+Artikolu 12 Xenarji għall-pjanijiet għall-iżvilupp tan-network ta’ għaxar snin
---+Artikolu 12 1.
---+Artikolu 12 2.
---+Artikolu 12 3.
---+Artikolu 12 4.
---+Artikolu 12 5.
---+Artikolu 12 6.
---+Artikolu 12 7.
---+Artikolu 12 8.

Artikolu 12 Xenarji għall-pjanijiet għall-iżvilupp tan-network ta’ għaxar snin

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 12 1.
Sal-24 ta’ Jannar 2023, l-Aġenzija, wara t-twettiq ta’ proċess ta’ konsultazzjoni estensiv li jinvolvi lill-Kummissjoni, l-Istati Membri, l-ENTSO tal-Elettriku, l-ENTSO tal-Gass, l-entità tal-UE għad-DSO u mill-inqas l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-assoċjazzjonijiet involuti fis-swieq tal-elettriku, tal-gass naturali u tal-idroġenu, il-partijiet ikkonċernati fl-oqsma tat-tisħin u t-tkessiħ, il-qbid u l-ħżin tal-karbonju u l-qbid u l-użu tal-karbonju, l-aggregaturi indipendenti, l-operaturi tar-rispons tad-domanda, l-organizzazzjonijiet involuti fis-soluzzjonijiet tal-effiċjenza fl-enerġija, l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi tal-enerġija u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, għandha tippubblika l-linji gwida qafas għax-xenarji konġunti li għandhom jiġu żviluppati mill-ENTSO tal-Elettriku, mill-ENTSO tal-Gass u mill-ENNOH. Dawk il-linji gwida qafas għandhom jiġu aġġornati b’mod regolari kif ikun meħtieġ. Il-proċess ta’ konsultazzjoni għal kwalunkwe aġġornament tal-linji gwida qafas għandu jinvolvi wkoll lill-ENNOH.

Il-linji gwida qafas imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jistabbilixxu kriterji għal żvilupp trasparenti, mhux diskriminatorju u robust ta’ xenarji filwaqt li jitqiesu l-aħjar prattiki fil-qasam tal-ippjanar tal-valutazzjoni tal-infrastrutturi u tal-iżvilupp tan-network. Il-linji gwida qafas għandu jkollhom l-għan ukoll li jiżguraw li x-xenarji sottostanti tal-ENTSO tal-Elettriku, l-ENTSO tal-Gass u l-ENNOH ikunu konformi bis-sħiħ mal-prinċipju “l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel” u mal-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika tagħha għall-2050 u għandhom iqisu l-aħħar xenarji disponibbli tal-Kummissjoni, kif ukoll, meta rilevanti, il-pjanijiet nazzjonali għall-enerġija u l-klima.

Il-Bord Konsultattiv Xjentifiku Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima jista’, fuq inizjattiva tiegħu stess, jipprovdi input dwar kif tiġi żgurata l-konformità tax-xenarji għall-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika tagħha għall-2050. L-Aġenzija għandha tqis b’mod dovut dak l-input fil-linji gwida ta’ qafas imsemmija fl-ewwel subparagrafu.

L-Aġenzija għandha tipprovdi raġunijiet fejn ma tkunx qieset, jew tkun qieset biss parzjalment, ir-rakkomandazzjonijiet tal-Istati Membri, tal-partijiet ikkonċernati u tal-Bord Konsultattiv Xjentifiku Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima.

Artikolu 12 2.
L-ENTSO tal-Elettriku, l-ENTSO tal-Gass u l-ENNOH għandhom isegwu l-linji gwida qafas tal-Aġenzija meta jiżviluppaw ix-xenarji konġunti li jkunu se jintużaw għall-pjanijiet tal-iżvilupp tan-network ta’ għaxar snin għall-Unjoni kollha.

Ix-xenarji konġunti għandhom jinkludu wkoll perspettiva fit-tul sal-2050 u jinkludu passi intermedjarji kif xieraq.

