|
+Artikolu 6 2. |
Artikolu 6 2.Il-koordinatur Ewropew għandu:
(a)
jippromwovi l-proġetti, li għalihom ikun inħatar koordinatur Ewropew u d-djalogu transfruntier bejn il-promoturi tal-proġetti u l-partijiet ikkonċernati interessati kollha;
(b)
jassisti l-partijiet kollha kif inhu meħtieġ fil-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati interessati, fid-diskussjoni dwar rotot alternattivi, fejn xieraq, u fil-ksib tal-permessi meħtieġa għall-proġetti;
(c)
meta jkun xieraq, jagħti pariri lill-promoturi tal-proġett dwar il-finanzjament tal-proġett;
(d)
jiżgura li jingħata l-appoġġ u d-direzzjoni strateġika xierqa mill-Istati Membri kkonċernati għat-tħejjija u għall-implimentazzjoni tal-proġetti;
(e)
kull sena, u, meta jkun xieraq, mat-twettiq tal-mandat tiegħu, jippreżenta rapport lill-Kummissjoni dwar il-progress tal-proġetti u dwar kwalunkwe diffikultà u ostaklu li x’aktarx idewmu b’mod sinifikanti d-data tal-ikkummissjonar tal-proġetti. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dak ir-rapport tal-koordinatur Ewropew imsemmi fil-punt (e) lill-Parlament Ewropew u lill-Gruppi kkonċernati. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|