+Artikolu 5 Implimentazzjoni u monitoraġġ tal-proġetti fil-lista tal-Unjoni
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.
---+Artikolu 5 4.
---+Artikolu 5 5.
---+Artikolu 5 6.
---+Artikolu 5 7.
---+Artikolu 5 8.
---+Artikolu 5 9.
---+Artikolu 5 10.

Artikolu 5 Implimentazzjoni u monitoraġġ tal-proġetti fil-lista tal-Unjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 1.

Il-promoturi tal-proġetti għandhom ifasslu pjan ta’ implimentazzjoni għall-proġetti fil-lista tal-Unjoni, inkluż skeda ta’ żmien għal kull wieħed u waħda minn dawn li ġejjin:

(a) 

l-istudji dwar il-fattibbiltà u t-tfassil inkluż dak li għandu x’jaqsam mal-adattament għat-tibdil fil-klima u mal-konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali u mal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti”;

(b) 

l-approvazzjoni mill-awtorità regolatorja nazzjonali jew minn kwalunkwe awtorità oħra kkonċernata;

(c) 

il-kostruzzjoni u l-ikkummissjonar;

(d) 

il-proċess għall-għoti tal-permessi msemmi fl-Artikolu 10(6), il-punt (b).

Artikolu 5 2.
It-TSOs, id-DSOs u operaturi oħra għandhom jikkooperaw ma’ xulxin sabiex jiffaċilitaw l-iżvilupp ta’ proġetti fil-lista tal-Unjoni fiż-żona tagħhom.
Artikolu 5 3.
L-Aġenzija u l-Gruppi kkonċernati għandhom jimmonitorjaw il-progress miksub fl-implimentazzjoni tal-proġetti fil-lista tal-Unjoni u, meta jkun meħtieġ, jagħmlu rakkomandazzjonijiet sabiex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tagħhom. Il-Gruppi jistgħu jitolbu informazzjoni addizzjonali f’konformità mal-paragrafi 4, 5 u 6, isejħu laqgħat mal-partijiet rilevanti u jistiednu lill-Kummissjoni tivverifika l-informazzjoni pprovduta fuq il-post.
Artikolu 5 4.
Sal-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena wara s-sena tal-inklużjoni ta’ proġett fil-lista tal-Unjoni, il-promoturi ta’ proġett għandhom jissottomettu rapport annwali, għal kull proġett li jaqa’ taħt il-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fl-Anness II, lill-awtorità nazzjonali kompetenti msemmija fl-Artikolu 8(1).

Dak ir-rapport għandu jinkludi dettalji dwar:

(a) 

il-progress miksub fl-iżvilupp, fil-kostruzzjoni u fl-ikkummissjonar tal-proġett, b’mod partikolari fir-rigward tal-proċess għall-għoti ta’ permessi u l-proċedura ta’ konsultazzjoni kif ukoll il-konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali, bil-prinċipju li l-proġett “ma jagħmel l-ebda ħsara sinifikanti” lill-ambjent, u l-miżuri ta’ adattament għat-tibdil fil-klima meħuda;

(b) 

fejn ikun rilevanti, dewmien meta mqabbel mal-pjan ta’ implimentazzjoni, ir-raġunijiet għal dan id-dewmien u diffikultajiet oħra misjuba;

(c) 

fejn ikun rilevanti, pjan rivedut bl-għan li jingħeleb id-dewmien.

Artikolu 5 5.
Sat-28 ta’ Frar ta’ kull sena wara s-sena li fiha l-promotur tal-proġett ikollu jissottometti r-rapport imsemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 8(1) għandhom jissottomettu lill-Aġenzija u lill-Grupp rilevanti r-rapport imsemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, issupplimentat b’informazzjoni dwar il-progress u, fejn rilevanti, dwar id-dewmien fl-implimentazzjoni ta’ proġetti fil-lista tal-Unjoni li jinsabu fit-territorju rispettiv tagħhom fir-rigward tal-proċessi għall-għoti ta’ permessi, u dwar ir-raġunijiet għal dan id-dewmien. Il-kontribuzzjoni tal-awtoritajiet kompetenti għar-rapport għandha tkun immarkata b’mod ċar bħala tali u abbozzata mingħajr ma jiġi mmodifikat it-test introdott mill-promoturi tal-proġett.
Artikolu 5 6.
Sat-30 ta’ April ta’ kull sena li fiha għandha tiġi adottata lista ġdida tal-Unjoni, l-Aġenzija għandha tippreżenta lill-Gruppi rapport konsolidat għall-proġetti fil-lista tal-Unjoni li huma soġġetti għall-kompetenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, li jevalwa l-progress miksub u t-tibdiliet mistennija fil-kostijiet tal-proġetti, u l-evalwazzjoni tal-kostijiet tal-proġett mistennija, u, fejn xieraq, tagħmel rakkomandazzjonijiet dwar kif jingħelbu d-dewmien u d-diffikultajiet misjuba. Dak ir-rapport konsolidat għandu jevalwa wkoll, f’konformità mal-Artikolu 11, il-punt (b) tar-Regolament (UE) 2019/942, l-implimentazzjoni konsistenti tal-pjanijiet għall-iżvilupp tan-network li jkopru l-Unjoni kollha fir-rigward tal-kurituri u tal-oqsma prijoritarji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fl-Anness I.

