+Artikolu 3 Lista tal-Unjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni u ta’ proġetti ta’ interess reċiproku
---+Artikolu 3 1.
---+Artikolu 3 2.
---+Artikolu 3 3.
---+Artikolu 3 4.
---+Artikolu 3 5.
---+Artikolu 3 6.
---+Artikolu 3 7.

Artikolu 3 Lista tal-Unjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni u ta’ proġetti ta’ interess reċiproku

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 3 1.
Gruppi reġjonali (Gruppi) għandhom ikunu stabbiliti f’konformità mal-proċess stabbilit fit-Taqsima 1 tal-Anness III. Is-sħubija f’kull Grupp għandha tkun ibbażata fuq kull kuritur u qasam prijoritarju u fuq il-kopertura ġeografika rispettiva tagħhom kif stabbilit fl-Anness I. Is-setgħa deċiżjonali fil-Gruppi għandha tkun ristretta għall-Istati Membri u għall-Kummissjoni (korp deċiżjonali), u tkun ibbażata fuq kunsens.
Artikolu 3 2.
Kull Grupp għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu stess, filwaqt li jqis id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness III.
Artikolu 3 3.
Il-korp deċiżjonali ta’ kull Grupp għandu jadotta lista reġjonali ta’ proġetti mfassla f’konformità mal-proċess stabbilit fit-Taqsima 2 tal-Anness III, mal-kontribut ta’ kull proġett għall-implimentazzjoni tal-kurituri u tal-oqsma prijoritarji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbilita fl-Anness I u ma’ kemm kull proġett ikun jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4.

Meta Grupp ifassal il-lista reġjonali tiegħu:

(a) 

kull proposta individwali għal proġett għandha tkun teħtieġ l-approvazzjoni tal-Istat/i Membru/i, li l-proġett ikun marbut mat-territorju tiegħu/tagħhom; meta Stat Membru ma jagħtix l-approvazzjoni tiegħu, huwa għandu jippreżenta r-raġunijiet sostanzjati tiegħu għal dan lill-Grupp ikkonċernat;

(b) 

għandu jqis il-pariri tal-Kummissjoni bl-għan li fil-lista tal-Unjoni jkun hemm numru totali ta’ proġetti li jkun maniġġabbli.

Artikolu 3 4.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 20 ta’ dan ir-Regolament sabiex tiġi stabbilita l-lista tal-Unjoni, soġġetta għat-tieni paragrafu tal-Artikolu 172 tat-TFUE.

Fl-eżerċizzju tas-setgħa tagħha, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-lista tal-Unjoni tiġi stabbilita kull sentejn, fuq il-bażi tal-listi reġjonali adottati mill-korpi deċiżjonali tal-gruppi stabbiliti skont il-punt (1) tat-Taqsima 1 tal-Anness III, skont il-proċedura stabbilita fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-att delegat li jistabbilixxi l-ewwel lista tal-Unjoni skont dan ir-Regolament sat-30 ta’ Novembru 2023.

Jekk att delegat adottat mill-Kummissjoni skont dan il-paragrafu ma jkunx jista’ jidħol fis-seħħ minħabba oġġezzjoni espressa jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill skont l-Artikolu 20(6), il-Kummissjoni għandha minnufih tlaqqa’ l-Gruppi sabiex titfassal listi reġjonali ġodda filwaqt li jitqiesu r-raġunijiet għall-oġġezzjoni. Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat ġdid li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni mill-aktar fis possibbli.

Artikolu 3 5.

Meta tkun qed tistabbilixxi l-lista tal-Unjoni billi tgħaqqad il-listi reġjonali msemmija fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha, filwaqt li tqis kif xieraq id-deliberazzjonijiet tal-Gruppi:

(a) 

tiżgura li jiġu inklużi biss il-proġetti li jissodisfaw il-kriterji msemmija fl-Artikolu 4;

(b) 

tiżgura konsistenza transreġjonali, filwaqt li tqis l-opinjoni tal-Aġenzija kif imsemmi fil-punt (14) tat-Taqsima 2 tal-Anness III;

(c) 

tqis l-opinjonijiet tal-Istati Membri msemmija fil-punt (10) tat-Taqsima 2 tal-Anness III;

(d) 

timmira li tiżgura numru totali maniġġabbli ta’ proġetti fil-lista tal-Unjoni.

Artikolu 3 6.
Proġetti ta’ interess komuni li jaqgħu taħt il-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fil-punti (1)(a), (b), (c), (d) u (f) tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament għandhom isiru parti integrali mill-pjanijiet ta’ investiment reġjonali rilevanti skont l-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2019/943 u tal-pjanijiet nazzjonali rilevanti ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-network skont l-Artikolu 51 tad-Direttiva (UE) 2019/944 u ta’ pjanijiet infrastrutturali nazzjonali oħra kkonċernati, kif ikun xieraq. Dawk il-proġetti ta’ interess komuni għandhom jingħataw l-ogħla prijorità possibbli fi ħdan kull wieħed minn dawk il-pjanijiet. Dan il-paragrafu ma għandux japplika għall-proġetti li jikkompetu, għall-proġetti li ma laħqux grad suffiċjenti ta’ maturità biex jipprovdu analiżi kost-benefiċċji speċifika għall-proġett kif imsemmi fit-Taqsima 2, fil-punt (1)(d), tal-Anness III jew għall-proġetti ta’ interess reċiproku.
Artikolu 3 7.
Proġetti ta’ interess komuni li jaqgħu taħt il-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fil-punti (1)(a), (b), (c), (d) u (f) tal-Anness II u li huma proġetti li jikkompetu jew proġetti li ma laħqux grad suffiċjenti ta’ maturità biex jipprovdu analiżi kost-benefiċċji speċifika għall-proġett kif imsemmi fil-punt (1)(d) tat-Taqsima 2 tal-Anness III jistgħu jiġu inklużi fil-pjanijiet ta’ investiment reġjonali rilevanti, il-pjanijiet nazzjonali ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-network u pjanijiet infrastrutturali nazzjonali oħra, kif xieraq, bħala proġetti li qed jiġu kkunsidrati.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 29.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R0869
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.