+CHAPTER IV Invalidity benefits and old-age and survivors’ pensions
---+Artikolu 43 Dispożizzjonijiet addizzjonali għall-kalkolu ta’ benefiċċju
------+Article 43 1.
------+Article 43 2.
------+Article 43 3.
---+Artikolu 44 Kunsiderazzjoni tal-perijodi għat-trobbija tat-tfal
------+Article 44 1.
------+Article 44 2.
------+Article 44 3.
---+Artikolu 45 Talba għall-benefiċċji
------+Article 45 1.
------+Article 45 2.
------+Article 45 3.
------+Article 45 4.
------+Article 45 5.
------+Article 45 6.
---+Artikolu 46 Ċertifikati u informazzjoni li għandhom jiġu sottomessi mat-talba mill-applikant
------+Article 46 1.
------+Article 46 2.
------+Article 46 3.
---+Artikolu 47 Investigazzjoni ta’ talbiet mill-istituzzjonijiet konċernati
------+Article 47 1.
------+Article 47 2.
------+Article 47 3.
------+Article 47 4.
------+Article 47 5.
------+Article 47 6.
------+Article 47 7.
---+Artikolu 48 Notifika ta’ deċiżjonijiet lill-applikant
------+Article 48 1.
------+Article 48 2.
---+Artikolu 49 Determinazzjoni tal-grad ta’ invalidità
------+Article 49 1.
------+Article 49 2.
---+Artikolu 50 Ħlasijiet rateali provviżorji u ħlas bil-quddiem ta’ benefiċċji
------+Article 50 1.
------+Article 50 2.
------+Article 50 3.
---+Artikolu 51 Kalkolu ġdid ta’ benefiċċji
------+Article 51 1.
------+Article 51 2.
---+Artikolu 52 Miżuri maħsuba biex iħaffu l-proċess ta’ kalkolu tal-pensjoni
------+Article 52 1.
------+Article 52 2.
------+Article 52 3.
---+Artikolu 53 Miżuri ta’ koordinazzjoni fl-Istati Membri
------+Article 53 1.
------+Article 53 2.
|
CHAPTER IV Invalidity benefits and old-age and survivors’ pensions
CHAPTER IV Invalidity benefits and old-age and survivors’ pensions
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 43 Dispożizzjonijiet addizzjonali għall-kalkolu ta’ benefiċċju
|
Artikolu 43 Dispożizzjonijiet addizzjonali għall-kalkolu ta’ benefiċċju (1) Għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammont teoretiku u tal-ammont attwali tal-benefiċċju taħt l-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament bażiku, għandhom japplikaw ir-regoli previsti fl-Artikolu 12(3), (4) u (5) u (6) tar-Regolament implimentattiv. (2) Fejn perijodi ta’ assigurazzjoni volontarja jew assigurazzjoni kontinwata mhux obbligatorja ma ġewx ikkunsidrati taħt l-Artikolu 12(3) tar-Regolament implimentattiv, l-istituzzjoni tal-Istat Membru li taħt il-leġislazzjoni tiegħu ingħalqu dawk il-perijodi għandha tikkalkula l-ammont li jikkorrispondi għal dawk il-perijodi taħt il-leġislazzjoni li hija tapplika. L-ammont attwali tal-benefiċċju, ikkalkulat taħt l-Artikolu 52(1)(b), tar-Regolament bażiku, għandu jiżdied bl-ammont li jikkorrispondi għall-perijodi ta’ assigurazzjoni volontarja jew assigurazzjoni kontinwata mhux obbligatorja. (3) L-istituzzjoni ta’ kull Stat Membru għandha tikkalkula, konformement mal-leġislazzjoni li hija tapplika, l-ammont dovut li jikkorrispondi għall-perijodi ta’ assigurazzjoni volontarja jew assigurazzjoni kontinwata mhux obbligatorja li, taħt l-Artikolu 53(3)(c) tar-Regolament bażiku, m’għandhomx ikunu suġġetti għar-regoli ta’ Stat Membru ieħor li jirrelataw mal-waqfien, riduzzjoni jew sospensjoni. Fejn il-leġislazzjoni applikata mill-istituzzjoni kompetenti ma tippermettilhiex li tiddetermina dan l-ammont direttament għar-raġunijiet li dik il-leġislazzjoni talloka valuri differenti lill-perijodi tal-assigurazzjoni, jista’ jkun stabbilit ammont nozzjonali. Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tistabbilixxi l-arranġamenti dettaljati għad-determinazzjoni ta’ dak l-ammont nozzjonali.
