|
+Artikolu 3 4. |
Artikolu 3 4.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 20 ta’ dan ir-Regolament sabiex tiġi stabbilita l-lista tal-Unjoni, soġġetta għat-tieni paragrafu tal-Artikolu 172 tat-TFUE. Fl-eżerċizzju tas-setgħa tagħha, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-lista tal-Unjoni tiġi stabbilita kull sentejn, fuq il-bażi tal-listi reġjonali adottati mill-korpi deċiżjonali tal-gruppi stabbiliti skont il-punt (1) tat-Taqsima 1 tal-Anness III, skont il-proċedura stabbilita fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-att delegat li jistabbilixxi l-ewwel lista tal-Unjoni skont dan ir-Regolament sat-30 ta’ Novembru 2023. Jekk att delegat adottat mill-Kummissjoni skont dan il-paragrafu ma jkunx jista’ jidħol fis-seħħ minħabba oġġezzjoni espressa jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill skont l-Artikolu 20(6), il-Kummissjoni għandha minnufih tlaqqa’ l-Gruppi sabiex titfassal listi reġjonali ġodda filwaqt li jitqiesu r-raġunijiet għall-oġġezzjoni. Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat ġdid li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni mill-aktar fis possibbli. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|