ta’ marda marbuta max-xogħol f’iktar minn Stat Membru wieħed
------+Article 36 1.
------+Article 36 2.
------+Article 36 3.
---+Artikolu 37 Skambju ta’ informazzjoni bejn istituzzjonijiet u ħlas bil-quddiem f’każ ta’ appell kontra deċiżjoni ta’ ċaħda
------+Article 37 1.
------+Article 37 2.
------+Article 37 3.
---+Artikolu 38 Aggravament ta’ marda marbuta max-xogħol
---+Artikolu 39 Evalwazzjoni tal-grad ta’ inkapaċità f’każ ta’ inċident fuq il-post tax-xogħol jew ta’ marda marbuta max-xogħol li seħħu preċedentement jew sussegwentement
---+Artikolu 40 Preżentazzjoni u investigazzjoni ta’ talbiet għal pensjonijiet jew sussidji supplimentari
---+Artikolu 41 Miżuri speċjali ta’ implimentazzjoni
------+Article 41 1.
------+Article 41 2.
|
CHAPTER II Benefits in respect of accidents at work and occupational diseases
CHAPTER II Benefits in respect of accidents at work and occupational diseases
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 33 Dritt għall-benefiċċji in natura u fi flus f’każ ta’ residenza jew ta’ żjara fi Stat Membru divers mil l-Istat Membru kompetenti
|
Artikolu 33 Dritt għall-benefiċċji in natura u fi flus f’każ ta’ residenza jew ta’ żjara fi Stat Membru divers mil l-Istat Membru kompetenti (1) Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 36 tar-Regolament bażiku, il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 24 sa 27 tar-Regolament implimentattiv għandhom japplikaw mutatis mutandis. (2) Meta jingħataw benefiċċji speċjali in natura fir-rigward ta’ inċidenti fuq il-post tax-xogħol u mard marbut max-xogħol taħt il-leġislazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru taż-żjara jew ta’ residenza, l-istituzzjoni ta’ dak l-Istat Membru għandha mingħajr dewmien tinforma lill-istituzzjoni kompetenti.
|
|
Artikolu 34 Proċedura f’każ ta’ inċident fuq il-post tax-xogħol jew ta’ marda marbuta max-xogħol li seħħew fi Stat Membru divers mill-Istat Membru kompetenti
|
Artikolu 34 Proċedura f’każ ta’ inċident fuq il-post tax-xogħol jew ta’ marda marbuta max-xogħol li seħħew fi Stat Membru divers mill-Istat Membru kompetenti (1) Jekk iseħħ inċident fuq il-post tax-xogħol jew tiġi dijanjostikata marda marbuta max-xogħol għall-ewwel darba fi Stat membru li mhuwiex l-Istat Membru kompetenti, id-dikjarazzjoni jew notifika tal-inċident fuq il-post tax-xogħol jew tal-marda marbuta max-xogħol, fejn id-dikjarazzjoni jew notifika teżisti taħt il-leġislazzjoni nazzjonali, għandha ssir konformement mal-leġislazzjoni tal-Istat Membru kompetenti, mingħajr preġudizzju, fejn ikun il-każ, għal dispożizzjonijiet legali oħra applikabbli fl-Istat Membru fejn seħħ l-inċident fuq il-post tax-xogħol jew fejn ġiet dijanjostikata marda marbuta max-xogħol għall-ewwel darba, li jibqgħu applikabbli f’każijiet bħal dawn. Id-dikjarazzjoni jew in-notifika għandhom jiġu indirizzati lill-istituzzjoni kompetenti. (2) L-istituzzjoni tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu seħħ l-inċident fuq il-post tax-xogħol jew li fih il-marda marbuta max-xogħol ġiet dijanjostikata għall-ewwel darba, għandha tinnotifika