|
+Artikolu 2 Definizzjonijiet |
Artikolu 2 DefinizzjonijietArtikolu 2 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, minbarra d-definizzjonijiet fir-Regolamenti (KE) Nru 715/2009, (UE) 2018/1999, (UE) 2019/942 u (UE) 2019/943 u fid-Direttivi 2009/73/KE, (UE) 2018/2001 ( 1 ) u (UE) 2019/944, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)
“infrastruttura tal-enerġija” tfisser kwalunkwe tagħmir fiżiku jew faċilità li taqa’ taħt il-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija li tinsab fl-Unjoni, jew li tgħaqqad l-Unjoni ma’ pajjiż terz wieħed jew aktar;
(2)
“konġestjoni tal-infrastruttura tal-enerġija” tfisser limitazzjoni ta’ flussi fiżiċi f’sistema tal-enerġija minħabba kapaċità ta’ trażmissjoni insuffiċjenti, li tinkludi fost l-oħrajn l-assenza ta’ infrastruttura;
(3)
“deċiżjoni komprensiva” tfisser id-deċiżjoni jew is-sett ta’ deċiżjonijiet meħuda minn awtorità jew minn awtoritajiet ta’ Stat Membru, li ma jinkludux qrati jew tribunali, li jiddetermina jekk promotur ta’ proġett ikunx awtorizzat jew le jibni l-infrastruttura tal-enerġija sabiex iwettaq proġett ta’ interess komuni jew proġett ta’ interess reċiproku billi jkollu l-possibbiltà li jibda, jew jakkwista u jibda, ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni meħtieġa (fażi “lest għall-bini”) mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe deċiżjoni meħuda fil-kuntest ta’ proċedura ta’ appell amministrattiv;
(4)
“proġett” tfisser linja waħda jew diversi linji, pipelines, faċilitajiet, tagħmir jew installazzjonijiet li jaqgħu taħt il-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija mniżżla fl-Anness II;
(5)
“proġett ta’ interess komuni” tfisser proġett meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-kurituri u tal-oqsma prijoritarji tal-infrastruttura tal-enerġija mniżżla fl-Anness I u li jkun fil-lista tal-Unjoni;
(6)
“proġett ta’ interess reċiproku” tfisser proġett promoss mill-Unjoni f’kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi skont ittri ta’ appoġġ mill-gvernijiet tal-pajjiżi affettwati direttament jew ftehimiet mhux vinkolanti oħra, li jaqa’ taħt waħda mill-kategoriji tal-infrasturttura tal-enerġija stabbiliti fil-punt 1(a) jew (f), fil-punt 3(a), fil-punt 5(a) jew (c) tal-Anness II, li jikkontribwixxi għall-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u għall-objettiv tagħha tan-newtralità klimatika għall-2050 u li jkun fil-lista tal-Unjoni;
(7)
“proġetti li jikkompetu” tfisser proġetti li jindirizzaw għalkollox jew parzjalment l-istess diskrepanza fl-infrastruttura jew ħtieġa ta’ infrastruttura reġjonali li jkunu ġew identifikati;
(8)
“promotur ta’ proġett” tfisser wieħed minn dawn li ġejjin:
(a)
operatur ta’ sistema tat-trażmissjoni (TSO), operatur ta’ sistema tad-distribuzzjoni (DSO) jew operatur jew investitur ieħor li jiżviluppa proġett fil-lista tal-Unjoni;
(b)
f’każ li jkun hemm aktar minn wieħed min tali TSO, DSO, operatur jew investitur ieħor, jew kwalunkwe grupp magħmul minn dawn, l-entità b’personalità ġuridika taħt il-liġi nazzjonali applikabbli, li tkun intgħażlet b’arranġament kuntrattwali bejniethom u li jkollha l-kapaċità li twettaq l-obbligi legali u li terfa’ r-responsabbiltà finanzjarja għan-nom tal-partijiet fl-arranġament kuntrattwali.