|
|
Artikolu 44 Kunsiderazzjoni tal-perijodi għat-trobbija tat-tfal
|
Artikolu 44 Kunsiderazzjoni tal-perijodi għat-trobbija tat-tfal (1) Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, “perijodu għat-trobbija tat-tfal” għandha tirriferi għal kwalunkwe perijodu li huwa kreditat taħt il-leġislazzjoni tal-pensjonijiet ta’ Stat Membru jew li jipprovdi suppliment għal pensjoni espliċitament għal raġuni li persuna tkun rabbiet tifel/tifla, irrispettivament mill-metodu użat biex tikkalkula dawk il-perijodi u jekk jakkumulawx matul iż-żmien tat-trobbija tal-tfal jew jiġux rikonoxxuti retroattivament. (2) Fejn, taħt il-leġislazzjoni tal-Istat Membru li huwa kompetenti taħt it-Titolu II tar-Regolament bażiku, ma jittieħed kont ta’ ebda perijodu għat-trobbija tat-tfal, l-istituzzjoni tal-Istat Membru li l-leġislazzjoni tiegħu, taħt it-Titolu II tar-Regolament bażiku, kienet applikabbli għall-persuna kkonċernata abbażi li hu jew hi kienu qed iwettqu attività bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha fid-data meta, taħt dik il-leġislazzjoni, beda jittieħed kont tal-perijodu għat-trobbija tat-tfal għat-tfal konċernati, għandha tibqa’ responsabbli sabiex jittieħed kont ta’ dak il-perijodu bħala perijodu għat-trobbija tat-tfal taħt il-leġislazzjoni tagħha, daqslikieku t-trobbija tat-tfal seħħet fit-territorju proprju tagħha. (3) Il-paragrafu 2 m’għandux japplika jekk il-persuna kkonċernata hija, jew issir, suġġetta għal-leġislazzjoni ta’ Stat Membru ieħor minħabba attività bħala impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha.
|
|
Artikolu 45 Talba għall-benefiċċji
|
Artikolu 45 Talba għall-benefiċċji A) Preżentazzjoni tat-talba għall-benefiċċji taħt il-leġislazzjoni ta’ tip A taħt l-Artikolu 44(2) tar-Regolament bażiku (1) Sabiex jirċievi benefiċċji taħt il-leġislazzjoni tat-tip A taħt l-Artikolu 44(2) tar-Regolament bażiku, l-applikant għandu jissottometti talba lill-istituzzjoni tal-Istat Membru li l-leġislazzjoni tiegħu kienet applikabbli fiż-żmien meta seħħet l-inkapaċità għax-xogħol segwita minn invalidità jew l-aggravament ta’ din l-invalidità jew lill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza, li għandha tgħaddi t-talba lill-ewwel istituzzjoni. (2) Jekk il-benefiċċji ta’ mard fi flus ingħataw, id-data ta’ skadenza tal-perijodu għall-għoti ta’ dawn il-benefiċċji għandha, fejn ikun il-każ, tkun ikkunsidrata bħala d-data tal-preżentazzjoni tat-talba għall-pensjoni. (3) Fil-każ imsemmi fl-Artikolu 47(1) tar-Regolament bażiku, l-istituzzjoni li magħha l-persuna kkonċernata kienet l-aħħar assigurata għandha tinforma lill-istituzzjoni li inizjalment ħallset il-benefiċċji bl-ammont u d-data tal-bidu tal-benefiċċji taħt il-leġislazzjoni applikabbli. Minn dik id-data, il-benefiċċji dovuti qabel l-aggravament tal-invalidità għandhom jiġu mwaqqfin jew imnaqqsin għas-suppliment imsemmi fl-Artikolu 47(2) tar-Regolament bażiku. B) Preżentazzjoni ta’ talbiet oħrajn għall-benefiċċji (4) F’sitwazzjonijiet barra dawk imsemmijin fil-paragrafu 1, l-applikant għandu jippreżenta talba lill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza tiegħu jew lill-istituzzjoni tal-aħħar Stat Membru li l-leġislazzjoni tiegħu kienet applikabbli. Jekk il-persuna kkonċernata ma kinitx, fi kwalunkwe żmien, suġġetta għal-leġislazzjoni applikata mill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza, dik l-istituzzjoni għandha tibgħat it-talba lill-istituzzjoni tal-aħħar Stat Membru li l-leġislazzjoni tiegħu kienet applikabbli. (5) Id-data tal-preżentazzjoni tat-talba għandha tapplika fl-istituzzjonijiet kollha kkonċernati. (6) B’deroga mill-paragrafu 5, jekk l-applikant, minkejja li ntalab jagħmel dan, ma jinnotifikax il-fatt li hu kien impjegat jew kien jirrisjedi fi Stati Membri oħrajn, id-data li fiha l-applikant jagħmel t-talba inizjali tiegħu jew jippreżenta talba ġdida għall-perijodi neqsin ta’ impjieg jew/u residenza tiegħu fi Stat Membru għandha tiġi kkunsidrata bħala d-data tal-preżentazzjoni tat-talba lill-istituzzjoni li tapplika l-leġislazzjoni in kwistjoni, suġġetta għal dispożizzjonijiet iktar favorevoli ta’ dik il-leġislazzjoni.
|
|
Artikolu 46 Ċertifikati u informazzjoni li għandhom jiġu sottomessi mat-talba mill-applikant
|
Artikolu 46 Ċertifikati u informazzjoni li għandhom jiġu sottomessi mat-talba mill-applikant (1) It-talba għandha tiġi ppreżentata mill-applikant konformement mad-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni applikata mill-istituzzjoni msemmija fl-Artikolu 45(1) jew (4) tar-Regolament implimentattiv u għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti ta’ sostenn meħtieġa minn dik il-leġislazzjoni. B’mod partikulari, l-applikant għandu jipprovdi l-informazzjoni relevanti kollha li hija disponibbli kif ukoll id-dokumenti kollha ta’ sostenn relatati ma’ perijodi ta’ assigurazzjoni (istituzzjonijiet, numri ta’ identifikazzjoni), ta’ impjieg (min iħaddem) jew ta’ impjieg għal rasu (it-tip u l-post tal-attività) u ta’ residenza (indirizzi) li setgħu kienu magħmula taħt leġislazzjoni oħra, kif ukoll it-tul ta’ dawk il-perijodi. (2) Fejn, taħt l-Artikolu 50(1) tar-Regolament bażiku, l-applikant jitlob differiment għall-għoti ta’ benefiċċji tal-età taħt il-leġislazzjoni ta’ Stat Membru wieħed jew iktar, hu/hi għandu jiddikjara dan fit-talba tiegħu u jispeċifika taħt liema leġislazzjoni qed jintalab differiment. Sabiex l-applikant ikun jista’ jeżerċita dan id-dritt, l-istituzzjonijiet konċernati għandhom, fuq talba tal-applikant, jinnotifikawh bl-informazzjoni kollha disponibbli lilhom, sabiex hu jkun jista’ jevalwa l-konsegwenzi ta’ għoti konkorrenti jew suċċessiv ta’ benefiċċji li hu/hi jista’ jitlob. (3) Jekk l-applikant iwaqqaf it-talba għall-benefiċċji prevista taħt il-leġislazzjoni ta’ Stat Membru partikolari, dak il-waqfien m’għandux jitqies bħala waqfien konkorrenti ta’ talbiet għal benefiċċji taħt il-leġislazzjoni ta’ Stati Membri oħrajn.