F’każijiet debitament ġustifikati, l-Aġenzija tista’ titlob informazzjoni addizzjonali li tkun meħtieġa biex twettaq il-kompiti tagħha stabbiliti f’dan il-paragrafu.

Artikolu 5 7.

Meta l-ikkummissjonar ta’ proġett fil-lista tal-Unjoni jiddewwem meta mqabbel mal-pjan ta’ implimentazzjoni, u mhux għal raġunijiet prevalenti li jaqgħu barra mill-kontroll tal-promotur tal-proġett, għandhom japplikaw il-miżuri li ġejjin:

(a) 

sa fejn il-miżuri msemmija fl-Artikolu 22(7), il-punt (a), (b) jew (c) tad-Direttiva 2009/73/KE u fl-Artikolu 51(7), il-punt (a), (b) jew (c) tad-Direttiva (UE) 2019/944 jkunu applikabbli f’konformità mad-dritt nazzjonali rispettiv, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li l-investiment isir;

(b) 

jekk il-miżuri tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali skont il-punt (a) ma jkunux applikabbli, il-promotur tal-proġett, fi żmien 24 xahar mid-data tal-ikkummissjonar stabbilita fil-pjan ta’ implimentazzjoni, għandu jagħżel parti terza sabiex tiffinanzja jew tibni l-proġett kollu jew parti minnu.

(c) 

jekk parti terza ma tintgħażilx f’konformità mal-punt (b), l-Istat Membru jew, meta l-Istat Membru jkun ipprovda hekk, l-awtorità regolatorja nazzjonali tista’, fi żmien xahrejn mill-iskadenza tal-perjodu msemmi fil-punt (b), taħtar parti terza sabiex tiffinanzja jew tibni l-proġett li l-promotur tal-proġett għandu jaċċetta;

(d) 

meta d-dewmien meta mqabbel mad-data tal-ikkummissjonar fil-pjan ta’ implimentazzjoni jaqbeż is-26 xahar, il-Kummissjoni, soġġetta għall-qbil u bil-kooperazzjoni sħiħa tal-Istati Membri kkonċernati, tista’ tvara sejħa għal proposti miftuħa għal kwalunkwe parti terza li kapaċi ssir promotur ta’ proġett sabiex tibni l-proġett f’konformità ma’ skeda ta’ żmien miftiehma;

(e) 

meta jiġu applikati miżuri msemmija fil-punt (c) jew (d), l-operatur tas-sistema li fiż-żona tiegħu jinsab l-investiment għandu jipprovdi lill-operaturi jew lill-investituri implimentaturi jew lill-parti terza l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex jitwettaq l-investiment, għandu jgħaqqad l-assi l-ġodda man-network tat-trażmissjoni jew, fejn applikabbli, in-network tad-distribuzzjoni u b’mod ġenerali għandu jagħmel l-aħjar sforzi tiegħu sabiex jiffaċilita l-implimentazzjoni tal-investiment u l-operat u l-manutenzjoni siguri, affidabbli u effiċjenti tal-proġett fil-lista tal-Unjoni.

Artikolu 5 8.
Proġett fil-lista tal-Unjoni jista’ jitneħħa mil-lista tal-Unjoni f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 3(4) jekk l-inklużjoni tiegħu f’dik il-lista kienet ibbażata fuq informazzjoni żbaljata li kienet fattur determinanti għal dik l-inklużjoni, jew il-proġett ma jikkonformax mad-dritt tal-Unjoni.
Artikolu 5 9.
Il-proġetti li ma jibqgħux fil-lista tal-Unjoni għandhom jitilfu d-drittijiet u l-obbligi kollha marbuta mal-istatus ta’ proġett ta’ interess komuni jew ta’ proġett ta’ interess reċiproku previsti f’dan ir-Regolament.

Madankollu, proġett li ma jkunx għadu fil-lista tal-Unjoni iżda li għalih ikun ġie aċċettat fajl ta’ applikazzjoni sabiex jiġi eżaminat mill-awtorità kompetenti għandu jżomm id-drittijiet u l-obbligi stabbiliti fil-Kapitolu III, ħlief meta l-proġett ikun tneħħa mil-lista tal-Unjoni għar-raġunijiet stabbiliti fil-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 5 10.
Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe assistenza finanzjarja tal-Unjoni mogħtija lil kwalunkwe proġett fil-lista tal-Unjoni qabel ma jitneħħa mil-lista tal-Unjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 29.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R0869
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.