+Artikolu 4 Kriterji għall-valutazzjoni tal-proġetti mill-Gruppi
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 4 3.
---+Artikolu 4 4.
---+Artikolu 4 5.
|
Artikolu 4 Kriterji għall-valutazzjoni tal-proġetti mill-Gruppi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 4 1.
|
Il-proġetti ta’ interess komuni għandhom jissodisfaw il-kriterji ġenerali li ġejjin:
(a)
il-proġett ikun meħtieġ għal mill-inqas wieħed mill-kurituri u mill-oqsma prijoritarji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fl-Anness I;
(b)
il-benefiċċji globali potenzjali tal-proġett, ivvalutati f’konformità mal-kriterji speċifiċi rilevanti fil-paragrafu 3, jisbqu l-kostijiet tiegħu, inkluż fit-tul;
(c)
il-proġett jissodisfa kwalunkwe wieħed mill-kriterji li ġejjin:
(i)
jinvolvi tal-inqas żewġ Stati Membri billi jaqsam direttament jew indirettament, permezz ta’ interkonnessjoni ma’ pajjiż terz, il-fruntiera ta’ żewġ Stati Membri jew aktar;
(ii)
ikun jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru wieħed, jew internament jew lil hinn mill-kosta, inkluż fuq gżejjer, u jkollu impatt transfruntier sinifikanti kif stipulat fil-punt (1) tal-Anness IV.
|
|
Artikolu 4 2.
|
Proġett ta’ interess reċiproku għandu jissodisfa l-kriterji ġenerali li ġejjin:
(a)
il-proġett jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-objettivi msemmija fl-Artikolu 1(1), u dawk tal-pajjiż terz, b’mod partikolari billi ma jxekkilx il-kapaċità tal-pajjiż terz milli jelimina gradwalment l-assi li jiġġeneraw il-karburant fossili għall-konsum domestiku tiegħu, u għas-sostenibbiltà, inkluż permezz tal-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fil-grilja u permezz tat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli lejn ċentri ta’ konsum u siti ta’ ħżin ewlenin;
(b)
il-benefiċċji globali potenzjali tal-proġett fil-livell tal-Unjoni, ivvalutati f’konformità mal-kriterji speċifiċi rispettivi fil-paragrafu 3, jisbqu l-kostijiet tiegħu fi ħdan l-Unjoni, inkluż fit-tul;
(c)
il-proġett ikun jinsab fit-territorju ta’ mill-inqas Stat Membru wieħed u fit-territorju ta’ mill-inqas pajjiż terz wieħed u jkollu impatt transfruntier sinifikanti kif stabbilit fil-punt (2) tal-Anness IV;
(d)
għall-parti li tinsab fit-territorju ta’ Stat Membru, il-proġett ikun konformi mad-Direttivi 2009/73/KE u (UE) 2019/944 meta jkun jaqa’ taħt il-kategoriji tal-infrastruttura stabbiliti fil-punti (1) u (3) tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament;
(e)
hemm livell għoli ta’ konverġenza tal-qafas ta’ politika tal-pajjiż jew pajjiżi terzi involuti u huma murija mekkaniżmi ta’ infurzar legali li jappoġġaw l-objettivi tal-politika tal-Unjoni, b’mod partikolari biex jiżguraw:
(i)
suq intern tal-enerġija li jiffunzjona tajjeb;
(ii)
is-sigurtà tal-provvisti, fuq il-bażi, inter alia, ta’ sorsi diversi, tal-kooperazzjoni u tas-solidarjetà;
(iii)
sistema tal-enerġija, inkluż il-produzzjoni, it-trażmissjoni u d-distribuzzjoni, li timxi lejn l-objettiv tan-newtralità klimatika, f’konformità mal-Ftehim ta’ Pariġi u mal-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tagħha tan-newtralità klimatika sal-2050, b’mod partikolari, l-evitar tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju;
(f)
il-pajjiż jew il-pajjiżi terzi involuti isostnu l-istatus ta’ prijorità tal-proġett, kif stipulat fl-Artikolu 7, u jimpenjaw ruħhom li jikkonformaw ma’ skeda ta’ żmien simili għall-implimentazzjoni aċċellerata u għal miżuri oħra ta’ appoġġ ta’ politika u regolatorju kif japplika għal proġetti ta’ interess komuni fl-Unjoni.
