+Section 2 Reimbursement on the basis of fixed amounts
---+Artikolu 63 Identifikazzjoni tal-Istati Membri kkonċernati
------+Article 63 1.
------+Article 63 2.
---+Artikolu 64 Metodu ta’ kalkolu tal-ammonti fissi ta’ kull xahar u l-ammont fiss totali
------+Article 64 1.
------+Article 64 2.
------+Article 64 3.
------+Article 64 4.
------+Article 64 5.
------+Article 64 6.
------+Article 64 7.
---+Artikolu 65 Notifika tal-ispejjeż medji annwali
------+Article 65 1.
------+Article 65 2.

Section 2 Reimbursement on the basis of fixed amounts

Section 2 Reimbursement on the basis of fixed amounts

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 63 Identifikazzjoni tal-Istati Membri kkonċernati

Artikolu 63

Identifikazzjoni tal-Istati Membri kkonċernati

(1)  L-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 35(2) tar-Regolament bażiku, li l-istrutturi ġuridiċi jew amministrattivi tagħhom huma tali li l-użu ta’ ħlas lura abbażi tan-nefqa reali mhuwiex adatt, huma elenkati fl-Anness 3 tar-Regolament implimentattiv.

(2)  Fil-każ tal-Istati Membri elenkati fl-Anness 3 tar-Regolament implimentattiv, l-ammont tal-benefiċċji in natura mogħtija lil:

(a) membri tal-familja li ma jirrisjedux fl-istess Stat Membru tal-persuna assigurata, kif previst fl-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku,

(b) pensjonanti u lill-membri tal-familja tagħhom, kif previst fl-Artikolu 24(1) u l-Artikoli 25 u 26 tar-Regolament bażiku,

għandhom jitħallsu lura mill-istituzzjonijiet kompetenti lill-istituzzjonijiet li pprovdew dawk il-benefiċċji, abbażi ta’ rata fissa stabbilita għal kull sena kalendarja. Dan l-ammont fiss għandu jkun qrib kemm jista’ jkun għall-ispejjeż reali.

Artikolu 64 Metodu ta’ kalkolu tal-ammonti fissi ta’ kull xahar u l-ammont fiss totali

Artikolu 64

Metodu ta’ kalkolu tal-ammonti fissi ta’ kull xahar u l-ammont fiss totali

(1)  Għal kull Stat Membru kreditur, l-ammont fiss ta’ kull xahar għal kull persuna (Fi) għal sena kalendarja għandu jkun stabbilit billi tiġi diviża l-ispiża medja annwali għal kull persuna (Yi), imqassma abbażi tal-grupp ta’ età (i), bi 12 u bl-applikazzjoni ta’ tnaqqis (X) għar-riżultat konformement mal-formola li ġejja:

Fi = Yi*1/12*(1-X)

Fejn:

— l-indiċi (i = 1, 2 u 3) jirrappreżenta t-tliet gruppi ta’ età użati għall-kalkolu tal-ammonti fissi:

— i = 1: persuni ta’ taħt l-20 sena,

— i = 2: persuni ta’ bejn l-20 u l-64 sena,

— i = 3: persuni minn 65 sena u aktar,

— Yi jirrappreżenta l-ispiża medja annwali għal kull persuna fil-grupp ta’ età i, kif definit fil-paragrafu (2),

— il-ko-effiċjent X (numru bejn 0,20 u 0,15) jirrappreżenta t-tnaqqis kif definit fil-paragrafu (3).

(2)  L-ispiża annwali medja għal kull persuna (Yi) fil-grupp ta’ età i għandha tinkiseb billi tiġi diviża n-nefqa annwali fuq il-benefiċċji kollha in natura mill-istituzzjonijiet tal-Istat Membru kreditur lill-persuni kollha fil-grupp ta’ età kkonċernat suġġetti għal-leġislazzjoni tiegħu u li jirrisjedu fit-territorju tiegħu bin-numru medju ta’ persuni kkonċernati f’dak il-grupp ta’ età fis-sena kalendarja in kwistjoni. Il-kalkolu għandu jkun ibbażat fuq in-nefqa taħt l-iskemi msemmija fl-Artikolu 23 tar-Regolament implimentattiv.

