+CHAPTER VI Family benefits
---+Artikolu 58 Regoli dwar preċedenza fil-każ ta’ koinċidenza
---+Artikolu 59 Regoli applikabbli fejn il-leġislazzjoni applikabbli u/jew il-kompetenza biex jingħataw il-benefiċċji marbutin mal-familja tinbidel
------+Article 59 1.
------+Article 59 2.
---+Artikolu 60 Proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikoli 67 u 68 tar-Regolament bażiku
------+Article 60 1.
------+Article 60 2.
------+Article 60 3.
------+Article 60 4.
------+Article 60 5.
---+Artikolu 61 Proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 69 tar-Regolament bażiku

CHAPTER VI Family benefits

CHAPTER VI Family benefits

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 58 Regoli dwar preċedenza fil-każ ta’ koinċidenza

Artikolu 58

Regoli dwar preċedenza fil-każ ta’ koinċidenza

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 68(1)(b)(i) u (ii) tar-Regolament bażiku, meta l-ordni ta’ prijorità ma tistax tiġi stabbilita abbażi tar-residenza tat-tfal, kull Stat Membru kkonċernat għandu jikkalkula l-ammont tal-benefiċċji li jinkludi lit-tfal mhux residenti fit-territorju tiegħu. Fil-każ tal-applikazzjoni tal-Artikolu 68(1)(b)(i), l-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru li l-leġislazzjoni tiegħu tipprevedi l-ogħla ammont ta’ benefiċċji għandha tħallas l-ammont sħiħ ta’ tali benefiċċji u tingħata lura nofs din is-somma mill-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru l-ieħor sal-limitu tal-ammont previst fil-leġislazzjoni ta’ dan l-Istat Membru tal-aħħar.

Artikolu 59 Regoli applikabbli fejn il-leġislazzjoni applikabbli u/jew il-kompetenza biex jingħataw il-benefiċċji marbutin mal-familja tinbidel

Artikolu 59

Regoli applikabbli fejn il-leġislazzjoni applikabbli u/jew il-kompetenza biex jingħataw il-benefiċċji marbutin mal-familja tinbidel

(1)  Fejn il-leġislazzjoni u/jew il-kompetenza applikabbli biex jingħataw benefiċċji marbutin mal-familja tinbidel bejn l-Istati Membri matul xahar kalendarju, irrispettivament mid-dati tal-ħlas għal benefiċċji marbutin mal-familja taħt il-leġislazzjoni ta’ dawk l-Istati Membri, l-istituzzjoni li ħallset il-benefiċċji marbutin mal-familja bis-saħħa tal-leġislazzjoni li taħtha ngħataw il-benefiċċji fil-bidu ta’ dak ix-xahar għandha tkompli tagħmel dan sal-aħħar tax-xahar kurrenti.

(2)  Hija għandha tinforma lill-istituzzjoni tal-Istat Membru jew l-Istati Membri l-oħra kkonċernati bid-data li fiha tieqaf tħallas il-benefiċċji marbutin mal-familja in kwistjoni. Il-ħlas tal-beneifċċji mill-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernati l-oħra għandu jidħol fis-seħħ minn dik id-data.

Artikolu 60 Proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikoli 67 u 68 tar-Regolament bażiku

Artikolu 60

Proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikoli 67 u 68 tar-Regolament bażiku

(1)  L-applikazzjoni għall-benefiċċji marbutin mal-familja għandha tiġi indirizzata lill-istituzzjoni kompetenti. Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikoli 67 u 68 tar-Regolament bażiku, għandha titqies is-sitwazzjoni tal-familja kollha jekk il-persuni kollha involuti kienu suġġetti għal-leġislazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat u residenti hemmhekk, b’mod partikolari rigward id-dritt ta’ persuna li jintalbu benefiċċji bħal dawn. Fejn persuna hi intitolata li titlob il-benefiċċji ma teżerċitax id-dritt tagħha, applikazzjoni għall-benefiċċji marbutin mal-familja ppreżentata mill-ġenitur l-ieħor, persuna ttrattata bħala ġenitur, jew persuna jew istituzzjoni li tkun qed taġixxi bħala t-tutur tat-tifel/tifla jew tat-tfal għandha titqies mill-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru li l-leġislazzjoni tiegħu hi applikabbli.

(2)  L-istituzzjoni li ssirilha applikazzjoni taħt il-paragrafu 1 għandha teżamina l-applikazzjoni abbażi tal-informazzjoni ddettaljata mogħtija mill-applikant, billi tikkunsidra s-sitwazzjoni de facto u legali ġenerali tal-familja tal-applikant.