Fir-rigward ta’ proġetti għall-ħżin tad-diossidu tal-karbonju li jaqgħu taħt il-kategorija tal-infrastruttura tal-enerġija stabbilita fil-punt (5)(c) tal-Anness II, il-proġett għandu jkun meħtieġ biex jippermetti t-trasport u l-ħżin transfruntiera tad-diossidu tal-karbonju u l-pajjiż terz fejn ikun jinsab il-proġett għandu jkollu qafas legali adegwat ibbażat fuq mekkaniżmi ta’ infurzar effettivi murija biex jiġi żgurat li standards u salvagwardji japplikaw għall-proġett, u hekk tiġi prevenuta kwalunkwe tnixxija tad-dijossidu tal-karbonju, u li jikkonċernaw il-klima, is-saħħa tal-bniedem u l-ekosistemi fir-rigward tas-sikurezza u l-effettività tal-ħżin permanenti tad-diossidu tal-karbonju, li huma mill-inqas fl-istess livell bħal dawk previsti mil-liġi tal-Unjoni.
|
|
Artikolu 4 3.
|
Il-kriterji speċifiċi li ġejjin għandhom japplikaw għal proġetti ta’ interess komuni li jaqgħu f’kategoriji speċifiċi tal-infrastruttura tal-enerġija:
(a)
għall-proġetti tat-trażmissjoni, tad-distribuzzjoni u tal-ħżin tal-elettriku li jaqgħu taħt il-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fil-punt (1)(a), (b), (c), (d) u (f) tal-Anness II, il-proġett għandu jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għas-sostenibbiltà permezz tal-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fil-grilja, it-trażmissjoni jew tad-distribuzzjoni tal-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli lejn ċentri ta’ konsum u siti ta’ ħżin ewlenin, u biex jitnaqqas it-tnaqqis tal-enerġija, fejn applikabbli, u jikkontribwixxi għal tal-inqas wieħed mill-kriterji speċifiċi li ġejjin:
(i)
l-integrazzjoni tas-suq, inkluż permezz tat-tneħħija tal-iżolament tal-enerġija ta’ mill-inqas Stat Membru wieħed u t-tnaqqis tal-konġestjonijiet tal-infrastruttura tal-enerġija; il-kompetizzjoni, l-interoperabbiltà u l-flessibbiltà tas-sistema;
(ii)
is-sigurtà tal-provvista, inkluż permezz tal-interoperabbiltà, tal-flessibbiltà tas-sistema, taċ-ċibersigurtà, tal-konnessjonijiet xierqa u tal-operat sikur u affidabbli tas-sistema;
(b)
għal proġetti tal-grilji intelliġenti tal-elettriku li jaqgħu taħt il-kategorija tal-infrastruttura tal-enerġija stabbilita fil-punt (1)(e) tal-Anness II, il-proġett jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għas-sostenibbiltà permezz tal-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fil-grilja, u jikkontribwixxi għal tal-inqas tnejn mill-kriterji speċifiċi li ġejjin:
(i)
is-sigurtà tal-provvista, inkluż permezz tal-effiċjenza u tal-interoperabbiltà tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni tal-elettriku fl-operat ta’ kuljum tan-network, l-evitar tal-konġestjoni, u l-integrazzjoni u l-involviment tal-utenti tan-network;
(ii)
l-integrazzjoni tas-suq, inkluż permezz tal-operat effiċjenti tas-sistema u l-użu tal-interkonnetturi;
(iii)
is-sigurtà tan-network, il-flessibbiltà u l-kwalità tal-provvista, inkluż permezz ta’ użu ogħla tal-innovazzjoni fl-ibbilanċjar, fis-swieq tal-flessibbiltà, fiċ-ċibersigurtà, fil-monitoraġġ, fil-kontroll tas-sistema u fil-korrezzjoni tal-iżbalji.