|
|
Artikolu 47 Investigazzjoni ta’ talbiet mill-istituzzjonijiet konċernati
|
Artikolu 47 Investigazzjoni ta’ talbiet mill-istituzzjonijiet konċernati A) Istituzzjoni ta’ kuntatt (1) L-istituzzjoni li lilha tiġi preżentata jew mgħoddija t-talba għall-benefiċċji taħt id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 45(1) jew (4) tar-Regolament implimentattiv minn issa ‘l quddiem ser issir referenza għaliha bħala l-“istituzzjoni ta’ kuntatt”. L-istituzzjoni tal-post ta’ residenza m’għandhiex issirilha referenza bħala l-istituzzjoni ta’ kuntatt jekk il-persuna kkonċernata ma kinitx, fi kwalunkwe żmien, suġġetta għal-leġislazzjoni li tapplika dik l-istituzzjoni. Barra li tinvestiga t-talba għall-benefiċċji konformement mal-leġislazzjoni li hija tapplika, din l-istituzzjoni għandha, fil-kapaċità tagħha bħala istituzzjoni ta’ kuntatt, tippromwovi l-iskambju ta’ data, il-komunikazzjoni ta’ deċiżjonijiet u l-operazzjonijiet meħtieġa għall-investigazzjoni tat-talba mill-istituzzjonijiet konċernati, u tipprovdi lill-applikant, fuq talba, bi kwalunkwe informazzjoni relevanti għall-aspetti Komunitarji tal-investigazzjoni u żżommu informat bil-progress tagħha. B) Investigazzjoni ta’ talbiet għall-benefiċċji taħt il-leġislazzjoni ta’ tip A taħt l-Artikolu 44 tar-Regolament bażiku. (2) Fil-każ imsemmi fl-Artikolu 44(3) tar-Regolament bażiku, l-istituzzjoni ta’ kuntatt għandha tibgħat id-dokumenti kollha relatati mal-persuna kkonċernata lill-istituzzjoni li magħha huwa/hija kien/et preċedentement assigurat/a, li min-naħa tagħha għandha teżamina l-każ. (3) L-Artikoli 48 sa 52 tar-Regolament implimentattiv m’għandhomx ikunu applikabbli għall-investigazzjoni ta’ talbiet imsemmijin fl-Artikolu 44 tar-Regolament bażiku. C) Investigazzjoni ta’ talbiet oħrajn għall-benefiċċji (4) F’sitwazzjonijiet ħlief għal dawk imsemmija fil-paragrafu 2, l-istituzzjoni ta’ kuntatt għandha, mingħajr dewmien, tibgħat t-talbiet għall-benefiċċji u d-dokumenti kollha li hija għandha disponibbli u, fejn ikun il-każ, id-dokumenti relevanti ppreżentati mill-applikant lill-istituzzjonijiet kollha konċernati sabiex dawn ikunu kollha jistgħu jibdew l-investigazzjoni tat-talba fl-istess żmien. L-istituzzjoni ta’ kuntatt għandha tinnotifika lill-istituzzjonijiet l-oħrajn bil-perijodi ta’ assigurazzjoni jew residenza suġġetti għal-leġislazzjoni tagħha. Hija għandha tindika wkoll liema dokumenti għandhom ikunu ppreżentati f’data aktar tard u tissupplementa t-talba kemm jista’ jkun malajr. (5) Kull waħda mill-istituzzjonijiet in kwistjoni għandha tinnotifika lill-istituzzjoni ta’ kuntatt u lill-istituzzjonijiet l-oħrajn in kwistjoni, kemm jista’ jkun malajr, bil-perijodi tal-assigurazzjoni jew tar-residenza suġġetti għal-leġislazzjoni tagħhom. (6) Kull waħda mill-istituzzjonijiet in kwistjoni għandha tikkalkula l-ammont ta’ benefiċċji b’konformità mal-Artikolu 52 tar-Regolament bażiku u għandha tinnotifika lill-istituzzjoni ta’ kuntatt u lill-istituzzjonijiet l-oħrajn konċernati bid-deċiżjoni tagħha, bl-ammont ta’ benefiċċji dovut u bi kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-finijiet tal-Artikoli 53 sa 55 tar-Regolament bażiku. (7) Jekk istituzzjoni tistabbilixxi, abbażi tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu, li l-Artikolu 46(2) jew l-Artikolu 57(2) jew (3) tar-Regolament bażiku huwa applikabbli, għandha tinforma lill-istituzzjoni ta’ kuntatt u lill-istituzzjonijiet l-oħrajn konċernati.