Jekk dik l-istituzzjoni tikkonkludi li l-leġislazzjoni tagħha hija applikabbli bi dritt ta’ preċedenza taħt l-Artikolu 68(1) u (2) tar-Regolament bażiku, hija għandha tipprovdi l-benefiċċji marbutin mal-familja konformement mal-leġislazzjoni li hi tapplika.

Jekk dik l-istituzzjoni jidhrilha li jista’ jkun hemm id-dritt għal supplement għad-differenza bis-saħħa tal-leġislazzjoni ta’ Stat Membru ieħor taħt l-Artikolu 68(2) tar-Regolament bażiku, dik l-istess istituzzjoni għandha tgħaddi l-applikazzjoni mingħajr dewmien lill-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru l-ieħor u tinforma lill-persuna kkonċernata; barra minn hekk, hija għandha tinforma lill-istituzzjoni tal-Istat Membru l-ieħor bid-deċiżjoni tagħha dwar l-applikazzjoni u bl-ammont ta’ benefiċċji marbutin mal-familja mħallas.

(3)  Fejn l-istituzzjoni li ssirilha l-applikazzjoni tikkonkludi li l-leġislazzjoni tagħha tkun applikabbli, iżda mhux bi dritt ta’ preċedenza taħt l-Artikolu 68(1) u (2) tar-Regolament bażiku, hija għandha tieħu deċiżjoni provviżorja, mingħajr dewmien, dwar ir-regoli ta’ preċedenza li għandhom jiġu applikati u tibgħat l-applikazzjoni, taħt l-Artikolu 68(3) tar-Regolament bażiku, lill-istituzzjoni tal-Istat Membru l-ieħor u għandha tinforma wkoll lill-applikant b’dan. Dik l-istituzzjoni għandha tieħu pożizzjoni dwar id-deċiżjoni provviżorja fi żmien xahrejn.

Jekk l-istituzzjoni li lilha ntbagħtet l-applikazzjoni ma tiħux pożizzjoni fi żmien xahrejn minn meta tirċievi l-applikazzjoni, għandha tapplika d-deċiżjoni provviżorja msemmija hawn fuq u l-istituzzjoni għandha tħallas il-benefiċċji previsti fil-leġislazzjoni tagħha u tinforma lill-istituzzjoni li saritilha l-applikazzjoni bl-ammont tal-benefiċċji mħallas.

(4)  Fejn ikun hemm differenza fil-fehmiet bejn l-istituzzjonijiet konċernati dwar liema leġislazzjoni hija applikabbli bi dritt ta’ preċedenza, għandu japplika l-Artikolu 6(2) sa (5) tar-Regolament implimentattiv. Għal dan il-għan, l-istituzzjoni tal-post ta’ residenza msemmija fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament implimentattiv għandha tkun l-istituzzjoni tal-post ta’ residenza tat-tifel/tifla jew tat-tfal.

(5)  Jekk l-istituzzjoni li tat il-benefiċċji fuq bażi provviżorja ħallset aktar mill-ammont li għalih hija ultimament responsabbli, hija tista’ titlob ħlas lura tal-ammont mogħti żejjed mill-istituzzjoni b’responsabbiltà primarja konformement mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 73 tar-Regolament implimentattiv.

Artikolu 61 Proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 69 tar-Regolament bażiku

Artikolu 61

Proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 69 tar-Regolament bażiku

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 69 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tfassal lista tal-benefiċċji marbutin mal-familja addizzjonali jew speċjali għall-orfni koperti minn dak l-Artikolu. Jekk mhemmx fis-seħħ dispożizzjoni biex l-istituzzjoni kompetenti tagħti, bi dritt ta’ preċedenza, tali benefiċċji marbutin mal-familja addizzjonali jew speċjali għall-orfni taħt il-leġislazzjoni li hija tapplika, hija għandha mingħajr dewmien tibgħat kwalunkwe applikazzjoni għal benefiċċji marbutin mal-familja, flimkien mad-dokumenti u l-informazzjoni relevanti kollha, lill-istituzzjoni tal-Istat Membru li taħt il-leġislazzjoni tiegħu l-persuna kkonċernata kienet suġġetta, għall-itwal perijodu ta’ żmien u li tipprovdi tali benefiċċji marbutin mal-familja addizzjonali jew speċjali għall-orfni. F’xi każijiet, dan jista’ jfisser li ssir referenza lura, taħt l-istess kondizzjonijiet, lill-istituzzjonijiet tal-Istat Membru li taħt il-leġislazzjoni tiegħu l-persuna kkonċernata wettqet l-iqsar perijodu tal-assigurazzjoni jew residenza tagħha.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009R0987
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.