|
+Artikolu 4 5. |
Artikolu 4 5.Sabiex tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni tal-proġetti kollha li jistgħu jkunu eliġibbli bħala proġetti ta’ interess komuni u li jistgħu jiġu inklużi f’lista reġjonali, kull Grupp għandu jivvaluta l-kontribuzzjoni ta’ kull proġett għall-implimentazzjoni tal-istess kuritur jew qasam prijoritarju tal-infrastruttura tal-enerġija b’mod trasparenti u oġġettiv. Kull Grupp għandu jiddetermina l-metodu ta’ valutazzjoni tiegħu fuq il-bażi tal-kontribuzzjoni aggregata għall-kriterji msemmija fil-paragrafu 3. Dik il-valutazzjoni għandha twassal għal klassifikazzjoni tal-proġetti għall-użu intern tal-Grupp. La l-lista reġjonali u lanqas il-lista tal-Unjoni ma għandu jkollhom xi klassifikazzjoni, u l-klassifikazzjoni lanqas ma għandha tintuża għal xi skop sussegwenti ħlief kif deskritt fit-Taqsima 2, il-punt (16), tal-Anness III. Meta jivvaluta l-proġetti, sabiex jiġi żgurat approċċ ta’ valutazzjoni konsistenti fost il-Gruppi, kull Grupp għandu jqis kif xieraq:
(a)
l-urġenza u l-kontribuzzjoni ta’ kull proġett propost sabiex jintlaħqu l-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tagħha tan-newtralità klimatika sal-2050, ta’ integrazzjoni tas-suq, ta’ kompetizzjoni, ta’ sostenibbiltà u ta’ sigurtà tal-provvista;
(b)
il-komplementarjetà ta’ kull proġett propost ma’ proġetti proposti oħra, inklużi proġetti li jikkompetu jew li potenzjalment jikkompetu;
(c)
sinerġiji possibbli mal-kurituri u mal-oqsma prijoritarji identifikati taħt networks trans-Ewropej għat-trasport u t-telekomunikazzjonijiet;
(d)
għall-proġetti proposti li, f’dak iż-żmien tal-valutazzjoni, ikunu proġetti fil-lista tal-Unjoni, il-progress tal-implimentazzjoni tagħhom u l-konformità tagħhom mal-obbligi ta’ rapportar u ta’ trasparenza. Fir-rigward ta’ proġetti ta’ grilji intelliġenti tal-elettriku u ta’ grilji intelliġenti tal-gass li jaqgħu taħt il-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fil-punt (1)(e) u fil-punt (2) tal-Anness II, għandha ssir klassifikazzjoni għal dawk il-proġetti li jaffettwaw l-istess żewġ Stati Membri, u għandha tingħata kunsiderazzjoni xierqa lin-numru ta’ utenti affettwati mill-proġett, lill-konsum annwali tal-enerġija u lis-sehem tal-ġenerazzjoni minn riżorsi mhux spedibbli fiż-żona koperta minn dawk l-utenti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|