+Artikolu 49 Determinazzjoni tal-grad ta’ invalidità
---+Article 49 1.
---+Article 49 2.

Artikolu 49 Determinazzjoni tal-grad ta’ invalidità

Artikolu 49

Determinazzjoni tal-grad ta’ invalidità

(1)  Fejn l-Artikolu 46(3) tar-Regolament bażiku huwa applikabbli, l-unika istituzzjoni awtorizzata biex tieħu deċiżjoni li tikkonċerna l-grad ta’ invalidità tal-applikant għandha tkun l-istituzzjoni ta’ kuntatt, jekk il-leġislazzjoni li tapplika din l-istituzzjoni hija inkluża fl-Anness VII tar-Regolament bażiku, jew fin-nuqqas ta’ dan, l-istituzzjoni li l-leġislazzjoni tagħha hija inkluża fl-Anness VII ta’ dak ir-Regolament u li għal-leġislazzjoni tagħha l-applikant kien suġġett l-aħħar. Hija għandha tieħu din id-deċiżjoni malli tkun tista’ tiddetermina jekk intlaħqux il-kondizzjonijiet għall-eliġibbiltà stabbiliti fil-leġislazzjoni applikabbli, waqt li jittieħdu in konsiderazzjoni, fejn ikun il-każ, l-Artikoli 6 u 51 tar-Regolament bażiku. Hija għandha tinnotifika mingħajr dewmien lill-istituzzjonijiet oħrajn konċernati b’din id-deċiżjoni

Fejn il-kriterji ta’ eliġibbiltà, minbarra dawk relatati mal-grad ta’ invalidità, stabbiliti fil-leġislazzjoni applikabbli ma jintlaħqux, waqt li jittieħdu in konsiderazzjoni l-Artikoli 6 u 51 tar-Regolament bażiku, l-istituzzjoni ta’ kuntatt għandha tinforma mingħajr dewmien lill-istituzzjoni kompetenti tal-aħħar Stat Membri li għal-leġislazzjoni tiegħu l-applikant kien suġġett. L-istituzzjoni tal-aħħar għandha tkun awtorizzata tieħu d-deċiżjoni dwar il-grad ta’ invalidità tal-applikant jekk jintlaħqu l-kondizzjonijiet għall-eliġibbiltà stabbiliti fil-leġislazzjoni applikabbli. Hija għandha tinnotifika mingħajr dewmien lill-istituzzjonijiet oħrajn konċernati b’din id-deċiżjoni

Meta tkun qed tiġi determinata l-eliġibbiltà, il-kwistjoni tista’, fejn ikun meħtieġ, tiġi riferuta lura, taħt l-istess kondizzjonijiet, lill-istituzzjoni kompetenti, fir-rigward tal-invalidità, tal-Istat Membru li għal-leġislazzjoni tiegħu l-applikant kien suġġett l-ewwel.

(2)  Fejn l-Artikolu 46(3) tar-Regolament bażiku m’huwiex applikabbli, għanu jkun possibbli għal kull istituzzjoni, konformement mal-leġislazzjoni tagħha, li jkollha l-applikant eżaminat minn tabib jew espert ieħor tal-għażla tagħha sabiex jiġi ddeterminat il-grad tal-invalidità. Madankollu, l-istituzzjoni ta’ Stat Membru għandha tikkunsidra d-dokumenti, ir-rapporti mediċi u l-informazzjoni amministrattiva miġbura mill-istituzzjoni ta’ kwalunkwe Stat Membru ieħor daqslikieku tfasslu fl-Istat Membru tagħha stess.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Article 49 1.

Where Article 46(3) of the basic Regulation is applicable, the only institution authorised to take a decision concerning the claimant’s degree of invalidity shall be the contact institution, if the legislation applied by that institution is included in Annex VII to the basic Regulation, or failing that, the institution whose legislation is included in that Annex and to whose legislation the claimant was last subject. It shall take that decision as soon as it can determine whether the conditions for eligibility laid down in the applicable legislation are met, taking into account, where appropriate, Articles 6 and 51 of the basic Regulation. It shall without delay notify the other institutions concerned of that decision.

Where the eligibility criteria, other than those relating to the degree of invalidity, laid down in the applicable legislation are not met, taking into account Articles 6 and 51 of the basic Regulation, the contact institution shall without delay inform the competent institution of the last Member State to whose legislation the claimant was subject. The latter institution shall be authorised to take the decision concerning the degree of invalidity of the claimant if the conditions for eligibility laid down in the applicable legislation are met. It shall without delay notify the other institutions concerned of that decision.

When determining eligibility, the matter may, if necessary have to be referred back, under the same conditions, to the competent institution in respect of invalidity of the Member State to whose legislation the claimant was first subject.

Article 49 2.
Where Article 46(3) of the basic Regulation is not applicable, each institution shall, in accordance with its legislation, have the possibility of having the claimant examined by a medical doctor or other expert of its choice to determine the degree of invalidity. However, the institution of a Member State shall take into consideration documents, medical reports and administrative information collected by the institution of any other Member State as if they had been drawn up in its own Member State.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009R0987
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.