(3)  It-tnaqqis li għandu jiġi applikat għas-somma fissa ta’ kull xahar għandu, fil-prinċipju, ikun ugwali għal 20 % (X = 0,20). Dan għandu jkun ugwali għal 15 % (X = 0,15) għall-pensjonanti u l-membri tal-familja tagħhom, fejn l-Istat Membru kompetenti mhux elenkat fl-Anness IV tar-Regolament bażiku.

(4)  Għal kull Stat Membru debitur, l-ammont fiss totali għal sena kalendarja għandu jkun is-somma tal-prodotti miksubin billi tiġi mmultiplikata, f’kull grupp ta’ età i, l-ammonti fissi ta’ kull xahar stabbiliti għal kull persuna bin-numru ta’ xhur magħmula mill-persuni kkonċernati fl-Istat Membru kreditur f’dak il-grupp ta’ età.

In-numru ta’ xhur magħmula mill-persuni kkonċernati fl-Istat Membru kreditur għandu jkun is-somma tax-xhur kalendarji f’sena kalendarja li matulhom il-persuni kkonċernati kienu, minħabba fir-residenza tagħhom fit-territorju tal-Istat Membru kreditur, eliġibbli biex jirċievu benefiċċji in natura f’dak it-territorju li jitħallsu mill-Istat Membru debitur. Dawk ix-xhur għandhom jiġu kkunsidrati minn inventarju miżmum għal dak il-għan mill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza, ibbażat fuq prova b’dokumenti tad-drittijiet tal-benefiċjarji pprovduti mill-istituzzjoni kompetenti.

(5)  Mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju 2015, il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tippreżenta rapport speċifiku dwar l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu u b’mod partikolari dwar it-tnaqqis imsemmi fil-paragrafu (3) Abbażi ta’ dak ir-rapport, il-Kummissjoni Amministrattiva tista’ tippreżenta proposta li fiha kwalunkwe emenda li tista’ tidher meħtieġa sabiex jiġi żgurat li l-kalkolu ta’ ammonti fissi jkun qrib kemm jista’ jkun tan-nefqa reali li tkun saret u li t-tnaqqis imsemmi fil-paragrafu 3 ma jkunx jirriżulta fi ħlasijiet żbilanċjati jew ħlasijiet doppji għall-Istati Membri.

(6)  Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tistabbilixxi l-metodi biex jiġu ddeterminati l-elementi għall-kalkolu tal-ammonti fissi msemmija fil-paragrafi 1 sa 5.

(7)  Minkejja l-paragrafi 1 sa 4, l-Istati Membri jistgħu jkomplu japplikaw l-Artikoli 94 u 95 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 għall-kalkolu tal-ammont fiss sal-1 ta’ Mejju 2015, sakemm ikun applikat it-tnaqqis imsemmi fil-paragrafu (3)

Artikolu 65 Notifika tal-ispejjeż medji annwali

Artikolu 65

Notifika tal-ispejjeż medji annwali

(1)  L-ammont tal-ispiża medja annwali għal kull persuna f’kull grupp ta’ età għandu jkun notifikat lill-Bord tal-Verifika sa mhux aktar tard minn tmiem it-tieni sena wara s-sena in kwistjoni. Jekk in-notifika ma ssirx sa din l-iskadenza, tittieħed l-ispiża medja annwali għal kull persuna li l-Kummissjoni Amministrattiva ddeterminat l-aħħar għal sena preċedenti.

(2)  L-ispejjeż medji annwali determinati taħt il-paragrafu 1 għandhom jiġu ppubblikati kull sena f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009R0987
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.