(9)
“grilja intelliġenti tal-elettriku” tfisser network tal-elettriku, inkluż fuq il-gżejjer li mhumiex interkonnessi jew li mhumiex konnessi biżżejjed man-networks tal-enerġija trans-Ewropej, li jippermetti l-integrazzjoni kosteffiċjenti u l-kontroll attiv tal-imġiba u l-azzjonijiet tal-utenti kollha konnessi miegħu, inklużi l-ġeneraturi, il-konsumaturi u l-prosumaturi, sabiex tiġi żgurata sistema tal-enerġija ekonomikament effiċjenti u sostenibbli b’telf baxx u livell għoli ta’ integrazzjoni ta’ sorsi rinnovabbli, ta’ sigurtà tal-provvista u ta’ sikurezza, u li fih l-operatur tal-grilja jkun jista’ jimmonitorja b’mod diġitali l-azzjonijiet tal-utenti konnessi miegħu, u t-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni għall-komunikazzjoni ma’ operaturi tal-grilja relatati, ma’ ġeneraturi, ma’ faċilitajiet għall-ħżin tal-enerġija, u ma’ konsumaturi jew ma’ prosumaturi, bl-għan li l-elettriku jiġi trażmess u distribwit b’mod sostenibbli, kosteffiċjenti u sigur;
(10)
“grilja intelliġenti tal-gass” tfisser network tal-gass li jagħmel użu minn soluzzjonijiet diġitali u innovattivi sabiex jintegra b’mod kosteffiċjenti pluralità ta’ sorsi tal-gass b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u partikolarment dawk rinnovabbli f’konformità mal-ħtiġijiet tal-konsumaturi u mar-rekwiżiti dwar il-kwalità tal-gass sabiex titnaqqas il-marka tal-karbonju tal-konsum tal-gass relatat, ikun jista’ jiżdied is-sehem tal-gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, u jinħolqu rabtiet ma’ vetturi u ma’ setturi oħra tal-enerġija, inkluż it-titjib fiżiku relatat jekk huma indispensabbli għall-funzjonament tat-tagħmir u tal-installazzjonijiet biex jiġu integrati l-gassijiet b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u partikolarment dawk rinnovabbli;
(11)
“awtorità kkonċernata” tfisser awtorità li, skont id-dritt nazzjonali, tkun kompetenti sabiex toħroġ permessi u awtorizzazzjonijiet diversi relatati mal-ippjanar, mad-disinn u mal-kostruzzjoni ta’ assi immobbli, li jinkludu l-infrastruttura tal-enerġija;
(12)
“awtorità regolatorja nazzjonali” tfisser awtorità regolatorja nazzjonali ddeżinjata f’konformità mal-Artikolu 39(1) tad-Direttiva 2009/73/KE jew awtorità regolatorja fil-livell nazzjonali ddeżinjata f’konformità mal-Artikolu 57 tad-Direttiva (UE) 2019/944;
(13)
“awtorità regolatorja nazzjonali rilevanti” tfisser l-awtorità regolatorji nazzjonali fl-Istati Membri li jospitaw il-proġetti u fl-Istati Membri li għalihom il-proġett jipprovdi impatt pożittiv sinifikanti;
(14)
“xogħlijiet” tfisser ix-xiri, il-forniment u l-użu ta’ komponenti, sistemi u servizzi inkluż is-software, it-twettiq tal-iżvilupp, l-adattament għal skop ġdid u l-bini u l-attivitajiet ta’ installazzjoni relatati ma’ proġett, l-aċċettazzjoni tal-installazzjonijiet u l-varar ta’ proġett;
(15)
“studji” tfisser attivitajiet meħtieġa sabiex titħejja l-implimentazzjoni tal-proġett, bħal studji preparatorji, tal-fattibbiltà, ta’ evalwazzjoni, ta’ ttestjar u ta’ validazzjoni, inkluż software, u kwalunkwe miżura oħra ta’ appoġġ tekniku, li tinkludi azzjoni bil-quddiem sabiex jiġi ddefinit u żviluppat proġett u sabiex tittieħed deċiżjoni dwar il-finanzjament tiegħu, bħal stħarriġ tas-siti kkonċernati u t-tħejjija tal-pakkett finanzjarju;
(16)
“ikkummissjonar” tfisser il-proċess li bih proġett jibda jitħaddem ladarba jkun inbena;
(17)
“assi ddedikati għall-idroġenu” tfisser infrastruttura lesta biex takkomoda l-idroġenu pur mingħajr aktar xogħlijiet ta’ adattament, inklużi networks ta’ pipelines jew faċilitajiet ta’ ħżin li jkunu għadhom kif inbnew ġodda, ġew adattati għal skop ġdid minn assi tal-gass naturali, jew it-tnejn li huma;
(18)
“adattament għal skop ġdid” tfisser it-titjib jew il-modifika ta’ natura teknika tal-infrastruttura eżistenti tal-gass naturali sabiex jiġi żgurat li hija ddedikata għall-użu tal-idroġenu pur;
(19)
“adattament għat-tibdil fil-klima” tfisser proċess li jiżgura li r-reżiljenza għall-impatti negattivi potenzjali tat-tibdil fil-klima tal-infrastruttura tal-enerġija tinkiseb permezz ta’ valutazzjoni tal-vulnerabbiltà u tar-riskju tat-tibdil fil-klima, inkluż permezz ta’ miżuri ta’ adattament rilevanti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|