(iv)
l-integrazzjoni intelliġenti tas-settur, jew fis-sistema tal-enerġija permezz tal-kollegament ta’ vetturi tal-enerġija u setturi tal-enerġija differenti, jew b’mod usa’, billi jiffavorixxi sinerġiji u koordinazzjoni bejn is-setturi tal-enerġija, tat-trasport u tat-telekomunikazzjoni;
(c)
għall-proġetti tat-trasport u l-ħżin tad-diossidu tal-karbonju li jaqgħu taħt il-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fil-punt (5) tal-Anness II, il-proġett għandu jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għas-sostenibbiltà billi jnaqqas l-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju fl-installazzjonijiet industrijali konnessi u jikkontribwixxi għall-kriterji speċifiċi kollha li ġejjin:
(i)
l-evitar tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju filwaqt li tinżamm is-sigurtà tal-provvista;
(ii)
iż-żieda fir-reżiljenza u s-sigurtà tat-trasport u l-ħżin tad-diossidu tal-karbonju;
(iii)
l-użu effiċjenti tar-riżorsi, billi jiġu konnessi diversi sorsi u siti tal-ħżin tad-diossidu tal-karbonju permezz ta’ infrastruttura komuni u billi jiġu mminimizzati l-piż u r-riskji ambjentali;
(d)
għall-proġetti tal-idroġenu li jaqgħu taħt il-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fil-punt (3) tal-Anness II, il-proġett jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għas-sostenibbiltà, inkluż billi jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gass serra, tissaħħaħ l-adozzjoni tal-idroġenu rinnovabbli jew b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, b’enfasi fuq l-idroġenu minn sorsi rinnovabbli b’mod partikolari f’applikazzjonijiet tal-użu aħħari, bħas-setturi diffiċli sabiex jitrażżnu, li fihom mhumiex fattibbli soluzzjonijiet aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija, u tiġi sostnuta l-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli varjabbli billi jiġu offruti soluzzjonijiet ta’ flessibbiltà, ta’ ħżin, jew it-tnejn li huma, u l-proġett jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għal mill-inqas wieħed mill-kriterji speċifiċi li ġejjin:
(i)
l-integrazzjoni tas-suq, inkluż permezz tal-konnessjoni ta’ networks eżistenti jew emerġenti tal-idroġenu tal-Istati Membri, jew b’xi mod ieħor jikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ network għall-Unjoni kollha għat-trasport u għall-ħżin tal-idroġenu, u jiżgura l-interoperabbiltà tas-sistemi konnessi;
(ii)
is-sigurtà tal-provvista u l-flessibbiltà, inkluż permezz ta’ konnessjonijiet xierqa u l-iffaċilitar tal-operat sikur u affidabbli tas-sistema;
(iii)
il-kompetizzjoni, inkluż billi jkun permess l-aċċess għal diversi sorsi ta’ provvista u utenti tan-network fuq bażi trasparenti u mhux diskriminatorja;
(e)
għall-elettrolizzaturi li jaqgħu taħt il-kategorija tal-infrastruttura tal-enerġija stabbilita fil-punt (4) tal-Anness II, il-proġett jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-kriterji speċifiċi kollha li ġejjin:
(i)
is-sostenibbiltà, inkluż permezz tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u t-titjib tal-użu tal-idroġenu rinnovabbli jew b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju b’mod partikolari minn sorsi rinnovabbli, kif ukoll fjuwils sintetiċi minn dawk l-oriġini;
(ii)
is-sigurtà tal-provvista, inkluż permezz ta’ kontribuzzjoni għall-operat sigur, effiċjenti u affidabbli tas-sistema, jew billi jiġu offruti soluzzjonijiet ta’ ħżin, ta’ flessibbiltà, jew it-tnejn li huma, bħal servizzi ta’ rispons fin-naħa tad-domanda u servizzi ta’ bbilanċjar;
(iii)
il-faċilitazzjoni ta’ servizzi ta’ flessibbiltà bħar-rispons għad-domanda u l-ħżin permezz tal-faċilitazzjoni tal-integrazzjoni intelliġenti tas-settur tal-enerġija permezz tal-ħolqien ta’ rabtiet ma’ vetturi u setturi oħra tal-enerġija;
(f)
għal proġetti ta’ grilji intelliġenti tal-gass li jaqgħu taħt il-kategorija tal-infrastruttura tal-enerġija stabbilita fil-punt (2) tal-Anness II, il-proġett jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għas-sostenibbiltà billi jiżgura l-integrazzjoni ta’ pluralità ta’ gassijiet b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u partikolarment dawk rinnovabbli, inkluż fejn dawn jiġu minn sorsi lokali, bħal bijometan jew idroġenu rinnovabbli, fis-sistemi tat-trażmissjoni, tad-distribuzzjoni jew tal-ħżin tal-gass sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra, u dak il-proġett jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għal mill-inqas waħda mill-kriterji speċifiċi li ġejjin:
(i)
is-sigurtà tan-network u l-kwalità tal-provvista billi jittejbu l-effiċjenza u l-interoperabbiltà tas-sistemi tat-trażmissjoni, tad-distribuzzjoni jew tal-ħżin tal-gass fl-operat tan-network ta’ kuljum billi, fost l-oħrajn, jiġu indirizzati l-isfidi li jirriżultaw mill-injezzjoni ta’ gassijiet ta’ diversi kwalitajiet;
(ii)
il-funzjonament tas-suq u s-servizzi għall-klijenti;
(iii)
l-iffaċilitar tal-integrazzjoni intelliġenti tas-settur tal-enerġija permezz tal-ħolqien ta’ rabtiet ma’ operaturi u ma’ setturi oħra tal-enerġija u l-abilitazzjoni tar-rispons tad-domanda.
