|
+Artikolu 56 Persuni qiegħda li kienu jirrisjedu fi Stat Membru divers mill-Istat Membru kompetenti ---+Article 56 1. ---+Article 56 2. ---+Article 56 3. |
Artikolu 56 Persuni qiegħda li kienu jirrisjedu fi Stat Membru divers mill-Istat Membru kompetentiArtikolu 56 Persuni qiegħda li kienu jirrisjedu fi Stat Membru divers mill-Istat Membru kompetenti (1) Fejn il-persuna qiegħda tiddeċiedi, f’konformità mal-Artikolu 65(2) jew l-Artikolu 65a(1) tar-Regolament bażiku, li tagħmel lilha nnifisha disponibbli għas-servizzi tal-impjiegi fl-Istat Membru li mhux qed jipprovdi l-benefiċċji billi tirreġistra hemm bħala persuna li qed tfittex impjieg, hija għandha tinforma lill-istituzzjoni u lis-servizzi tal-impjiegi tal-Istat Membru li qed jipprovdi l-benefiċċji. Fuq it-talba tas-servizzi tal-impjiegi tal-Istat Membru li mhux qed jipprovdi l-benefiċċji, is-servizzi tal-impjiegi fl-Istat Membru li qed jipprovdi l-benefiċċji għandu jibgħat l-informazzjoni rilevanti li tikkonċerna r-reġistrazzjoni tal-persuna qiegħda u t-tfittxija tagħha għall-impjieg. (2) Meta l-leġiżlazzjoni applikabbli fl-Istati Membri kkonċernati teħtieġ it-twettiq ta’ ċerti obbligi u/jew attivitajiet ta’ tfittix ta’ impjieg mill-persuna qiegħda, l-obbligi u/jew l-attivitajiet ta’ tfittix ta’ impjieg mill-persuna qiegħda fl-Istat Membru li qed jipprovdi l-benefiċċji għandu jkollhom prijorità. In-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligi kollha u/jew tal-attivitajiet ta’ tfittix ta’ impjieg mill-persuna qiegħda fl-Istat Membru li ma jipprovdix il-benefiċċji m’għandhomx jaffettwaw il-benefiċċji mogħtija fl-Istat Membru l-ieħor. (3) Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 65(5)(b) tar-Regolament bażiku, l-istituzzjoni tal-Istat Membru li l-ħaddiem kien suġġett l-aħħar għal-leġislazzjoni tiegħu għandha tinforma lill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza, meta mitluba tagħmel dan minn din tal-aħħar, jekk il-ħaddiem huwiex intitolat għal benefiċċji taħt l-Artikolu 64 tar-Regolament bażiku. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|