|
+Artikolu 60 Proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikoli 67 u 68 tar-Regolament bażiku ---+Article 60 1. ---+Article 60 2. ---+Article 60 3. ---+Article 60 4. ---+Article 60 5. |
Artikolu 60 Proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikoli 67 u 68 tar-Regolament bażikuArtikolu 60 Proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikoli 67 u 68 tar-Regolament bażiku (1) L-applikazzjoni għall-benefiċċji marbutin mal-familja għandha tiġi indirizzata lill-istituzzjoni kompetenti. Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikoli 67 u 68 tar-Regolament bażiku, għandha titqies is-sitwazzjoni tal-familja kollha jekk il-persuni kollha involuti kienu suġġetti għal-leġislazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat u residenti hemmhekk, b’mod partikolari rigward id-dritt ta’ persuna li jintalbu benefiċċji bħal dawn. Fejn persuna hi intitolata li titlob il-benefiċċji ma teżerċitax id-dritt tagħha, applikazzjoni għall-benefiċċji marbutin mal-familja ppreżentata mill-ġenitur l-ieħor, persuna ttrattata bħala ġenitur, jew persuna jew istituzzjoni li tkun qed taġixxi bħala t-tutur tat-tifel/tifla jew tat-tfal għandha titqies mill-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru li l-leġislazzjoni tiegħu hi applikabbli. (2) L-istituzzjoni li ssirilha applikazzjoni taħt il-paragrafu 1 għandha teżamina l-applikazzjoni abbażi tal-informazzjoni ddettaljata mogħtija mill-applikant, billi tikkunsidra s-sitwazzjoni de facto u legali ġenerali tal-familja tal-applikant. Jekk dik l-istituzzjoni tikkonkludi li l-leġislazzjoni tagħha hija applikabbli bi dritt ta’ preċedenza taħt l-Artikolu 68(1) u (2) tar-Regolament bażiku, hija għandha tipprovdi l-benefiċċji marbutin mal-familja konformement mal-leġislazzjoni li hi tapplika. Jekk dik l-istituzzjoni jidhrilha li jista’ jkun hemm id-dritt għal supplement għad-differenza bis-saħħa tal-leġislazzjoni ta’ Stat Membru ieħor taħt l-Artikolu 68(2) tar-Regolament bażiku, dik l-istess istituzzjoni għandha tgħaddi l-applikazzjoni mingħajr dewmien lill-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru l-ieħor u tinforma lill-persuna kkonċernata; barra minn hekk, hija għandha tinforma lill-istituzzjoni tal-Istat Membru l-ieħor bid-deċiżjoni tagħha dwar l-applikazzjoni u bl-ammont ta’ benefiċċji marbutin mal-familja mħallas. (3) Fejn l-istituzzjoni li ssirilha l-applikazzjoni tikkonkludi li l-leġislazzjoni tagħha tkun applikabbli, iżda mhux bi dritt ta’ preċedenza taħt l-Artikolu 68(1) u (2) tar-Regolament bażiku, hija għandha tieħu deċiżjoni provviżorja, mingħajr dewmien, dwar ir-regoli ta’ preċedenza li għandhom jiġu applikati u tibgħat l-applikazzjoni, taħt l-Artikolu 68(3) tar-Regolament bażiku, lill-istituzzjoni tal-Istat Membru l-ieħor u għandha tinforma wkoll lill-applikant b’dan. Dik l-istituzzjoni għandha tieħu pożizzjoni dwar id-deċiżjoni provviżorja fi żmien xahrejn. Jekk l-istituzzjoni li lilha ntbagħtet l-applikazzjoni ma tiħux pożizzjoni fi żmien xahrejn minn meta tirċievi l-applikazzjoni, għandha tapplika d-deċiżjoni provviżorja msemmija hawn fuq u l-istituzzjoni għandha tħallas il-benefiċċji previsti fil-leġislazzjoni tagħha u tinforma lill-istituzzjoni li saritilha l-applikazzjoni bl-ammont tal-benefiċċji mħallas. (4) Fejn ikun hemm differenza fil-fehmiet bejn l-istituzzjonijiet konċernati dwar liema leġislazzjoni hija applikabbli bi dritt ta’ preċedenza, għandu japplika l-Artikolu 6(2) sa (5) tar-Regolament implimentattiv. Għal dan il-għan, l-istituzzjoni tal-post ta’ residenza msemmija fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament implimentattiv għandha tkun l-istituzzjoni tal-post ta’ residenza tat-tifel/tifla jew tat-tfal. (5) Jekk l-istituzzjoni li tat il-benefiċċji fuq bażi provviżorja ħallset aktar mill-ammont li għalih hija ultimament responsabbli, hija tista’ titlob ħlas lura tal-ammont mogħti żejjed mill-istituzzjoni b’responsabbiltà primarja konformement mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 73 tar-Regolament implimentattiv. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|