lill-istituzzjoni kompetenti dwar ċertifikati mediċi maħruġa fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru. (3) Fejn, bħala riżultat ta’ inċident matul l-ivvjaġġar lejn jew mill-post tax-xogħol li jseħħ fit-territorju ta’ Stat Membru divers mill-Istat Membru kompetenti, jeħtieġ li ssir inkjesta fit-territorju tal-ewwel Stat Membru sabiex jiġi ddeterminat kwalunkwe dritt għall-benefiċċji relevanti, tista’ tinħatar persuna għal dan il-għan mill-istituzzjoni kompetenti, li għandha tinforma lill-awtoritajiet ta’ dak l-Istat Membru. L-istituzzjonijiet għandhom jikkooperaw ma’ xulxin sabiex jevalwaw l-informazzjoni relevanti kollha u sabiex jikkonsultaw ir-rapporti u kwalunkwe dokument ieħor relatati mal-inċident. (4) Wara t-trattament, għandu jintbagħat fuq talba tal-istituzzjoni kompetenti, rapport dettaljat akkumpanjat minn ċertifikati mediċi relatati mal-konsegwenzi permanenti tal-inċident jew tal-marda, b’mod partikolari l-istat preżenti tal-persuna korruta u l-fejqan jew l-istabbilizzazzjoni tal-korrimenti. L-onorarji relevanti għandhom jitħallsu mill-istituzzjoni tal-post taż-żjara jew ta’ residenza, fejn ikun il-każ, bir-rata applikata minn din l-istituzzjoni bir-responsabbiltà tal-istituzzjoni kompetenti. (5) Fuq it-talba tal-istituzzjoni tal-post taż-żjara jew ta’ residenza, fejn ikun il-każ, l-istituzzjoni kompetenti għandha tinnotifikaha bid-deċiżjoni li tistabbilixxi d-data għall-fejqan jew l-istabbilizzazzjoni tal-korrimenti u, fejn ikun il-każ, id-deċiżjoni rigward l-għoti ta’ pensjoni.
|
|
Artikolu 35 Disputi rigward in-natura okkupazzjonali tal-inċident jew il-marda
|
Artikolu 35 Disputi rigward in-natura okkupazzjonali tal-inċident jew il-marda (1) Meta l-istituzzjoni kompetenti tikkontesta l-applikazzjoni tal-leġislazzjoni relatata ma’ inċidenti fuq il-post tax-xogħol jew ma’ mard marbut max-xogħol taħt l-Artikolu 36(2) tar-Regolament bażiku, hija għandha mingħajr dewmien tinforma lill-istituzzjoni tal-post taż-żjara jew ta’ residenza li pprovdiet il-benefiċċji in natura, li mbagħad jiġu kkunsidrati bħala benefiċċji ta’ assigurazzjoni għall-mard. (2) Meta deċiżjoni definittiva tittieħed fuq dan is-suġġett, l-istituzzjoni kompetenti tavża b’dan immedjatament lill-istituzzjoni tal-post taż-żjara jew ta’ residenza li tkun tat il-benefiċċji in natura. Fejn ma jiġux stabbiliti inċident fuq il-post tax-xogħol jew marda marbuta max-xogħol, il-benefiċċji in natura għandhom jibqgħu jingħataw bħala benefiċċji tal-mard jekk il-persuna kkonċernata tkun intitolata għalihom. F’każ li jiġu stabbiliti inċident fuq il-post tax-xogħol jew marda marbuta max-xogħol, il-benefiċċji tal-mard in natura mogħtija lill-persuna kkonċernata għandhom jitqiesu bħala benefiċċji għal inċident fuq il-post tax-xogħol jew marda marbuta max-xogħol mid-data li fiha seħħ l-inċident fuq il-post tax-xogħol jew mid-data li fiha ġiet medikament iddijanjostikata għall-ewwel darba l-marda marbuta max-xogħol. (3) It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(5) tar-Regolament implimentattiv għandu japplika mutatis mutandis.
