|
+Artikolu 64 Metodu ta’ kalkolu tal-ammonti fissi ta’ kull xahar u l-ammont fiss totali ---+Article 64 1. ---+Article 64 2. ---+Article 64 3. ---+Article 64 4. ---+Article 64 5. ---+Article 64 6. ---+Article 64 7. |
Artikolu 64 Metodu ta’ kalkolu tal-ammonti fissi ta’ kull xahar u l-ammont fiss totaliArtikolu 64 Metodu ta’ kalkolu tal-ammonti fissi ta’ kull xahar u l-ammont fiss totali (1) Għal kull Stat Membru kreditur, l-ammont fiss ta’ kull xahar għal kull persuna (Fi) għal sena kalendarja għandu jkun stabbilit billi tiġi diviża l-ispiża medja annwali għal kull persuna (Yi), imqassma abbażi tal-grupp ta’ età (i), bi 12 u bl-applikazzjoni ta’ tnaqqis (X) għar-riżultat konformement mal-formola li ġejja: Fi = Yi*1/12*(1-X) Fejn: — l-indiċi (i = 1, 2 u 3) jirrappreżenta t-tliet gruppi ta’ età użati għall-kalkolu tal-ammonti fissi: — i = 1: persuni ta’ taħt l-20 sena, — i = 2: persuni ta’ bejn l-20 u l-64 sena, — i = 3: persuni minn 65 sena u aktar, — Yi jirrappreżenta l-ispiża medja annwali għal kull persuna fil-grupp ta’ età i, kif definit fil-paragrafu (2), — il-ko-effiċjent X (numru bejn 0,20 u 0,15) jirrappreżenta t-tnaqqis kif definit fil-paragrafu (3). (2) L-ispiża annwali medja għal kull persuna (Yi) fil-grupp ta’ età i għandha tinkiseb billi tiġi diviża n-nefqa annwali fuq il-benefiċċji kollha in natura mill-istituzzjonijiet tal-Istat Membru kreditur lill-persuni kollha fil-grupp ta’ età kkonċernat suġġetti għal-leġislazzjoni tiegħu u li jirrisjedu fit-territorju tiegħu bin-numru medju ta’ persuni kkonċernati f’dak il-grupp ta’ età fis-sena kalendarja in kwistjoni. Il-kalkolu għandu jkun ibbażat fuq in-nefqa taħt l-iskemi msemmija fl-Artikolu 23 tar-Regolament implimentattiv. (3) It-tnaqqis li għandu jiġi applikat għas-somma fissa ta’ kull xahar għandu, fil-prinċipju, ikun ugwali għal 20 % (X = 0,20). Dan għandu jkun ugwali għal 15 % (X = 0,15) għall-pensjonanti u l-membri tal-familja tagħhom, fejn l-Istat Membru kompetenti mhux elenkat fl-Anness IV tar-Regolament bażiku. (4) Għal kull Stat Membru debitur, l-ammont fiss totali għal sena kalendarja għandu jkun is-somma tal-prodotti miksubin billi tiġi mmultiplikata, f’kull grupp ta’ età i, l-ammonti fissi ta’ kull xahar stabbiliti għal kull persuna bin-numru ta’ xhur magħmula mill-persuni kkonċernati fl-Istat Membru kreditur f’dak il-grupp ta’ età. In-numru ta’ xhur magħmula mill-persuni kkonċernati fl-Istat Membru kreditur għandu jkun is-somma tax-xhur kalendarji f’sena kalendarja li matulhom il-persuni kkonċernati kienu, minħabba fir-residenza tagħhom fit-territorju tal-Istat Membru kreditur, eliġibbli biex jirċievu benefiċċji in natura f’dak it-territorju li jitħallsu mill-Istat Membru debitur. Dawk ix-xhur għandhom jiġu kkunsidrati minn inventarju miżmum għal dak il-għan mill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza, ibbażat fuq prova b’dokumenti tad-drittijiet tal-benefiċjarji pprovduti mill-istituzzjoni kompetenti. (5) Mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju 2015, il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tippreżenta rapport speċifiku dwar l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu u b’mod partikolari dwar it-tnaqqis imsemmi fil-paragrafu (3) Abbażi ta’ dak ir-rapport, il-Kummissjoni Amministrattiva tista’ tippreżenta proposta li fiha kwalunkwe emenda li tista’ tidher meħtieġa sabiex jiġi żgurat li l-kalkolu ta’ ammonti fissi jkun qrib kemm jista’ jkun tan-nefqa reali li tkun saret u li t-tnaqqis imsemmi fil-paragrafu 3 ma jkunx jirriżulta fi ħlasijiet żbilanċjati jew ħlasijiet doppji għall-Istati Membri. (6) Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tistabbilixxi l-metodi biex jiġu ddeterminati l-elementi għall-kalkolu tal-ammonti fissi msemmija fil-paragrafi 1 sa 5. (7) Minkejja l-paragrafi 1 sa 4, l-Istati Membri jistgħu jkomplu japplikaw l-Artikoli 94 u 95 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 għall-kalkolu tal-ammont fiss sal-1 ta’ Mejju 2015, sakemm ikun applikat it-tnaqqis imsemmi fil-paragrafu (3) 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|