|
|
Artikolu 48 Notifika ta’ deċiżjonijiet lill-applikant
|
Artikolu 48 Notifika ta’ deċiżjonijiet lill-applikant (1) Kull istituzzjoni għandha tinnotifika lill-applikant bid-deċiżjoni li tkun ħadet taħt il-leġislazzjoni applikabbli. Kull deċiżjoni għandha tispeċifika r-rimedji u l-perijodi permessi għal appelli. Ladarba l-istituzzjoni ta’ kuntatt tkun ġiet notifikata bid-deċiżjonijiet kollha meħudin minn kull istituzzjoni, hi għandha tibgħat sommarju ta’ dawk id-deċiżjonijiet lill-applikant u lill-istituzzjonijiet oħrajn konċernati. Mudell tas-sommarju għandu jitfassal mill-Kummissjoni Amministrattiva. Is-sommarju għandu jintbagħat lill-applikant fil-lingwa tal-istituzzjoni jew, fuq talba tal-applikant, fi kwalunkwe lingwa li tal-għażla tiegħu rikonoxxuta bħala lingwa uffiċjali tal-istituzzjonijiet Komunitarji taħt l-Artikolu 290 tat-Trattat. (2) Fejn wara li jirċievi riċevuta tas-sommarju, l-applikant jidhirlu li d-drittijiet tiegħu setgħu ġew milquta ħażin mill-interazzjoni ta’ deċiżjonijiet meħuda minn żewġ istituzzjonijiet jew aktar, il-applikant għandu jkollu d-dritt għal reviżjoni tad-deċiżjonijiet mill-istituzzjonijiet konċernati fil-limiti ta’ żmien stabbilit fil-leġislazzjoni nazzjonali rispettiva. Il-limiti ta’ żmien għandhom jibdew mid-data ta’ meta kien riċevut is-sommarju. L-applikant għandu jiġi notifikat bir-riżultat tar-reviżjoni bil-miktub.
|
|
Artikolu 49 Determinazzjoni tal-grad ta’ invalidità
|
Artikolu 49 Determinazzjoni tal-grad ta’ invalidità (1) Fejn l-Artikolu 46(3) tar-Regolament bażiku huwa applikabbli, l-unika istituzzjoni awtorizzata biex tieħu deċiżjoni li tikkonċerna l-grad ta’ invalidità tal-applikant għandha tkun l-istituzzjoni ta’ kuntatt, jekk il-leġislazzjoni li tapplika din l-istituzzjoni hija inkluża fl-Anness VII tar-Regolament bażiku, jew fin-nuqqas ta’ dan, l-istituzzjoni li l-leġislazzjoni tagħha hija inkluża fl-Anness VII ta’ dak ir-Regolament u li għal-leġislazzjoni tagħha l-applikant kien suġġett l-aħħar. Hija għandha tieħu din id-deċiżjoni malli tkun tista’ tiddetermina jekk intlaħqux il-kondizzjonijiet għall-eliġibbiltà stabbiliti fil-leġislazzjoni applikabbli, waqt li jittieħdu in konsiderazzjoni, fejn ikun il-każ, l-Artikoli 6 u 51 tar-Regolament bażiku. Hija għandha tinnotifika mingħajr dewmien lill-istituzzjonijiet oħrajn konċernati b’din id-deċiżjoni Fejn il-kriterji ta’ eliġibbiltà, minbarra dawk relatati mal-grad ta’ invalidità, stabbiliti fil-leġislazzjoni applikabbli ma jintlaħqux, waqt li jittieħdu in konsiderazzjoni l-Artikoli 6 u 51 tar-Regolament bażiku, l-istituzzjoni ta’ kuntatt għandha tinforma mingħajr dewmien lill-istituzzjoni kompetenti tal-aħħar Stat Membri li għal-leġislazzjoni tiegħu l-applikant kien suġġett. L-istituzzjoni tal-aħħar għandha tkun awtorizzata tieħu d-deċiżjoni dwar il-grad ta’ invalidità tal-applikant jekk jintlaħqu l-kondizzjonijiet għall-eliġibbiltà