|
|
Artikolu 36 Proċedura f’każ ta’ espożizzjoni għar-riskju ta’ marda marbuta max-xogħol f’iktar minn Stat Membru wieħed
|
Artikolu 36 Proċedura f’każ ta’ espożizzjoni għar-riskju ta’ marda marbuta max-xogħol f’iktar minn Stat Membru wieħed (1) Fil-każ imsemmi fl-Artikolu 38 tar-Regolament bażiku, id-dikjarazzjoni jew in-notifika tal-marda marbuta max-xogħol għandhom jintbagħtu lill-istituzzjoni kompetenti għal mard marbut max-xogħol tal-aħħar Stat Membru li taħt il-leġislazzjoni tiegħu l-persuna kkonċernata eżerċitat attività li x’aktarx tikkaġuna dik il-marda. Meta l-istituzzjoni li lilha ntbagħtu d-dikjarazzjoni jew in-notifika tistabbilixxi li attività li x’aktarx tikkaġuna l-marda marbuta max-xogħol in kwistjoni ġiet eżerċitata l-aħħar taħt il-leġislazzjoni ta’ Stat Membru ieħor, hija għandha tibgħat d-dikjarazzjoni jew in-notifika u ċ-ċertifikati kollha ta’ akkumpanjament lill-istituzzjoni ekwivalenti f’dak l-Istat Membru. (2) Fejn l-istituzzjoni tal-aħħar Stat Membru li taħt il-leġislazzjoni tiegħu l-persuna kkonċernata eżerċitat l-attività li x’aktarx tikkaġuna l-marda marbuta max-xogħol in kwistjoni tistabbilixxi li l-persuna kkonċernata jew is-superstiti tagħha ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta’ dik il-leġislazzjoni, fost oħrajn, għax il-persuna kkonċernata qatt ma eżerċitat f’dak l-Istat Membru attività li kkaġunat il-marda marbuta max-xogħol jew għax dak l-Istat Membru ma jirrikonoxxix in-natura okkupazzjonali tal-marda, l-istituzzjoni msemmija għandha tibgħat mingħajr dewmien id-dikjarazzjoni jew in-notifika u ċ-ċertifikati kollha ta’ akkumpanjament, inklużi l-konklużjonijiet u r-rapporti ta’ eżamijiet mediċi mwettqa mill-ewwel istituzzjoni lill-istituzzjoni tal-Istat Membru preċedenti li taħt il-leġislazzjoni tiegħu l-persuna kkonċernata eżerċitat attività li x’aktarx tikkaġuna l-marda marbuta max-xogħol in kwistjoni. (3) Fejn ikun il-każ, l-istituzzjonijiet għandhom jirripetu l-proċedura prevista fil-paragrafu 2 u jmorru lura sal-istituzzjoni ekwivalenti fl-Istat Membru li taħt il-leġislazzjoni tiegħu l-persuna kkonċernata eżerċitat għall-ewwel darba l-attività li x’aktarx tikkaġuna l-marda marbuta max-xogħol in kwistjoni.
|
|
Artikolu 37 Skambju ta’ informazzjoni bejn istituzzjonijiet u ħlas bil-quddiem f’każ ta’ appell kontra deċiżjoni ta’ ċaħda
|
Artikolu 37 Skambju ta’ informazzjoni bejn istituzzjonijiet u ħlas bil-quddiem f’każ ta’ appell kontra deċiżjoni ta’ ċaħda (1) F’każ ta’ appell kontra deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ benefiċċji meħuda mill-istituzzjoni ta’ wieħed mill-Istati Membri li taħt il-leġislazzjoni tiegħu l-persuna kkonċernata eżerċitat attività li x’aktarx tikkaġuna l-marda marbuta max-xogħol in kwistjoni, dik l-istituzzjoni għandha tinforma lill-istituzzjoni li lilha ntbagħtu d-dikjarazzjoni jew in-notifika, konformement mal-proċedura prevista fl-Artikolu 36(2) tar-Regolament implimentattiv, u għandha sussegwentement tinformaha, meta tittieħed id-deċiżjoni finali. (2) Jekk id-dritt għall-benefiċċji huwa mogħti taħt il-leġislazzjoni li tapplika l-istituzzjoni li lilha ġiet trasmessa d-dikjarazzjoni jew in-notifika, dik l-istituzzjoni għandha tagħmel il-ħlasijiet bil-quddiem, li l-ammonti tagħhom għandhom ikunu determinati, fejn ikun il-każ, wara konsultazzjoni mal-istituzzjoni li kontra d-deċiżjoni tagħha nbeda l-appell, u b’mod li jkun evitat l-eċċess ta’ ħlas. Din l-istituzzjoni tal-aħħar għandha tagħti lura l-ammont ta’ ħlasijiet bil-quddiem jekk, wara l-appell, hija marbuta li tagħti l-benefiċċji. Dan l-ammont imbagħad jitnaqqas mill-benefiċċji dovuti lill-persuna kkonċernata, konformement mal-proċedura prevista fl-Artikoli 72 u 73 tar-Regolament implimentattiv. (3) It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(5) tar-Regolament implimentattiv għandu japplika mutatis mutandis.