Artikolu 12 3.
L-ENTSO tal-Elettriku, l-ENTSO tal-Gass u l-ENNOH għandhom jistiednu lill-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inklużi l-entità tal-UE għad-DSO, l-assoċjazzjonijiet involuti fis-swieq tal-elettriku, tal-gass naturali u tal-idroġenu, il-partijiet ikkonċernati fl-oqsma tat-tisħin u t-tkessiħ, il-qbid u l-ħżin tal-karbonju u l-qbid u l-użu tal-karbonju, l-aggregaturi indipendenti, l-operaturi tar-rispons tad-domanda, l-organizzazzjonijiet involuti fis-soluzzjonijiet tal-effiċjenza fl-enerġija, l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi tal-enerġija, ir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, biex jipparteċipaw fil-proċess tal-iżvilupp tax-xenarji, b’mod partikolari dwar elementi ewlenin bħas-suppożizzjonijiet u kif dawn jiġu riflessi fid-data tax-xenarji.
Artikolu 12 4.
L-ENTSO tal-Elettriku, l-ENTSO tal-Gass u l-ENNOH għandhom jippubblikaw u jippreżentaw l-abbozz tar-rapport dwar xenarji konġunti lill-Aġenzija, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni għall-opinjoni tagħhom.

Il-Bord Konsultattiv Xjentifiku Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima jista’, fuq inizjattiva tiegħu stess, jipprovdi opinjoni dwar ir-rapport tax-xenarji konġunti.

Artikolu 12 5.
Fi żmien tliet xhur mill-jum li fih tirċievi l-abbozz tar-rapport tax-xenarji konġunt flimkien mal-kontribut riċevut fil-proċess ta’ konsultazzjoni u ma’ rapport dwar kif dan ġie kkunsidrat, l-Aġenzija għandha tissottometti l-opinjoni tagħha dwar il-konformità tax-xenarji mal-linji gwida qafas imsemmija fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, inklużi rakkomandazzjonijiet possibbli għall-emendi, lill-ENTSO tal-Elettriku, lill-ENTSO tal-Gass, lill-ENNOH, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni.

Fl-istess limitu taż-żmien, il-Bord Konsultattiv Xjentifiku Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima jista’, fuq inizjattiva tiegħu stess, jipprovdi opinjoni dwar il-kompatibbiltà tax-xenarji mal-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika tagħha għall-2050.

Artikolu 12 6.
Fi żmien tliet xhur mill-jum li fih tirċievi l-opinjoni msemmija fil-paragrafu 5, il-Kummissjoni, filwaqt li tqis l-opinjoni tal-Aġenzija u tal-Istati Membri, għandha tapprova l-abbozz ta’ rapport tax-xenarji konġunt jew titlob lill-ENTSO tal-Elettriku, lill-ENTSO tal-Gass u lill-ENNOH jemendawh.

L-ENTSO tal-Elettriku, l-ENTSO tal-Gass u l-ENNOH għandhom jipprovdu raġunijiet li jispjegaw kif kwalunkwe talba għal emendi mill-Kummissjoni tkun ġiet indirizzata.

F’każ li l-Kummissjoni ma tapprovax ir-rapport tax-xenarji konġunt, hija għandha tipprovdi opinjoni motivata lill-ENTSO tal-Elettriku, lill-ENTSO tal-Gass u lill-ENNOH.

Artikolu 12 7.
Fi żmien ġimagħtejn mill-approvazzjoni tar-rapport tax-xenarji konġunt f’konformità mal-paragrafu 6, l-ENTSO tal-Elettriku, l-ENTSO tal-Gass u l-ENNOH għandhom jippubblikawh fuq is-siti web tagħhom. Huma għandhom jippubblikaw id-data tal-input u tal-output korrispondenti f’forma ċara u preċiża biżżejjed sabiex parti terza tirriproduċi r-riżultati, filwaqt li jqisu kif xieraq id-dritt nazzjonali u l-ftehimiet ta’ kunfidenzjalità u informazzjoni sensittiva rilevanti.
Artikolu 12 8.
Sal-1 ta’ Jannar 2027, dan l-Artikolu japplika soġġett għad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali stabbiliti fl-Artikolu 61 tar-Regolament (UE) 2024/1789.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 29.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R0869
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.