|
|
Artikolu 4 4.
|
Għall-proġetti li jaqgħu taħt il-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fl-Anness II, il-kriterji elenkati fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu vvalutati f’konformità mal-indikaturi stabbiliti fil-punti (3) sa (8) tal-Anness IV.
|
|
Artikolu 4 5.
|
Sabiex tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni tal-proġetti kollha li jistgħu jkunu eliġibbli bħala proġetti ta’ interess komuni u li jistgħu jiġu inklużi f’lista reġjonali, kull Grupp għandu jivvaluta l-kontribuzzjoni ta’ kull proġett għall-implimentazzjoni tal-istess kuritur jew qasam prijoritarju tal-infrastruttura tal-enerġija b’mod trasparenti u oġġettiv. Kull Grupp għandu jiddetermina l-metodu ta’ valutazzjoni tiegħu fuq il-bażi tal-kontribuzzjoni aggregata għall-kriterji msemmija fil-paragrafu 3. Dik il-valutazzjoni għandha twassal għal klassifikazzjoni tal-proġetti għall-użu intern tal-Grupp. La l-lista reġjonali u lanqas il-lista tal-Unjoni ma għandu jkollhom xi klassifikazzjoni, u l-klassifikazzjoni lanqas ma għandha tintuża għal xi skop sussegwenti ħlief kif deskritt fit-Taqsima 2, il-punt (16), tal-Anness III. Meta jivvaluta l-proġetti, sabiex jiġi żgurat approċċ ta’ valutazzjoni konsistenti fost il-Gruppi, kull Grupp għandu jqis kif xieraq:
(a)
l-urġenza u l-kontribuzzjoni ta’ kull proġett propost sabiex jintlaħqu l-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tagħha tan-newtralità klimatika sal-2050, ta’ integrazzjoni tas-suq, ta’ kompetizzjoni, ta’ sostenibbiltà u ta’ sigurtà tal-provvista;
(b)
il-komplementarjetà ta’ kull proġett propost ma’ proġetti proposti oħra, inklużi proġetti li jikkompetu jew li potenzjalment jikkompetu;
(c)
sinerġiji possibbli mal-kurituri u mal-oqsma prijoritarji identifikati taħt networks trans-Ewropej għat-trasport u t-telekomunikazzjonijiet;
(d)
għall-proġetti proposti li, f’dak iż-żmien tal-valutazzjoni, ikunu proġetti fil-lista tal-Unjoni, il-progress tal-implimentazzjoni tagħhom u l-konformità tagħhom mal-obbligi ta’ rapportar u ta’ trasparenza.
Fir-rigward ta’ proġetti ta’ grilji intelliġenti tal-elettriku u ta’ grilji intelliġenti tal-gass li jaqgħu taħt il-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fil-punt (1)(e) u fil-punt (2) tal-Anness II, għandha ssir klassifikazzjoni għal dawk il-proġetti li jaffettwaw l-istess żewġ Stati Membri, u għandha tingħata kunsiderazzjoni xierqa lin-numru ta’ utenti affettwati mill-proġett, lill-konsum annwali tal-enerġija u lis-sehem tal-ġenerazzjoni minn riżorsi mhux spedibbli fiż-żona koperta minn dawk l-utenti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 29.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R0869
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|