stabbiliti fil-leġislazzjoni applikabbli. Hija għandha tinnotifika mingħajr dewmien lill-istituzzjonijiet oħrajn konċernati b’din id-deċiżjoni Meta tkun qed tiġi determinata l-eliġibbiltà, il-kwistjoni tista’, fejn ikun meħtieġ, tiġi riferuta lura, taħt l-istess kondizzjonijiet, lill-istituzzjoni kompetenti, fir-rigward tal-invalidità, tal-Istat Membru li għal-leġislazzjoni tiegħu l-applikant kien suġġett l-ewwel. (2) Fejn l-Artikolu 46(3) tar-Regolament bażiku m’huwiex applikabbli, għanu jkun possibbli għal kull istituzzjoni, konformement mal-leġislazzjoni tagħha, li jkollha l-applikant eżaminat minn tabib jew espert ieħor tal-għażla tagħha sabiex jiġi ddeterminat il-grad tal-invalidità. Madankollu, l-istituzzjoni ta’ Stat Membru għandha tikkunsidra d-dokumenti, ir-rapporti mediċi u l-informazzjoni amministrattiva miġbura mill-istituzzjoni ta’ kwalunkwe Stat Membru ieħor daqslikieku tfasslu fl-Istat Membru tagħha stess.
|
|
Artikolu 50 Ħlasijiet rateali provviżorji u ħlas bil-quddiem ta’ benefiċċji
|
Artikolu 50 Ħlasijiet rateali provviżorji u ħlas bil-quddiem ta’ benefiċċji (1) Minkejja l-Artikolu 7 tar-Regolament implimentattiv, kwalunkwe istituzzjoni li tistabbilixxi, waqt li tkun qed tinvestiga talba għal benefiċċji, li l-applikant huwa intitolat għal benefiċċju indipendenti taħt il-leġislazzjoni applikabbli, b’konformità mal-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament bażiku, għandha tħallas dan il-benefiċċju mingħajr dewmien. Dan il-ħlas għandu jiġi kkunsidrat bħala provviżorju jekk l-ammont jista’ jiġi affettwat mir-riżultat tal-proċedura ta’ investigazzjoni tat-talba. (2) Kull meta jirriżulta mill-informazzjoni disponibbli li l-applikant huwa eliġibbli għal ħlas minn istituzzjoni taħt l-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament bażiku, dik l-istituzzjoni għandha tagħti ħlas bil-quddiem, li l-ammont tiegħu għandu jkun l-eqreb possibbli għal dak li x’aktarx jitħallas taħt l-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament bażiku. (3) Kull istituzzjoni li hija obbligata tħallas il-benefiċċji provviżorji jew il-ħlas bil-quddiem taħt il-paragrafi 1 jew 2 għandha tinforma lill-applikant mingħajr dewmien, b’mod speċifiku billi tiġbed l-attenzjoni tiegħu għan-natura provviżorja tal-miżura u kwalunkwe dritt ta’ appell taħt il-leġislazzjoni tagħha.
|
|
Artikolu 51 Kalkolu ġdid ta’ benefiċċji
|
Artikolu 51 Kalkolu ġdid ta’ benefiċċji (1) Fejn isir kalkolu ġdid ta’ benefiċċji taħt l-Artikoli 48(3) u (4), 50(4), u 59(1) tar-Regolament bażiku, għandu japplika, mutatis mutandis, l-Artikolu 50 tar-Regolament implimentattiv. (2) F’każ ta’ kalkolu ġdid, ta’ waqfien jew ta’ sospensjoni tal-benefiċċju, l-istituzzjoni li ħadet id-deċiżjoni għandha tinforma lill-persuna kkonċernata mingħajr dewmien u għandha tinforma kull waħda mill-istituzzjonijiet dwar liema l-persuna kkonċernata għandha dritt.