|
|
Artikolu 38 Aggravament ta’ marda marbuta max-xogħol
|
Artikolu 38 Aggravament ta’ marda marbuta max-xogħol Fil-każijiet koperti mill-Artikolu 39 tar-Regolament bażiku, l-applikant għandu jipprovdi lill-istituzzjoni fl-Istat Membru li mingħandha qed jitlob id-drittijiet għal benefiċċji bid-dettalji li jikkonċernaw benefiċċji preċedenti għall-marda marbuta max-xogħol in kwistjoni. Din l-istituzzjoni tista’ tindirizza kull istituzzjoni oħra li qabel kienet kompetenti biex tikseb l-għarfien li hija tħoss meħtieġ.
|
|
Artikolu 39 Evalwazzjoni tal-grad ta’ inkapaċità f’każ ta’ inċident fuq il-post tax-xogħol jew ta’ marda marbuta max-xogħol li seħħu preċedentement jew sussegwentement
|
Artikolu 39 Evalwazzjoni tal-grad ta’ inkapaċità f’każ ta’ inċident fuq il-post tax-xogħol jew ta’ marda marbuta max-xogħol li seħħu preċedentement jew sussegwentement Fejn l-inkapaċità għax-xogħol preċedenti jew sussegwenti kienet ikkawżata minn inċident li seħħ meta l-persuna kkonċernata kienet suġġetta għal-leġislazzjoni ta’ Stat Membru li ma jagħmel ebda distinzjoni abbażi tal-oriġini tal-inkapaċità għax-xogħol, l-istituzzjoni kompetenti jew il-korp nominat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru in kwistjoni għandhom:
(a) fuq talba tal-istituzzjoni kompetenti ta’ Stat Membru ieħor, jipprovdu informazzjoni dwar il-grad ta’ inkapaċità għax-xogħol preċedenti jew sussegwenti, u fejn possibbli, informazzjoni li tagħmilha possibbli li jiġi ddeterminat jekk l-inkapaċità hijiex riżultat tal-inċident fuq il-post tax-xogħol fis-sens tal-leġislazzjoni applikata mill-istituzzjoni fl-Istat Membru l-ieħor;
(b) jieħdu kont tal-grad ta’ inkapaċità kkawżat minn dawn il-każijiet preċedenti jew sussegwenti meta jiġi ddeterminat id-dritt għal benefiċċji u l-ammont, taħt il-leġislazzjoni applikabbli.
|
|
Artikolu 40 Preżentazzjoni u investigazzjoni ta’ talbiet għal pensjonijiet jew sussidji supplimentari
|
Artikolu 40 Preżentazzjoni u investigazzjoni ta’ talbiet għal pensjonijiet jew sussidji supplimentari Sabiex jibbenefikaw minn pensjoni jew minn sussidju supplimentari taħt il-leġislazzjoni ta’ Stat Membru, il-persuna konċernata jew is-superstiti tagħha li jirrisjedu fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor għandhom jippreżentaw, fejn ikun il-każ, talba lill-istituzzjoni kompetenti jew lill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza, li għandha tibgħatha lill-istituzzjoni kompetenti. It-talba għandha tinkludi l-informazzjoni rikjesta taħt il-leġislazzjoni applikata mill-istituzzjoni kompetenti.
|
|
Artikolu 41 Miżuri speċjali ta’ implimentazzjoni
|
Artikolu 41 Miżuri speċjali ta’ implimentazzjoni (1) Għall-Istati Membri msemmija fl-Anness 2, id-dispożizzjonijiet tat-Titolu III, Kapitolu 2, tar-Regolament bażiku rigward il-benefiċċji in natura għandhom japplikaw għal persuni intitolati għal benefiċċji in natura abbażi biss ta’ skema speċjali għal ħaddiema taċ-ċivil sal-punt speċifikat fiha biss. (2) It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 32(2) u l-Artikolu 32(3) tar-Regolament implimentattiv għandhom japplikaw mutatis mutandis.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009R0987
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|