+Artikolu 6 Koordinaturi Ewropej
---+Artikolu 6 1.
---+Artikolu 6 2.
---+Artikolu 6 3.
---+Artikolu 6 4.
---+Artikolu 6 5.

Artikolu 6 Koordinaturi Ewropej

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 6 1.
Meta proġett ta’ interess komuni jsib diffikultajiet ta’ implimentazzjoni sinifikanti, il-Kummissjoni tista’ taħtar, bi qbil mal-Istati Membri kkonċernati, koordinatur Ewropew għal perjodu ta’ mhux aktar minn sena, li jista’ jiġġedded darbtejn.
Artikolu 6 2.

Il-koordinatur Ewropew għandu:

(a) 

jippromwovi l-proġetti, li għalihom ikun inħatar koordinatur Ewropew u d-djalogu transfruntier bejn il-promoturi tal-proġetti u l-partijiet ikkonċernati interessati kollha;

(b) 

jassisti l-partijiet kollha kif inhu meħtieġ fil-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati interessati, fid-diskussjoni dwar rotot alternattivi, fejn xieraq, u fil-ksib tal-permessi meħtieġa għall-proġetti;

(c) 

meta jkun xieraq, jagħti pariri lill-promoturi tal-proġett dwar il-finanzjament tal-proġett;

(d) 

jiżgura li jingħata l-appoġġ u d-direzzjoni strateġika xierqa mill-Istati Membri kkonċernati għat-tħejjija u għall-implimentazzjoni tal-proġetti;

(e) 

kull sena, u, meta jkun xieraq, mat-twettiq tal-mandat tiegħu, jippreżenta rapport lill-Kummissjoni dwar il-progress tal-proġetti u dwar kwalunkwe diffikultà u ostaklu li x’aktarx idewmu b’mod sinifikanti d-data tal-ikkummissjonar tal-proġetti.

Il-Kummissjoni għandha tibgħat dak ir-rapport tal-koordinatur Ewropew imsemmi fil-punt (e) lill-Parlament Ewropew u lill-Gruppi kkonċernati.

Artikolu 6 3.
Il-koordinatur Ewropew għandu jintgħażel wara proċess miftuħ, mhux diskriminatorju u trasparenti u fuq il-bażi tal-esperjenza tal-kandidat fir-rigward tal-kompiti speċifiċi assenjati lilu/lilha għall-proġetti kkonċernati.
Artikolu 6 4.
Id-deċiżjoni ta’ ħatra tal-koordinatur Ewropew għandha tispeċifika l-limiti taż-żmien ta’ referenza, filwaqt li tispjega d-durata tal-mandat, il-kompiti speċifiċi u l-iskadenzi korrispondenti, u l-metodoloġija li għandha tiġi segwita. L-isforz ta’ koordinazzjoni għandu jkun proporzjonat għall-kumplessità u għall-kostijiet stmati tal-proġetti.
Artikolu 6 5.
L-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkooperaw bis-sħiħ mal-koordinatur Ewropew fit-twettiq tal-kompiti msemmija fil-paragrafi 2 u 4.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 29.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R0869
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.