|
|
Artikolu 52 Miżuri maħsuba biex iħaffu l-proċess ta’ kalkolu tal-pensjoni
|
Artikolu 52 Miżuri maħsuba biex iħaffu l-proċess ta’ kalkolu tal-pensjoni (1) Sabiex tkun iffaċilitata u mgħaġġla l-investigazzjoni ta’ talbiet u l-ħlas tal-benefiċċji, l-istituzzjonijiet li għal-leġislazzjoni tagħhom persuna kienet suġġetta għandhom:
(a) jiskambjaw ma’ jew jagħmlu disponibbli għall-istituzzjonijiet ta’ Stati Membri oħrajn l-elementi biex jiġu identifikati persuni li jibdlu minn leġislazzjoni nazzjonali applikabbli għal oħra u flimkien jiżguraw li dawn l-elementi ta’ identifikazzjoni jinżammu u jikkorrispondu jew, fin-nuqqas ta’ dak, jipprovdu lil dawn il-persuni bil-mezzi għal aċċess għall-elementi ta’ identifikazzjoni tagħhom direttament;
(b) fi żmien suffiċjenti qabel l-età minima biex jibdew id-drittijiet tal-pensjoni jew qabel età li għandha tiġi determinata permezz tal-leġislazzjoni nazzjonali, jiskambjaw ma’ jew jagħmlu disponibbli għall-persuna konċernata u għal istituzzjonijiet ta’ Stati Membri oħrajn informazzjoni (perijodi magħmula jew elementi importanti oħrajn) dwar id-drittijiet tal-pensjoni ta’ persuni li bidlu minn leġislazzjoni li tapplika għal oħra jew, fin-nuqqas ta’ dak, jinfurmaw lil dawk il-persuni dwar, jew jipprovdulhom, il-mezzi biex jiffamiljarizzaw rwieħhom mad-drittijiet għal benefiċċji prospettivi tagħhom.
(2) Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tiddetermina l-elementi ta’ informazzjoni li għandhom jiġu skambjati jew magħmulin disponibbli u għandha tistabbilixxi l-proċeduri u l-mekkaniżmi adatti, filwaqt li tieħu in konsiderazzjoni l-karatteristiċi, tal-organizzazzjoni amministrattiva u teknika tagħhom, u l-mezzi teknoloġiċi għad-dispożizzjoni tal-iskemi tal-pensjoni nazzjonali. Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tiżgura l-implimentazzjoni ta’ dawk l-iskemi tal-pensjoni billi torganizza segwitu għal miżuri li ttieħdu u għall-applikazzjoni tagħhom. (3) Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-paragrafu 1, l-istituzzjoni fl-ewwel Stat Membru fejn persuna tingħata Numru ta’ Identifikazzjoni Personali (PIN) għal raġunijiet ta’ amministrazzjoni tas-sigurtà soċjali, għandha tingħata l-informazzjoni msemmija f’dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 53 Miżuri ta’ koordinazzjoni fl-Istati Membri
|
Artikolu 53 Miżuri ta’ koordinazzjoni fl-Istati Membri (1) Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 51 tar-Regolament bażiku, fejn il-leġislazzjoni nazzjonali tinkludi regoli biex tkun determinata l-istituzzjoni responsabbli jew l-iskema applikabbli jew biex jintagħżlu perijodi ta’ assigurazzjoni għal skema speċifika, dawk ir-regoli għandhom ikunu applikati, billi jittieħdu in konsiderazzjoni biss il-perijodi ta’ assigurazzjoni magħmula taħt il-leġislazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat. (2) Fejn il-leġislazzjoni nazzjonali tinkludi regoli għall-koordinazzjoni ta’ skemi speċjali għal impjegati taċ-ċivil u l-iskema ġenerali għal persuni impjegati, dawk ir-regoli m’għandhomx ikunu affetwati mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku u tar-Regolament implimentattiv.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009R0987
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|