|
+Artikolu 5 4. |
Artikolu 5 4.Sal-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena wara s-sena tal-inklużjoni ta’ proġett fil-lista tal-Unjoni, il-promoturi ta’ proġett għandhom jissottomettu rapport annwali, għal kull proġett li jaqa’ taħt il-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fl-Anness II, lill-awtorità nazzjonali kompetenti msemmija fl-Artikolu 8(1). Dak ir-rapport għandu jinkludi dettalji dwar:
(a)
il-progress miksub fl-iżvilupp, fil-kostruzzjoni u fl-ikkummissjonar tal-proġett, b’mod partikolari fir-rigward tal-proċess għall-għoti ta’ permessi u l-proċedura ta’ konsultazzjoni kif ukoll il-konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali, bil-prinċipju li l-proġett “ma jagħmel l-ebda ħsara sinifikanti” lill-ambjent, u l-miżuri ta’ adattament għat-tibdil fil-klima meħuda;
(b)
fejn ikun rilevanti, dewmien meta mqabbel mal-pjan ta’ implimentazzjoni, ir-raġunijiet għal dan id-dewmien u diffikultajiet oħra misjuba;
(c)
fejn ikun rilevanti, pjan rivedut bl-għan li jingħeleb id-dewmien. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|